MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI

KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI

 

 

Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin

u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea

 

NAĦILFU LI NEĦILSU LIL MALTA MILL-JASAR, IL-KOLONJALIŻMU U L-ĦAKMA DITTATORJALI ILLEGALI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!

 

L-Unjoni Ewropea ordnat li mis-sena 2010 il-Maltin u l-Għawdxin iħallsuha

€182,192 kuljum misruqa minn ħalq uliedek

 

“Grandjożament stupidi”!

 

minn Karmenu Mifsud Bonnici

 

Nhar it-Tlieta l-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea dwar il-Finanzi u l-Ekonomija approva rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea li jittieħdu proċeduri kontra Malta jekk sal-aħħar tas-sena 2010 id-defiċit tal-Gvern Malti ma jkunx tnaqqas għal mhux aktar minn 3% tal-Prodott Gross Domestiku.

 

Illum id-defiċit ilaħħaq l-4.7%.


Ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tinsisti li Malta tnaqqas id-defiċit sal-2010 qanqlet kritika ħarxa minn ekonomisti li għandhom stampa ċara tal-impatt li r-riċessjoni ekonomika dinjija għandha fuq l-ekonomija ta’ pajjiżna.

 

Kummentatur prominenti, li huwa mogħmi wara s-sħubija ta’ pajjiżna fl-UE, wasal b’danakollu biex jikteb f’ġurnal lokali bl-Ingliż hekk:

 

“The EU, with grandiose stupidity, has decreed that we have to come into the budget parameter line (jiġifieri t-3% tal-PGD) within 18 months, contradicting itself over its reading of the recession”,

 

u reġa’ tenna li:

 

“Brussels is being stupid”

 

Politika zbaljata tal-UE

 

Ħafna kritiċi ilhom isostnu li l-UE hija f’ħafna oqsma stupida fil-politika li tfassal, bħal per eżempju fil-politika komuni agrikola u l-politika dwar l-immigrazzjoni.

 

Imma issa hawn ħafna li qegħdin jikkritikaw bl-aħrax il-politika ekonomika tal-UE u qegħdin isejħulha stupida.


Il-kummentatur hawn fuq imsemmi saħansitra tkellem dwar “l-istupidaġni grandjuża” tal-UE,

* li fi żmien meta l-gvernijiet jeħtiġielhom jippompjaw flus fl-ekonomiji tal-pajjiżi

* ħalli jgħelbu r-riċessjoni ekonomika,

* il-Kummissjoni Ewropea qiegħda tissikkahom biex inaqqsu l-infieq u mhux iżiduh.


Tajjeb li nagħmluha ċara

* li jekk ma jistax jingħad li l-UE kkaġunat ir-riċessjoni ekonomika li hawn bħalissa,

* il-politika industrijali tagħha ta’ qabel ir-riċessjoni

* kienet il-kaġun ta’ ħafna mill-qgħad

* li jifni bosta pajjiżi membri.

 

Il-politika industrijali tal-Unjoni                                        

* ċekknet l-industrija tal-manifattura fil-blokk               

* u ġiegħlet lil ħafna intrapriżi industrijali kbar Ewropej

* jemigraw lejn pajjiżi barra mill-UE.                               

 

Pajjiżna,

* meta ssieħeb fl-UE,                                     

* ġarrab din il-politika industrijali diżastruża

* u tilef għadd ta’ fabbriki tal-manifattura    

* u minħabba f’hekk                                         

* eluf ta’ ħaddiema Maltin tilfu l-impjieg.     

 

Il-Gvern ghandu johloq ix-xoghol

 

Bir-riċessjoni ekonomika dinjija                              

* aktar ħaddiema Maltin qegħdin jitilfu l-impjieg

* għax l-esportazzjoni minn pajjiżna naqset,         

* l-għadd tat-turisti lejn pajjiżna naqas                 

* u naqas in-negozju billi naqas il-konsum.           

