MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI

Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA
L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
L-Unjoni Ewropea ordnat li fis-sena 2011 il-Maltin u l-Għawdxin iħallsuha €68,000,000
€186,000 kuljum misruqa minn ħalq uliedek
Is-CNI
mill-ġdid immexxija
minn Dr Karmenu Mifsud Bonnici
Mhux minnu li ma nistgħux noħorġu mill-Unjoni Ewropea.
Araw dan il-video tal-Parlament Ewropew kif nistgħu noħorġu
L-Avukat
Karmenu Mifsud Bonnici se jerġa’ jkun iċ-Chairman tal-Kampanja għall-Ħelsien
Nazzjonali (CNI)
wara li dak attwali, il-Professur Albert Leone Ganado, iddeċieda li jirriżenja
minn din il-kariga b’effett minn din il-ġimgħa stess.
Il-Professur
Leone Ganado kien ilu jokkupa l-kariga minn Settembru li għadda.
Il-ħatra ta’ l-Avukat Mifsud Bonnici bħala ċ-Chairman il-ġdid
tas-CNI,
għaqda li twaqqfet biex topponi s-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni
Ewropea (UE) trid tiġi konfermata f’laqgħa għall-membri li se
ssir fl-1 ta’ Ġunju li ġej.
Madankollu,
l-Avukat Mifsud Bonnici qal li huwa jittama li s-CNI
tkun immexxija minn nies li ma jkunux meqjusa bħala politikanti.
Waqt konferenza ta’ l-aħbarijiet indirizzata miż-żewġ
protagonisti msemmija, il-Professur Leone Ganado qal li huma ma baqgħux
attivi matul il-kampanja elettorali b’rispett lejn il-membri tagħhom li
ġejjin miż-żewġ naħat.
“Wara
li tħabbar ir-riżultat ta’ l-elezzjoni ġenerali bgħatt
ir-riżenja tiegħi lill-Kumitat. Dan talabni nikkunsidra d-deċiżjoni
tiegħi imma nħoss li wasal il-waqt li għalkemm nibqa’ naħdem
f’din l-għaqda ma nibqax aktar f’din il-kariga. Għalhekk minn din
il-ġimgħa m’għadnix aktar iċ-Chairman tas-CNI”.
Waqt li qal li huma diżappuntati għall-mod kif iddeċieda l-poplu
imma li fl-istess ħin se jirrispettaw id-deċiżjoni tiegħu,
il-Professur Leone Ganado qal li huwa jispera li issa n-nies jibdew jgħidu
dak li verament jaħsbu dwar dan is-suġġett.
Huwa qal ukoll li għad jasal iż-żmien fejn in-nies tirrealizza li
dak li kienet tgħid is-CNI
kien minnu.
Skond huwa, is-sħubija ta’ Malta fl-UE huwa pass irrevokabbli u għalhekk
issa rridu naħdmu f’dan il-kuntest.
Waqt li qal li issa s-CNI
trid isservi bħala “watchdog” għal dak li jkun qed jiġri,
il-Professur Leone Ganado fisser lill-Avukat Mifsud Bonnici bħala wieħed
li “m’hawnx aħjar minnu biex jiddefendi s-sovranità tal-pajjiż”.
Min-naħa tiegħu l-Avukat Mifsud Bonnici beda biex irringrazzja lill-Professur Leone Ganado u lill-membri tas-CNI tal-fiduċja li wrew fih.
Huwa
ammetta li kien hemm xi diverġenzi bejniethom fuq xi punti.
L-Avukat Mifsud Bonnici qal li fl-elezzjoni ġenerali li għaddiet kien
hemm 146,000 li vvotaw favur is-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea u
134,000 li vvotaw kontra l-ftehim.
“Ma ngħidx li dan huwa l-verdett tal-poplu imma l-verdett ta’
146,000.
Nirrispetta l-verdett ta’ dawk li vvotaw favur is-sħubija imma daqstant iehor nirrispetta dawk li vvotaw kontra.
