MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI


Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
L-Unjoni Ewropea ordnat li mis-sena 2010 il-Maltin u l-Għawdxin iħallsuha
€182,192 kuljum misruqa minn ħalq uliedek
Il-Parlament m’għandux japprova t-trattat ta’ riforma
F’konferenza
ta’ l-aħbarijiet li s-CNI
għamlet fil-5 ta’ Novembru, fil-Belt, iċ-Ċermen tas-CNI
ikkundanna bl-aħrax lill-Unjoni Ewropea li qiegħda ċċaħħad
liċ-ċittadini tagħha jgħidu jaqblux jew le mat-trattat il-ġdid
li se jkun iffirmat fit-13 ta’ Diċembru.
L-Unjoni
taf li l-maġġoranza kbira taċ-ċittadini (‘l fuq minn 70
fil-mija, inklużi ċ-ċittadini Maltin), iridu referendum dwar
it-trattat, iżda l-Unjoni assolutament ma tridx dan, għax tibża’
li jiġi miċħud, bħalma ġara fil-2005 fil-każ
tat-Trattat tal-Kostituzzjoni ta’ l-Unjoni.
Iċ-Ċermen tas-CNI
ikkundanna wkoll il-fatt li l-Unjoni ċaħdet it-talba li saritilha biex
tippubblika l-emendi tat-trattat flimkien mat-trattati eżistenti li huma
jemendaw.
L-Unjoni qalet li mhux se tagħmel dan qabel ma l-pajjiżi kollha ta’ l-Unjoni jirratifikaw it-trattat.
Din iċ-ċaħda hija maħsuba biex il-popli ma jkunux
jistgħu jiflu x’fih it-trattat li nkiteb apposta b’mod li l-poplu ma
jifhmux u ma joġġezzjonax għalih.
Iċ-Ċermen tas-CNI ikkritika lill-Parlament Malti li se jivvota favur
it-trattat mingħajr m’għadu ddiskutih.
Hemm numru ta’ raġunijiet li minħabba fihom
il-Parlament Malti m’għandux japprova t-trattat.
Skond is-CNI, it-trattat se jżid
68 każ ta’ deċiżjonijiet
li l-Unjoni tieħu mingħajr il-kunsens tal-pajjiżi membri
kollha.
Għalhekk Malta qiegħda tipperikola li fi 68 każi ġodda tista’ ma tkunx taqbel mad-deċiżjonijiet tal-maġġoranza ta’ l-Unjoni, u xorta waħda jkollha toqgħod għalihom.
F’49 każi ġodda fit-trattat, il-Parlament nazzjonali tal-pajjiżi membri se jitilfu mill-influwenza li għandhom fuq l-Unjoni.
F’19 il-każ biss it-trattat jagħti aktar
influwenza milli għandu llum il-Parlament Ewropew.
Jekk it-trattat se jsaħħaħ lill-Unjoni, bħal meta se jagħtiha
105 kompetenzi ġodda li m’għandhiex illum, dawn se joħodhom
mingħand il-gvernijiet tal-pajjiżi membri.
L-Unjoni se żżid ħafna l-impjegati tagħha
għas-setgħat ġodda li t-trattat jagħtiha.
Il-President ta’ l-Unjoni se jkollu
3,500 impjegat, u r-Rappreżentant Għoli
għall-Affarijiet Barranin u Sigurtà se jkollu “staff” ta’
5,000
impjegat.
Il-kelliemi tas-CNI wera li mhux minnu li Malta se tirbaħ bit-trattat.
Is-sitt siġġu f’Parlament Ewropew ta’ 751 membru ma jfisser xejn.
Bis-sistema ta’ votazzjoni tat-trattat, is-saħħa ta’ Malta se tiddgħajjef, għax waqt li llum
* fil-Kunsill tal-Ministri Malta għandha tliet voti fuq 345 voti,
* bit-trattat il-ġdid is-saħħa ta’ Malta se tkun ta’ 1 f’1,250
*
(popolazzjoni ta’ 400,000
f’popolazzjoni ta’ l-Unjoni ta’ 500,000.000).
* Illum Malta għandha Kummissarju.
* Bit-trattat, kull għaxar snin, Malta ma jkollhiex Kummissarju għal ħames snin.
* Illum, Malta jkollha l-Presidenza ta’ l-Unjoni kull 13-il sena u nofs.
*
Bit-trattat Malta titlef dan id-dritt.
Iċ-Ċermen tas-CNI saħaq li meta skond it-trattat il-ġdid l-Unjoni
jkollha politika barranija komuni, din ma tkunx politika ta’ newtralità li
Malta għandha fil-Kostituzzjoni.
L-istess ħaġa se jiġri fir-rigward ta’ politika komuni ta’
difiża skond it-trattat.