 

Biex l-attività ekonomika ta’ pajjiżna tirpilja                                                          

* hemm bżonn li l-Gvern jagħmel tajjeb għat-telfien fl-impjiegi fis-settur privat,

* sakemm dan is-settur jerġa’ jibda joħloq hu postijiet tax-xogħol għall-Maltin.

 

Il-Gvern għandu temporanjament iħaddem hu n-nies qgħeda.

 

B’hekk jinġabar aktar flus mit-taxxi diretti u jonqsu l-ħlasijiet tal-għajnuna soċjali.


Fuq kollox, b’hekk titwettaq ġustizzja soċjali billi d-dritt għax-xogħol jitgawda minn kull Malti u Għawdxi u ma jibqax imċaħħad lil eluf, kif qed iseħħ bħalissa.

 

Iżda l-UE ma tridx li l-Gvern Malti jonfoq iżjed milli jdaħħal b’aktar mit-3% tal-PGD.

 

Ma jimportahiex                                                              

* la mit-tbatija tal-familji ta’ eluf ta’ ħaddiema qgħeda

* u lanqas li fi żmien ta’ riċessjoni ekonomika,               

* jekk il-gvern ma joħloqx huwa xogħol,                       

* ikun aktar diffiċli                                                            

* u jittieħed aktar żmien                                                   

* biex ir-riċessjoni tintgħeleb.                                        


Minbarra li hija grandjożament stupida, l-UE hija bla kuxjenza soċjali.

 

Ix-xoghol jeghleb ir-ricessjoni

 

Sakemm l-UE ma tbiddilx it-twemmin ekonomiku u soċjali tagħha,

* miljuni ta’ ħaddiema fil-pajjiżi membri

* jibqgħu mneżżgħin mid-dinjità

* li bniedem jista’ jiksibha biss bix-xogħol.

Għax l-UE tistma r-regoli tal-ekonomija tagħha aktar mid-dinjità taċ-ċittadini.

 

Sakemm bil-għan li tħares il-kompetizzjoni ħielsa,

* l-UE ma tħallix lill-gvern jgħin lill-industriji

* għax inkella dawn jingħataw vantaġġ fuq il-kompetituri tagħhom fil-blokk,

* jibqa’ jiżdied il-qgħad.


Fl-istess ħin

* l-UE timxi bil-politika ta’ kummerċ ħieles

* li tiftaħ il-bibien tal-pajjiżi tagħha

* għall-importazzjoni ta’ prodotti maħdumin barra.

 

Bħallikieku l-industriji mgħejjunin mill-gvernijiet tal-pajjiżi barra l-UE mhux xorta waħda jkunu qegħdin jingħataw vantaġġ fuq l-industriji kompetituri tal-pajjiżi fl-UE.


Minħabba din il-politika, miljuni ta’ ħaddiema fl-UE jinsabu qgħeda.

 

Minħabba din il-politika

* li l-Istat ma jitħallix jagħti għajnuna lill-industriji

* ħalli dawn ikunu jistgħu jkomplu joperaw,

* 1,700 ħaddiem tat-Tarzna f’Malta tilfu l-impjieg,

* meta f’pajjiżi oħrajn l-gvernijiet qegħdin joħorġu l-biljuni

* biex l-industriji ma jnaqqsux ix-xogħol u l-ħaddiema.

L-UE trid li l-gvernijiet inaqqsu l-infieq tagħhom

* għax trid tħares it-twemmin ekonomiku tagħha

* u ma jimportahiex li tkun kiefra u inġusta

*  ma’ miljuni ta’ ċittadini tagħha stess bla xogħol.

 

Aħna m’għandniex naqblu ma’ din il-politika!

 

L-Unjoni Ewropea tinkoraġġixxi l-immigrazzjoni

 

minn Kampanja Helsien Nazzjonali CNI

 

L-UE hija favur l-immigrazzjoni.

