MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI

Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
JEKK TIRRISPETTA L-KOSTITUZZJONI TA' PAJJIŻEK GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK JIRRISPETTA L-FEHMIET TIEGĦEK U MA JIVVOTAX FAVUR IL-KOSTITUZZJONI TA' L-UNJONI EWROPEA LI TKASBAR IL-KOSTITUZZJONI TA' MALTA.
Mill-Kampanja Ħelsien Nazzjonali CNI
GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
Fis-seba’ snin 2007 – 2013 il-Maltin u l-Għawdxin se jkunu ħallsu lill-Unjoni Ewropea €360,000,000
Il-Budgets
ta’ l-UE
Il-miżuri mħabbra wrewna li s-sħubija fl-UE mhix rebbiegħa, kif wegħduna, iżda xitwa qalila.
Urewna
wkoll li l-Gvern Nazzjonalista tal-lum baqa’ miexi fl-istess triq tas-snin imgħoddija.
Jgħabbi l-kotra tal-poplu b’aktar piżijiet u taxxi, inaqqas
is-servizzi soċjali b’xejn (u jgħid li qed jirriformahom), ineħħi
l-benefiċċji li l-ħaddiema rebhħu fl-imgħoddi (u jgħid
li b’hekk qed jagħmilhom aktar kompetittivi), iżid id-dejn tal-pajjiż
u jbiegħ il-ġid tal-poplu biex inaqqas it-telf li jagħmel kull
sena (u jgħid li qed jipprivatizzahom).
Dan kollu qed iseħħ skond l-ordnijiet ta’ l-UE li l-Gvern Malti
jkollu jobdi għax għamel ftehim ta’ sħubija, li Fenech
Adami u Joe
Borg iffirmaw
f’Ateni fis-16 ta’ April 2003.
Fil-waqt li
l-kotra tal-poplu Malti qiegħda tbati l-effetti ħżiena li
l-ftehim iffirmat f’April 2003 qed jikkawżalna, Fenech
Adami
jinsab imxaħxah fil-Palazz ta’ San Anton, waqt li Joe Borg jinsab komdu
ħafna bħala Kummissarju fi Brussels.
Is-swat mhux se jieqaf mal-Budget ta’ din is-sena.
Swat akbar ġej ’il quddiem.
U
jibqa’ ġej f’kull Budget li jkollna taħt l-UE, sakemm il-poplu
Malti jqum u jinfatam mill-madmad tal-kundizzjonijiet tal-ftehim tas-sħubija
fl-UE li se jispiċċa biex iħott kull ma bnejna fl-imgħoddi
b’għaqal kbir tal-mexxejja tagħna u b’ħafna ħidma u
sagrifiċċji tal-poplu tagħna.
Il-poplu għandu jisħaq li l-politiċi u l-ġurnali jgħidu l-fatti vera dwar il-politika ta’ l-Unjoni u mhux jagħmlu konġura bejniethom biex jaħbu l-verità ħalli l-poplu ma jqumx kontra l-UE.
Kieku
tingħad il-verità l-poplu jsir jaf li ż-żidiet fil-prezzijiet
tal-petrol, pitrolju, gass u elettriku huma wkoll tort tal-politika ta’ l-UE
li timponi fuq il-pajjiżi membri li jagħmlu ċerti taxxi fuq dawn
il-prodotti u li dawn it-taxxi ma jistgħux ikunu inqas minn ċertu
ammont iffissat minnha stess.
Bid-direttiva nru 2003/96/EC li l-Kunsill tal-Ministri ta’ l-UE ħareġ
fis-27 ta’ Ottubru 2003, l-Unjoni ffissat l-inqas ammont tat-taxxi li kull
pajjiż membru għandu jimponi fuq
* il-petrol,
* il-pitrolju,
* il-gass u
* l-elettriku.
L-Unjoni għamlet dan ħalli tħares il-kompetizzjoni bejn il-pajjiżi membri.
Anke f’Malta, għalkemm il-politiċi jirrifjutaw li jgħidu dan, il-prodotti msemmijin qegħdin jiġu ntaxxati skond l-ordni ta’ l-UE, mingħajr il-poplu ma jaf.
