MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI

KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI

 

 

Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin

u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea

 

NAĦILFU LI NEĦILSU LIL MALTA MILL-JASAR, IL-KOLONJALIŻMU U L-ĦAKMA DITTATORJALI ILLEGALI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA

L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!

 

L-Unjoni Ewropea ordnat li mis-sena 2010 il-Maltin u l-Għawdxin iħallsuha

€182,192 kuljum misruqa minn ħalq uliedek

 

minn Karmenu Mifsud Bonnici KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI

 

Il-kriminalità u l-korruzzjoni żdiedu bis-sħubija fl-UE

 

Mhux minnu li ma nistgħux noħorġu mill-Unjoni Ewropea.

Araw dan il-video tal-Parlament Ewropew kif nistgħu noħorġu

 Video Parlament Ewropew

 

Is-sħubija fl-Unjoni Ewropea ħolqotilna,

* ma’ ħafna problemi oħrajn,

* dik ta’ nuqqas ta’ sigurtà

* u theddida għall-ħarsien tal-poplu tagħna,

* minħabba l-eluf ta’ barranin

* li hawn jiġġerrew f’pajjiżna,

* wara li mas-sħubija fl-UE,

* warrabna l-liġi li ma kinitx tħalli jibqgħu f’Malta barranin

* jekk ma jingħatawx il-permess, jew bħala turisti għal ftit żmien.

 

Skont tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari dan l-aħħar, jirriżulta li hawn ’il fuq minn 7,500 barranin jaħdmu f’pajjiżna bil-permess.

 

Mhux magħruf kemm hawn eluf mingħajr permess.

Fost l-eluf ta’ barranin li nvadew lil pajjiżna,

* għadd minnhom qegħdin joħolqu problema

* għall-ħarsien tal-poplu tagħna,

* għax qegħdin jieħu sehem f’attivitajiet illegali

* bi sħab ma’ persuni kriminali Maltin.

 

Il-Korp tal-Pulizija, minkejja r-rieda tajba tiegħu, qajla huwa mgħammar biżżejjed biex ilaħħaq mal-elementi lokali tal-kriminalità organizzata u żgur mhux f’qagħda li joħodha kontra l-elementi kriminali barranin organizzati li jiġu f’pajjiżna u jmorru lura, mingħajr ebda kontroll jew sorveljanza, spiss mingħajr lanqas ma jkunu magħrufin.

 

In-nuqqas ta’ kontrol u sorveljanza fuq il-barranin f’pajjiżna, qed jagħmilha faċli għall-Mafia ta’ Sqallija u l-Mafia Russa biex jaħdmu fostna ma’ sħab Maltin.

 

Persuni li għandhom esperjenza tal-kriminalità organizzata jisħqu li f’numru ta’ serqiet permezz ta’ ‘hold-ups’ armati u ta’ qtil, li seħħew dan l-aħħar snin f’Malta, kienu mdaħħlin sew kriminali barranin.

 

Dawn il-każi qegħdin jiżdiedu fin-numru u jikbru bil-mod professjonali li bih qegħdin jitwettqu u bl-armi li qegħdin jintużaw fihom.

L-impressjoni f’moħħ il-pubbliku, tajba jew ħażina, hija li l-Korp tal-Pulizija Malti qiegħed jitlef il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, u li l-elementi kriminali qegħdin ikunu aktar sfaċċati u arditi fl-attentati li qegħdin iwettqu u li huma mhux qegħdin jibqgħu lura biex jisparaw u joqtlu.


Ikun fl-interess tal-ħarsien tal-poplu tagħna jekk nerġgħu ndaħħlu l-ħtieġa tal-kontroll tal-passaporti għal kull min jidħol u joħroġ f’pajjiżna, u li jinżamm ‘record’ tagħhom.

 

Is-sħubija fl-Unjoni Ewropea neħħitilna dan il-kontroll u b’hekk dgħajfitilna l-ħarsien tal-poplu tagħna.