 

Dan qalu l-istess Kummissarju Ewropew tal-Ġustizzja Jacques Barrot meta f’ġurnal lokali bl-Ingliż kiteb hekk:

 

“We need immigration to protect Europe against the demographic crisis which threatens our economies and our social protection systems”.


Ghalhekk huwa fatt ċar li l-Unjoni Ewropea tħaddem politika li tinkoraġġixxi l-immigrazzjoni għax l-UE għandha bżonnha.

 

U l-UE tinsisti li l-pajjiżi kollha membri tagħha,

* inkluża Malta,

* fil-qasam tal-immigrazzjoni jimxu skont il-politika komuni tal-Unjoni.

Hu fatt daqstant ieħor ċar li l-immigrazzjonila hija meħtieġa u lanqas hija tajba għal Malta.

 

Anzi,                                                                  

* minħabba d-daqs tal-popolazzjoni                

* u ċ-ċokon ta’ artna,                                      

* kif ukoll minħabba n-nuqqas ta’ xogħol      

* u l-għadd ta’ ħaddiema bla xogħol,              

* l-immigrazzjoni hija ta’ ħsara kbira għalina.

B’hekk dwar l-immigrazzjoni,                              

* l-interessi tal-UE huma kontra ta’ Malta,       

* u l-politika Ewropea dwar l-immigrazzjoni         

* hija ta’ dannu għal pajjiżna jekk naċċettawha,

* kif s’issa jidher li għamilna.                             

 

Malta l-aktar milquta

 

Huwa fatt ukoll li l-kriżi li għandna tal-immigranti illegali f’pajjiżna hija konsegwenza tas-sħubija tagħna fl-UE u għax imxejna skont il-politika tal-UE dwar l-immigrazzjoni u obdejna dak li riedet minna l-Unjoni.


Ma jmissniex għamilna dan                         

* għax iċ-ċirkostanzi partikolari ta’ Malta

* mhumiex l-istess ċirkostanzi tal-UE.       

 

Il-Kummissarju Ewropew Barrot fl-istess ġurnal li ssemma aktar ’il fuq, kiteb hekk:

 

“Malta, with its 400,000 inhabitants, experienced a 100 per cent rise in the number of asylum applications per 1,000 inhabitants, compared to the European average of 0.5”.


Skont statistika uffiċjali ppubblikata f’Ġunju li għadda mill-Immigration and Naturalisation Service tal-Olanda, jirriżulta li meta tqabbel id-daqs tal-pajjiż u dak tal-pajjiżi tal-UE,

 

“Malta received by far and away per 1,000 square km, more than 100 times more than the EU average (55per 1,000 sq. km)".

 

Ir-rapport jgħid ukoll li mill-pajjiżi kollha tal-UE,                      

* Malta kellha l-akbar numru ta’ talbiet għal għażilu fl-2008,

* meta tqis id-daqs tal-popolazzjoni:                                           

* 6,349 talba għal kull miljun abitanti,                                      

* li huwa 13.2 darbiet aktar mill-medja tal-UE                         

* ta’ 481 talbiet għal kull miljun abitanti.                                  


Ir-rapport Olandiż jgħid l-istess ħaġa dwar l-għadd ta’ talbiet għal ażil ta’ kull pajjiż tal-UE, mqabbla mal-PGD tal-pajjiż:

 

Malta kellha 16.9 darbiet aktar mill-medja tal-Unjoni.

 

U meta tqis flimkien d-daqs tal-pajjiż,

* id-daqs tal-popolazzjoni                         

* u d-daqs tal-Prodott Gross Domestiku,

* ir-rapport juri li Malta kellha fl-2008   

* numru ta’ talbiet għal azilu 59.6 darbiet aktar mill-medja tal-UE.