Din
hija frotta oħra qarsa tal-ftehim li għamilna ma’ l-Unjoni Ewropea.
Fil-ġurnal uffiċjali ta’ l-UE tal-5 ta’ Ottubru 2004 ġiet
ippubblikata d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea (2004/673/KE) rigward
it-talba ta’ Malta biex tiġi applikata rata mnaqqsa ta’ VAT fuq
il-provvista tad-dawl elettriku.
Bl-Għawdxin
ma jidħkux
Ġimgħa ilu f’dan il-ġurnal, fil-paġna t’Għawdex, deher artiklu bit-titlu “Grazzi lil ta’ l-Ewropa”.
Aħna
li nafu li l-Għawdxin ħadd ma jagħmlilhom bżieq fuq imneħirhom,
ċerti li huma mhux se jaqgħu fin-nassa tal-propaganda ta’ l-Unjoni
Ewropea u l-propagandisti tagħha.
Iżda l-kittieb jidher li jemmen li l-Unjoni Ewropea qiegħda tibgħat
il-flus tagħha għall-proġetti li ssemmew li se jsiru f’Għawdex.
Forsi
l-artikolist jemmen li dawn il-flus l-UE qiegħda tibgħathom għax
tħobb lill-Għawdxin u bla mhi tieħu xejn lura tagħhom. Kif
jingħad “gratis et amore”.
Mhux hekk xejn.
Il-Gvern
Malti qiegħed kull xahar jibgħat lill-UE somma kbira ta’ flus li jidħlu
mid-dazji fuq kull ma nimportaw minn pajjiżi barra l-Unjoni (għax dawk
id-dazji teħodhom kollha l-Unjoni), jibgħat ukoll parti milli jdaħħal
mit-taxxa tal-VAT u jħallas ukoll persentaġġ fuq il-ġid
nazzjonali kollu li jinħoloq f’pajjiżna.
Dawn l-ammonti li l-Gvern Malti jkollu jibgħathom lill-Unjoni Ewropea bla
kliem u bla sliem mingħajr ma jfalli meta jagħlaq iż-żmien
tagħhom.
L-Unjoni Ewropea, min-naħa tagħha, ma timxix l-istess mal-gvernijiet tal-pajjiżi membri.
Il-Gvern
Malti irid l-ewwel jibgħat lill-UE l-proġetti li jitlobha tghħinu
ħalli jwettaqhom, inklużi l-proġetti li jixtieq jitwettqu f’Għawdex.
L-Unjoni tiflihom u tieħu ż-żmien tagħha biex
tapprovahom.
Meta tapprovahom, twiegħed li tibgħat PARTI BISS min-nefqa totali ta’ kull proġett.
Il-parti
l-oħra tkun trid titħallas mill-Gvern Malti.
U l-UE tibgħat il-parti tagħha tan-nefqa wara li taċċerta li
l-proġett twettaq skond ma approvatu hi.
Biex
dan iseħħ, jgħaddi xi żmien ieħor qabel ma naraw
il-flus li l-Unjoni tibgħat lill-Gvern Malti.
Iżda importanti ħafna li nżommu f’moħħna li l-flus li
fl-aħħar l-UE tħallas tal-progetti f’Għawdex li jkunu
ġew approvati minnha, ikunu parti mill-flejjes li l-Gvern Malti jibgħat
kull xahar lill-UE.
Dan ifakkarna f’dak il-bniedem jiġġerra fit-toroq tal-Belt, jgħidilna
“Tini
sitta, ħalli ntik sold”.
M’hemmx
dubju li l-Għawdxin malajr jifhmu li jkun jaqblilhom ħafna aktar kieku
l-Gvern kellu – minflok joqgħod l-ewwel jibgħat il-flus lill-UE u
din wara tibgħatlu parti min-nefqa tal-proġetti li jsiru f’Għawdex
– jaqbad u jonfoq dawk il-flus tal-proġetti ta’ siwi f’Għawdex.
Wara kollox, il-proġetti li qegħdin isiru, jitwettqu bil-flus
tat-taxxi li jħallas il-poplu ta’ pajjiżna, anke jekk parti minnhom
imorru Brussels u wara jerġgħu jintbagħtu lura Malta.