 

Problema oħra għall-Pulizija

 

Maż-żieda fil-kriminalità organizzata, is-sħubija fl-Unjoni Ewropea tidher li ħolqot problema oħra għall-Korp tal-Pulizija.

 

Din hija l-isplużjoni tal-każi ta’ korruzzjoni fis-settur pubbliku, li l-Gvern qed iwaddab fuq il-Kummissarju tal-Pulizija biex jinvestiga, bħallikieku fil-Korp tal-Pulizija hemm xi grupp ta’ esperti li qegħdin biss fuq każi ta’ korruzzjoni fis-settur pubbliku.


Huwa fatt xejn ta’ min jiftaħar bih li f’moħħ il-pubbliku Malti l-korruzzjoni nfirxet f’kull livell tas-settur pubbliku, u rabbiet l-għeruq fl-aħħar snin, u mhux kif kienu jgħidulna qabel ma sseħibna fl-Unjoni Ewropea, inqerdet mill-għeruq u x-xniexel.


Il-pubbliku Malti mhux konvint li ma kienx hemm korruzzjoni kbira fil-każ tal-Isptar Mater Dei (li tfisser OMM ALLA, iżda li huwa aktar xieraq li jibqa’ mfakkar bħala “Mater Dejn”, jew “Omm tad-Dejn”, minħabba l-mod skandaluż li l-ispiża tiegħu kibret tliet darbiet aktar milli kienet maħsuba).

 

Il-pubbliku ma ngħatax tagħrif sħiħ dwar il-każ kbir ta’ korruzzjoni fid-Dipartiment tat-Taxxa tal-VAT, fejn insterqu miljuni ta’ ewro mill-fondi pubbliċi.

 

Il-pubbliku mhux moħħu mistrieħ li m’hemmx ħafna korruzzjoni fl-Awtorità tal-Ambjent u l-Ippjanar, u li m’għadx hemm korruzzjoni fl-Awtorità tat-Trasport Pubbliku, kif ukoll fl-Awtorità Marittima.


Il-pubbliku bir-raġun jistenna li ssir investigazzjoni serja dwar il-kuntratti tal-vapuri tal-Fairmount, li fallew lit-Tarzna bil-miljuni ta’ ewro li ntilfu fuqhom.

 

Il-pubbliku wkoll jistenna li ssir investigazzjoni

* dwar il-kuntratt tal-power station il-ġdida,

* u speċjalment dwar min kien responsabbli

* li f’nofs il-proċess tas-sejħa tal-offerti,

* jibdel ir-regolamenti biex minflok kif kien ippjanat,

* il-power station titħaddem bil-gass,

* titħaddem bil-‘fuel oil’,

* u b’hekk kien possibbli li l-kuntratt jingħata lill-kumpanija li ngħatat.


Dawn il-każi, u għadd ta’ oħrajn bħalhom, seħħew mingħajr ma l-Unjoni Ewropea tniffset.

 

Ma nistgħux nistennew wens mill-Unjoni Ewropea dwar il-korruzzjoni, meta l-Unjoni Ewropea hija mdewda biha hija stess.

 

Lanqas għandna nippretendu li l-Kummissarju tal-Pulizija jinvestiga każi bħal dawn, fejn jista’ jkun hemm persuni politiċi responsabbli.

 

Kummissjoni Kontra l-Korruzzjoni

 

Allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni għanndhom jiġu investigati mill-Kummissjoni li kienet twaqqfet apposta kontra l-korruzzjoni, ippresedut minn eks-imħallef, u li ngħatat is-setgħa tagħti l-ġurament u ġġiegħel persuna tixhed, u jekk ma tidhedx, jistgħu jittieħdu proċeduri kriminali kontriha.

 

Għaliex il-Prim Ministru jabbuża mill-Kummissarju tal-Pulizija kull meta jissemma każ ta’ korruzzjoni, minflok jgħid lill-Kummissjoni Kontra l-Korruzzjoni tinvestiga l-każ hija?