F’demokrazija titwettaq ir-rieda tal-maġġoranza imma f’demokrazija wkoll trid tiġi rispettata r-rieda tal-minoranza.
U
ħadd m’għandu jippretendi li dawk li kienu kontra issa m’għadx
għandhom id-dritt li jibqgħu kontra s-sħubija fl-Unjoni Ewropea”.
Kuntrarjament għall-Professur Leone Ganado, l-Avukat Mifsud Bonnici qal li
huwa ma jaħsibx li d-deċiżjoni li Malta tidħol fl-Unjoni
Ewropea hija waħda irrevokabbli.
Dan għax id-demokrazija tagħti l-opportunità lill-poplu li kultant
żmien ibiddel l-opinjoni tiegħu.
Jekk partit jitlef elezzjoni ma jfissirx li għandu jbiddel l-opinjoni tiegħu.
Hekk
ġara fil-passat u huwa ma jarax għalfejn m’għandux jiġri
hekk din is-sena.
“L-UE, permezz ta’ Giscard d’Estang, qed tfassal abbozz ta’
kostituzzjoni li qed jaħseb biex jekk pajjiż ikun irid joħroġ
mill-UE jkun jista’ jagħmel dan.
Nittama li l-maġġoranza tal-poplu tagħmel użu minn din l-opportunità.
Meta opponejna s-sħubija ta’ Malta fl-UE għamilna dan għax konna konvinti li s-sħubija hija ta’ ħsara għall-pajjiż.
U
dak li bdejna naraw minn wara l-elezzjoni juri li dan hu minnu”.
Hawnhekk l-Avukat Mifsud Bonnici semma l-kwistjoni tal-pensjonijiet u qal li sa
xahar u nofs ieħor il-ministri tal-pajjiżi msieħba fl-Unjoni
Ewropea se jiltaqgħu biex jiddiskutu l-pensjonijiet li l-piż tagħhom
qed ikun kbir wisq u għalhekk mhux se jibqgħu kif inhuma.
Il-kelliem reġa’ tenna li s-sħubija se tnaqqas is-sovranità
tal-pajjiż għax jekk wieħed isegwi l-kostituzzjoni l-ġdida
ta’ l-UE jinduna li se din se jkollha setgħat esklussivi u superjuri għall-kostituzzjonijiet
tal-pajjiżi individwali.
“Ma nagħmlux unur lill-poplu jekk inkomplu ngħidulu li bi sħubija
ma nkunux qed nirrinunjzaw il-ħelsien tagħna.
L-Unjoni
Ewropea qegħda ssir stat wieħed u l-pajjiżi msieħba jridu jċedu
parti mill-indipendenza tagħhom għall-kollettività tagħha”.
Bħall-Professur Leone Ganado, l-Avukat Mifsud Bonnici semma li s-CNI
ma ħaditx sehem fil-kampanja elettorali għax fi ħdanha għandha
membri li jżommu mal-partiti politiċi differenti.

Mistoqsi x’jigri jekk il-Partit Laburista jbiddel il-pożizzjoni tiegħu
dwar l-Unjoni Ewropea, il-kelliem għamilha ċara li l-pożizzjoni
tagħhom ma tiddependix minn dik tal-partiti politiċi.
Huwa
wiegħed li s-CNI
se jibqa’ jikkritika dak li jsir ħażin mill-Unjoni Ewropea u mbagħad
ikun f’idejn il-poplu jekk jagħmilx xi tip ta’ pressjoni fuq il-Gvern għall-affarijiet
negattivi li jintlaqat bihom.
“Bil-fors irridu niftħu għajnejn il-poplu dwar il-ħsara li
nemmnu li se ssir. Imma mhux se nostakolaw lill-Gvern fil-ħidma tiegħu”,
temm jghid iċ-Chairman il-ġdid tas-CNI.
IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA
Il-Ġimgħa, 9 ta’ Mejju, 2003
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-
Segretarju Finanzjarju CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