Imma m’hemmx tmiem għal din il-kummiedja kollha.
Għax issa l-Għawdxin se jibdew jaraw dak li l-Maltin diġà raw,
‘billboards’ kbar kull fejn ikun qed isir xi proġett pubbliku, li jgħidu
li l-proġett qiegħed jiġi ffinanzjat mill-Unjoni Ewropea.
Meta jidhru dawn it-tabelli kbar, l-Għawdxin għandhom jagħmlu bħall-Maltin
u jgħidu li l-proġett taparsi qed jitwettaq bl-għajnuna ta’
l-UE, għax fil-fatt il-parti tan-nefqa li tħallas l-Unjoni Ewropea titħallas
mill-flus li l-Gvern Malti jkun qabel bagħat lill-Unjoni.
Ara dwar il-proġett li twaqqaf il-ħelicopter f’Għawdex, l-Unjoni Ewropea mhux talli ma tat l-ebda għajnuna, talli tort tagħha twaqqaf il-proġett li kien ilu jaħdem numru ta’ snin.
Il-proġett
twaqqaf għax l-Unjoni Ewropea qalet li ma kienx skond il-livelli
(‘standards’) tagħha.
Iżda minflok ma tat l-għajnuna li kien hemm bżonn biex il-proġett
tal-ħelicopter ikun skond il-livelli tagħha, l-Unjoni
Ewropea ordnat lill-Gvern Malti biex iwaqqfu,
minkejja l-ħsara li qiegħda ssir lill-industrija tat-turiżmu
f’Għawdex minħabba n-nuqqas ta’ dan is-servizz.
Ta’ dan it-telf, l-Għawdxin għandhom jgħidu grazzi lill-Unjoni
Ewropea?!
Il-ferita
miftuħa tal-ftehim ma’ l-UE
Meta ħafna qegħdin jintebħu li s-sena l-oħra nstqew mil-lifgħat it-tosku flok l-għasel tar-rebbiegħa ġdida tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea, għandna min qegħdin jgħidulna issa li l-kwistjoni tal-ftehim tas-sħubija fl-Unjoni hija deċiża u magħluqa.
Għandhom
żball kbir!
Il-ferita li l-ftehim tas-sħubija ta’ pajjiżna fl-Unjoni Ewropea
fetaħ fil-ġisem tal-poplu Malti, ma ngħalqitx u mhux se tingħalaq
sakemm il-poplu Malti jinfeda mill-madmad tal-ftehim li sar.
Il-kliem
tal-lum ta’ dawk li issa dawru kliemhom li qalu qabel dwar il-herba li
l-ftehim kien se jagħmel f’pajjiżna, minflok balzmu fuq il-ferita
miftuħa bil-ftehim, qed jinħass bħal melħ fuq il-ferita u
qiegħed aktar jiftaħha.
Kienu eluf li ma vvotawx fir-referendum dwar il-ftehim li l-Gvern għamel
ma’ l-Unjoni Ewropea s-sena l-oħra.
X’uħud li ma vvotawx kienu kontra l-prinċipju tas-sħubija fl-Unjoni.
Iżda x’uħud setgħu ma xtaqux jivvotaw kontra l-prinċipju tas-sħubija fl-Unjoni kif għamlu l-ħafna aktar eluf li vvotaw “Le” fir-referendum.
Kellna
wkoll min ma kienx favur il-ftehim li l-Gvern għamel ma’ l-Unjoni
Ewropea, iżda spiċċa biex lanqas ivvota kontrih meta tressaq
fil-Parlament.
Issa jridu li l-eluf kbar li tassew emmnu li l-ftehim li sar ma’ l-Unjoni
Ewropea huwa diżastruż għal pajjiżna, jgħalqu għajnejhom
għad-diżastru li qegħdin jaraw iseħħ u jinsewh u jaċċettawh.
Qegħdin jagħmlu żball kbir.
Il-kotra
mhux tispiċċa biex taċċetta l-ftehim, iżda aktar ma jgħaddi
ż-żmien aktar tifferoċja kontrih.