 

Mhux fl-interess tal-poplu li l-isforzi tal-Pulizija jkunu indirizzati kollha ħalli jiżguraw is-sigurtà u l-ħarsien mill-ħidma tal-kriminalità organizzata, filwaqt li l-Kummissjoni Kontra l-Korruzzjoni tkun għassiesa il-ħin kollu dwar dak li jseħħ fis-settur pubbliku, l-aktar fejn jidħlu kuntratti u partikolarment biex tifli n-numru kbir ta’ ‘direct orders’ li jingħataw u li jinvolvu b’kollox miljuni ta’ ewro ta’ fondi pubbliċi, kif ukoll l-għadd kbir ukoll ta’ konsulenzi li jitqabbdu jsiru u li għalihom jitħallsu mijiet ta’ eluf ta’ ewro mill-fondi pubbliċi?


Ikun ta’ siwi għall-poplu tagħna jekk kull min huwa mdaħħal fl-amministrazzjoni tal-pajjiż ikun jaf li qed jiġi kkontrollat f’kull ma jagħmel u jinżamm responsabbli ta’ għemilu anki wara li jkun ħalla l-kariga li kellu.

 

Min ma jqarraqx f’dak li jagħmel, m’għandux għalfejn jiddejjaq li jkun ikkontrollat.


Ma nistennewx li l-Unjoni Ewropea tgħidilna kif inrażżnu l-korruzzjoni, meta l-Unjoni stess hi mifnija biha.

 

Nistennew, anzi, li bis-sħubija fl-UE, il-każi ta’ korruzzjoni joktru, kif rajna li seħħ fis-sitt snin li ilna mseħbin fl-Unjoni.

 

B’min irid jidħak Beppe Fenech Adami?

 

minn Eddy Privitera, Kampanja Helsien Nazzjonali

 

Waqt id-dibattitu fil-Parlament fuq il-mozzjoni ta’ sfiduċja

* li l-Oppożizzjoni Laburista ressqet kontra l-Ministru Dolores Cristina

* rigward is-sospensjoni ta’ fondi mill-Unjoni Ewropea

* għal studenti Maltin u Għawdxin

* li jmorru jistudjaw f’xi università

* ta’ stat membru tal-Unjoni Ewropea,

* id-Deputat Nazzjonalista Dr Beppe Fenech Adami (ritratt)

* ġie kkwotat li qal li kieku kien għall-Partit Laburista,

* “mhux fondi sospiżi tal-Unjoni Ewropea kien ikollna, iżda li ma jiġu ebda fondi mill-Unjoni Ewropea”.

 

Għandu jkun dan id-Deputat Parlamentari għadu ma qamx mis-sakra li missieru kien sakkar lill-poplu Malti meta wegħedhom li bis-sħubija fl-Unjoni Ewropea, se tibda tinżel fuq pajjiżna xita ta’ miljuni ta’ liri jew ewro.


Naħseb, għalhekk, tkun ta’ benefiċċju għal dan id-deputat jekk nipprova nqajmu mis-sakra li għad għandu fuqu.


Nibda biex ngħidlu li kieku Malta baqgħet pajjiż verament sovran u indipendenti barra mill-Unjoni Ewropea, ma konniex nitilfu madwar Lm12-il miljun fis-sena (€28 miljun) tal-Protokoll Taljan.

 

Il-poplu Malti ma kienx ikollu jħallas miljuni ta’ ewro fis-sena

* f’taxxi li l-Unjoni Ewropea imponiet fuqna,

* bħall-VAT

* u l-Eco-Tax,

* taxxi fuq il-prodoti taż-żejt

* u aktar.

 

Ma konniex inħallsu lill-Unjoni Ewropea €376 miljun biex forsi neħilsu lill-Greċja mill-għawġ finanzjarju li qiegħda fih.

 

U lanqas kien ikollna niggarantixxu bejn €350 miljun u €400 miljun oħrajn f’każ li stati membri oħrajn isibu ruħhom fl-istess għawġ tal-Greċja.


Ara jaħseb Dr Beppe Fenech Adami li dan kollox.