Għal Malta dan ifisser li pajjiżna jmur
kontra l-Kostituzzjoni Maltija li ma tħalliniex ikunu parti minn alleanza
militari.
It-trattat isostni wkoll li l-liġijiet ta’ l-Unjoni huma aqwa mil-liġijiet
magħmulin mill-Parlament tagħna u d-deċiżjonijiet tal-Qorti
ta’ l-Unjoni jorbtu lill-Qrati Maltin.
Minħabba dan kollu, il-Parlament Malti ma jmissux
jivvota favur it-Trattat ta’ l-Unjoni, sostna ċ-Ċermen tas-CNI.
Jikber
id-“Democratic Deficit” fl-UE
Lill-poplu Malti faħħrulu t-Trattat ġdid imsejjaħ ta’ Riforma ta’ Unjoni Ewropea mingħajr ma fissrulu x’fih.
Lanqas
iridu li l-poplu jaqrah u jifhmu, tant hu magħmul b’mod apposta li ma
jinqarax u jinftiehem ħlief mill-esperti fil-liġijiet u minn dawk
imdorrijin jemendaw il-liġijiet.
Għax
ma jridux jipperikolaw lil l-poplu li jifhmu u jkollu għalhekk jivvota
kontrih.
L-Unjoni Ewropea ma tridx tagħti l-opportunità lill-poplu jgħid
jaqbilx mat-trattat għax tibża’ li jgħid li ma jaqbilx miegħu.
Għalhekk ma tridx li jsir referendum dwaru.
Dan
il-fatt huwa l-akbar kundanna popolari li l-Unjoni tista’ tiddobba – li turi
biċ-ċar li l-poplu ma japprovax dak li l-Unjoni qiegħda tagħmel.
It-trattat jista’ jidħol fis-seħħ bis-saħħa tal-voti
tal-membri parlamentari li jivvotaw, iżda jkun nieqes mil-leġittimità
demokratika tal-poplu.
Ma tistax l-Unjoni tagħti lilha nfisha ċertifikat aqwa tan-nuqqas ta’ l-appoġġ popolari.
It-trattat,
aktar milli jirriformaha, se jaqtagħha aktar mill-poplu li mhux se jinsa li
ċaħditlu d-dritt demokratiku li jgħid kif għandha titmexxa
l-Unjoni.
Aktar ma l-politiċi jiftaħru bit-trattat, filwaqt li jinsistu li ma
jsirux referendi dwaru, aktar il-poplu jikkundannahom li jridu jimponulu ħwejjeġ
li huwa ma jħossx li jagħmlulu ġid.
Waħda mill-akkużi ewlenin li jsiru lill-Unjoni Ewropea hija li nieqsa
mid-demokrazija, id-“democratic deficit”.
Bit-trattat li mhux se jitressaq għar-referendi, l-akkuża tad-“democratic deficit” ta’ l-Unjoni se tikber aktar.
* Kif tista’ l-Unjoni tippriedka d-demokrazija
lill-pajjiżi oħrajn, meta hija qiegħda tiċħadha liċ-ċittadini
tal-pajjiżi tagħha?
X’jiswew il-ħafna laqgħat, konferenzi u ‘seminars’ li l-Unjoni
torganizza bi spejjeż kbar biex taparsi tisma’ x’għandhom xi jgħidu
ċ-ċittadini, meta mbagħad l-Unjoni tagħmel li trid hi u ma tħallix
liċ-ċittadini jiddeċiedu dak li jmissu jsir mill-Unjoni?
* Tassew hija Unjoni tal-politiċi u mhux tal-popli!
* Hija ħaġa ta’ l-iskantament kif l-Unjoni Ewropea,
* minkejja l-miljuni kbar li tonfoq fi propaganda,
* li tagħti lill-mezzi tal-komunikazzjoni tal-massa u lil min jinfluwenza l-opinjoni pubblika,
* xorta waħda qatt ma jirnexxilha tikseb l-appoġġ popolari,
* tant li taħrab milli tagħmel referendi għax taf li titlifhom.
Il-mexxejja ta’ l-Unjoni u tal-pajjiżi membri huma ġwejjef li m’għandhomx il-ħila jipperswadu lill-popli tagħhom li t-Trattat il-ġdid se jtejjeb il-qagħda tal-popli u għalhekk se jimponuh fuq il-popli mingħajr ma jfissrulhom sewwa x’fih.
Dan l-aġir miskin għandu jkompli jżid l-oppożizzjoni popolari għall-Unjoni Ewropea.
* Il-popli Ewropej jixirqilhom jiġu stmati aħjar!