 

Fl-interess tal-poplu

 

Dawn iċ-ċifri tar-Rapport Olandiż

* jixhdu kemm pajjiżna ntlaqat ħażin bl-immigrazzjoni illegali,             

* u kemm l-UE hija inġusta magħna                                                       

* meta tinsisti li għandna nħarsu r-regoli tagħha dwar l-immigrazzjoni.

 

Iċ-ċifri jagħtu raġun lill-Gvern Malti tal-1971                                            

* li kien għamel għadd ta’ riservi importanti ħafna                                  

* meta ffirma l-Konvenzjoni Internazzjonali dwar ir-Refuġjati tal-1951,

* u jikxfu ħtija kbira li għandu l-Gvern Malti tad-disgħinijiet                

* li ċeda għar-rikatt tal-UE                                                                       

* li jew iħassar dawk ir-riservi,                                                                 

* jew l-Unjoni ma taċċettax li Malta tissieħeb fl-Unjoni,                         

* u li wkoll iffirma li Malta tkun marbuta                                                 

* bir-regoli tal-ftehim magħruf bħala Dublin II tal-UE.                           


Hija ħaġa ċara ħafna li fiċ-ċirkostanzi partikolari ta’ pajjiżna,

* ir-regoli u l-politika tal-UE dwar l-immigrazzjoni

* huma ta’ ħsara kbira għall-poplu tagħna

* u kontra l-interessi nazzjonali.

 

Il-poplu Malti għandu mitt raġun ma joqgħodx għalihom,

u għandna ngħidu dan bla tlaqliq lill-Unjoni.


Fejn jidħlu l-interessi nazzjonali,

* il-ħarsien tas-saħħa u s-sigurtà tal-poplu,                                          

* u l-ġejjieni ta’ uliedna                                                                          

* li huwa mhedded bil-preżenza fostna ta’ eluf ta’ immigranti illegali,

* m’għandniex nibqgħu lura li nieqfu lill-UE.                                        

 

Fil-qasam tal-immigrazzjoni illegali

* hekk qegħdin jagħmlu l-gvernijiet

* tal-Italja

* u l-Greċja,

* li minkejja l-protesti tal-UE,

* qegħdin ireġġgħu lura l-immigranti illegali li jipprovaw jidħlu fil-pajjiż.
 

Mhumiex jistennew li jitħaddem il-‘burden sharing’

* jew li titwaqqaf l-aġenzija dwar l-immigranti,

* u lanqas qegħdin jagħtu kas il-laqgħat u d-diskussjonijiet tal-UE

* dwar l-immigrazzjoni illegali,

* li qatt ma jwasslu biex irażżnu l-invażjoni ta’ dawn l-immigranti illegali.

 

Petizzjoni popolari

 

Ladarba l-Unjoni għandha bżonn l-immigranti, ma nistgħux nistennewha li se teżenta lil Malta mir-regoli u l-politika tagħha dwar l-immigrazzjoni.

 

Min-naħa tagħna għandna l-interess li nrażżnu għal kollox l-immigrazzjoni illegali f’pajjiżna.

 

Dwar l-immigrazzjoni, il-qagħda ta’ Malta u tal-UE hija irrikonċiljabbli.

 

L-immigrazzjoni hija ta’ ħsara għal Malta u ta’ ġid għall-Unjoni.

 
Il-ġustizzja u r-raġuni jgħidu li għalhekk li l-UE għandha tinkoraġġixxi l-immigrazzjoni kemm trid għaliha, iżda għandha tħalli lil Malta tieħu l-passi kollha meħtieġa ħalli trażżan l-immigrazzjoni illegali.

 

Il-Ħamis, 9 ta’ Lulju, 2009

 

IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA

 

<< Lura <<

 

e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk 

 

Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna

 

Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien

 

Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien? 

Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.

Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-

Segretarju Finanzjarju  CNI,

60A, Triq id-Dejqa,

Valletta

 

Isem .......................................................

Indirizz ...................................................

ID Numru ...............................................

 

Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek

 

Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