U l-kotra ddur kontra dawk li għamlu l-ftehim diżastruż ma’
l-Unjoni, u ddur ukoll kontra dawk li issa daru.
Tixlihom
li ttraduha, għax minflok mexxewha biex teħles mit-toqol tal-ftehim diżastruż,
ħallewha titgħaffeġ taħt it-toqol tiegħu.
Huwa għajb li anke f’pajjiżna qiegħed iseħħ dak li
ġara fil-pajjiżi l-oħrajn li ssieħbu fl-Unjoni
Ewropea.
Qed
jiġri li l-politiċi jirkbu t-tren ta’ l-Unjoni, idabbru rashom, jaħsbu
fl-interessi tagħhom, fil-waqt li l-kotra tal-poplu titħalla tinfena
bil-qgħad, titqanna b’piżijiet ta’ taxxi ġodda, iġġarrab
qtugħ tas-servizzi soċjali u mitt caħda oħra, kollha kaġun
tal-politika ħażina kapitalista estrema tas-suq li l-Unjoni Ewropea
timponi fil-ftehim li hija tagħmel ma’ kull pajjiż li jissieħeb
fl-Unjoni.
U
qed jiġri li l-partiti politiċi progressivi, minflok jieqfu kontra
l-mewġa li qiegħda tidfen liż-żgħir taħt
il-kefrija tas-suq, jinġarru huma u jinbarmu biha, u jitilfu l-għan
tagħhom li jieqfulha ħalli jipproteġu l-kotra mill-ġerħa
li din il-mewġa tikkaġuna.
Kritika
ħarxa tal-Kostituzzjoni ta’ l-UE fil-House of Lords
LORD rees-mogg huwa magħruf u stmat ħafna bħala ġurnalist li għamel żmien twil assoċjat mat-Times ta’ Londra.
Ftit taż-żmien ilu fil-House of Lords ta’ l-Ingilterra huwa għamel diskors kritiku ħafna tal-Kostituzzjoni l-ġdida ta’ l-Unjoni Ewropea.
Il-punti
ewlenin tal-kritika tiegħu kienu dawn li ġejjin.
Rees-Mogg sostna li l-Kostituzzjoni Ewropea hija msejsa fuq prinċipji qodma
ħafna ta’ gvernijiet burokratiċi ta’ żmien l-Imperu Prussjan
(Ġermaniż) tas-Seklu 19.
Huwa semma li l-Kostituzzjoni ma tagħmel l-ebda riforma tal-liġijiet,
regolamenti u direttivi ta’ l-Unjoni matul il-50 sena tagħha.
Dawn il-liġijiet, regolamenti u direttivi jifformaw dak li huwa magħruf
bħala “Acquis Communaitaire”.
Il-Kostituzzjoni l-ġdida, minflok, għamlet riforma tagħhom skond
iċ-ċirkostanzi li nbidlu tal-lum, imponiethom kollha fuq il-pajjiżi
membri, bħala parti mill-Kostituzzjoni li huma obbligati jħarsu.
Lord Rees-Mogg ilmenta li l-Kostituzzjoni l-ġdida ma treġġa’ lura lanqas setgħa waħda mis-setgħat li biż-żmien l-Unjoni ħadet mingħand il-gvernijiet nazzjonali tal-pajjiżi membri.
Anzi
kompliet tat aktar setgħat lill-Unjoni.
Huwa għalhekk sejjaħ il-Kostituzzjoni bħala assurda u sostna li
m’għandhiex il-ħila li ttejjeb lilha nfisha skond il-ħtiġijiet
taż-żminijiet li jinbidlu.
Huwa
spiċċa d-diskors tiegħu fil-House of Lords billi appella biex
il-Kostituzzjoni l-ġdida ta’ l-Unjoni Ewropea ma tiġix approvata.
L-Erbgħa, 8 ta’ Diċembru, 2004.
IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat Lm2 flimkien ma' din il-formola liċ-
Chairman
CNI,
Dr
Karmenu Mifsud Bonnici LL.D.
81,
Triq Ġuże Pace,
Ħamrun.
Isem .......................................................
Indirizz ..................................................
ID Numru...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