Aktar
tagħrif dwar l-Unjoni Ewropea:
Smart
City
Il-Gvern Malti żvela l-ġimgħa l-oħra
li l-Kummissjoni Ewropea kitbitlu dwar il-ftehim ta’ Smart City li huwa għamel
ma’ kumpanija minn Dubaj.
Il-Kummissjoni trid tinvestiga jekk bil-ftehim il-Gvern
tax għajnuna statali lill-kumpanija minn Dubaj li jagħtiha vantaġġ
fuq kumpaniji kompetituri, u b’hekk tiddisturba l-kompetizzjoni kummerċjali.
Il-Gvern stqarr li qal lill-Kummissjoni li huwa jemmen li bil-ftehim li għamel
ma marx kontra l-liġi ta’ l-UE.
Dan il-fatt jixhed f’liema qagħda umiljanti pajjiżna jinsab bis-saħħa
tas-sħubija fl-Unjoni.

Il-Gvern Malti lanqas jista’ jagħmel ftehim
kummerċjali li huwa jemmen ikun ta’ ġid għall-pajjiż, għax
il-ftehim ma jkunx jaqbel mal-politika kummerċjali ta’ l-Unjoni!
Mur ġib lill-Gvern immexxi mill-Perit Mintoff fejn kien jibgħatha
lill-Unjoni Ewropea li tipprova tfixkel x’jagħmel għall-ġid
ta’ Malta!
Il-ftehim ta’ Smart City kiseb l-approvazzjoni tal-Parlament Malti.
Iżda l-vot favur tal-Parlament Malti ma jiswa xejn għall-Unjoni Ewropea.
Jekk l-Unjoni ma taqbilx miegħu, il-Gvern Malti jkun ikkundannat iħallas multa ħarxa, u l-Parlament Malti jkollu jivvota l-flus biex il-multa titħallas.
Jista’ Parlament nazzjonali jitbaxxa aktar minn hekk?
Il-Parlament
Ewropew
Il-Parlament Ewropew m’hu parlament xejn.
Jikkonsidra ħafna rapporti, jgħaddi ħafna riżoluzzjonijiet u jivvota fuq ħafna liġijiet li jsiru mill-Kummissjoni Ewropea jew mill-Kunsill tal-Ministri, u jaħtar għadd kbir ta’ kumitati f’oqsma differenti.
F’seduta waħda tal-Parlament jittieħdu ruxmata votazzjonijiet.
Diffiċli għal 785 membru li jsegwu sewwa
x’votazzjonijiet ikunu qegħdin isiru.
In-nuqqas tas-serjetà tal-Parlament Ewropew intweriet bil-kbir f’waħda
mis-seduti plenarji li saret ġimgħat ilu fi Strasburg.
F’sitt okkażjonijiet tal-votazzjoni fl-istess seduta, min kien qiegħed jippresjiedi, iddikjara li l-maġġoranza kienet approvat emendi.
Iżda meta xi membri oġġezzjonaw u talbu
li jittieħed vot elettroniku, fis-sitt okkażjonijiet irriżulta li
min kien jippresjiedi, ħa żball, u l-maġġoranza kienet
ivvotat kontra, mhux favur l-emendi.
Żbalji bħal dawn jittieħdu sikwit minħabba l-kwantità kbira
ta’ votazzjonijiet li jsiru f’temp qasir ta’ żmien.
Iżda mhux dejjem isiru oġġezzjonijiet għalihom.
U b’hekk spiss il-Parlament Ewropew jispiċċa
jgħaddi liġijiet li fil-fatt ma jkunux approvati mill-maġġoranza
tal-membri.
Schengen

Il-Parlament
Malti approva n-nefqa kbira li pajjiżna se jkollu jagħmel biex iħaddem
il-ftehim ta’ Schengen li bih ċittadini tal-pajjiżi ta’ l-Unjoni
Ewropea jistgħu jivvjaġġaw minn pajjiż għall-ieħor
ta’ l-Unjoni Ewropea mingħajr xkiel ta’ passaporti u ta’ kontrolli u
dan anki fir-rigward ta’ trasport ta’ merkanzija.
Pajjiżna se jkollu
40 membru tal-Korp tal-Pulizija jaħdmu fuq dan
l-arranġament ta’ Schengen, li aħjar jissejjaħ “Kbir Ġenn”.
Għax ġenn kbir li llum, meta hawn tant theddid ta’ terroriżmu, tant traffikar ta’ droga u ta’ prostituzzjoni, u tant kriminalità organizzata mifruxa fuq ħafna pajjiżi, li pajjiż ineħħi jew inaqqas il-kontrolli dwar min jidħol u x’merkanzija tidħol fil-pajjiż.
Illum jeħtieġ li l-kontrolli jiżdiedu, mhux jitneħħew.
Il-Ħamis, 8 ta' Novembru, 2007.
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-
Segretarju Finanzjarju CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