 

Għad hemm ħafna aktar.

 

Ma kienx ikollna nħallsu reġiment kbir ta’ ‘civil servants’ li xogħolhom biss hu marbut mas-sħubija ta‘ Malta fl-Unjoni Ewropea.


Lanqas ma kien ikollna nixtru Dar Malta fi Brussels u nonfqu mat-Lm12-il miljun, biex baqgħet żewġ terzi minnha vojta, bi spiża enormi għall-poplu Malti.


Infakkar lil dan id-Deputat Nazzjonalista li organizzazzjoni barranija li tispeċjalizza fl-affarijiet li għandhom x’jqsmu mal-Unjoni Ewropea, “Open Europe”, fi stħarriġ li għamlet, sabet li l-ispiża għal Malta biex tapplika r-regolamenti u d-direttivi tal-Unjoni Ewropea, hi madwar €72.5 miljun fis-sena.
Open Europe


Mhux ta’ b’xejn li l-Gvern qatt ma laqa’ l-isfida biex jagħmel ‘cost and benefit analysis’ tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea, għax jaf li r-riżultat ikun li Malta qiegħda titlef miljuni ikbar ta’ ewro fis-sena, u mhux tibbenefika finanzjarjament mill-Unjoni Ewropea.

 

Nispera li d-Deputat Beppe Fenech Adami issa jistenbaħ.

 

Il-misteri tal-power station il-ġdida

 

minn Harry Demarco Kampanja Helsien Nazzjonali

 

 

L-Unjoni Ewropea, fejn trid tindaħlilna f’kollox.

 

Fejn ma tridx tagħlaq għajnejha għal kull ħsara li tkun se titwettaq.

 

Fil-każ tal-bini tal-power station il-ġdida f’Dellimara, l-UE ma tridx tindaħal meta l-kuntratt għall-power station ħaditu kumpanija minn pajjiż ieħor tal-UE, għalkemm se jintuża’ l-agħar mezz biex taħdem, il-‘heavy fuel oil.”


Iż-żejt jittella’ minn taħt l-art u anke minn taħt il-baħar, u jikkonsisti f’taħlita sħiħa u varjata ta’ dawk li jissejjħu “hydrocarbons.”


Il-kumpaniji taż-żejt jużaw il-kesħa u s-sħana biex jisseparaw din it-taħlita.

 

L-ewwel ‘hydrocarbons’ li joħorġu huma dawk il-ħfief imbagħd dawk ftit ftit itqal, u tibqa’ sejjer hekk sakemm tasal għal qatran u fdal bla użu, is-sludge.


Aħna ma nafuhomx bħala ‘hydrocarbons’, iżda bħala spritu “aviation” tal-ajruplani, petrol, diżil eċċ.


Dawn il-prodotti ma jkunux meħtieġa bl-istess ammont.

 

Per­eżempju l-petrol huwa meħtieġ aktar mill-pitrolju.

 

Għalhekk il-kumpaniji taż-żejt żviluppaw proċess biex ikissru il-‘hydrocarbons’ tal-pitrolji u jġibuh petrol.

 

Il-proċess isejħulu ‘fractioning’, iżda dan mhux stabbli għal ħafna żmien.


Minbarra dan, meta tasal għan-naħa t’isfel tal-iskala, jiġifieri l-‘heavy fuel oil’, dan iħalli warajh duħħan meta jinħaraq, jagħmel ġmiet, carbon u veleni li jniġġsu l-arja.

 

Ftit minn dan l-iskart li joħroġ miċ-ċmini tista’ tilqgħu permezz ta’ speċi ta’ passaturi.

 

Iżda dawn il-passaturi li jilqgħu dak li jkun se joħroġ miċ-ċmieni, flimkien ma ħmieġ ieħor li jkun itqal u li ma jipprovax joħroġ miċ-ċmieni, jammontaw għal tunellati kuljum.

 

Dan kif se neħilsu minnu?


Sa ftit ta’ żmien ilu l-pajjiżi Ewropej kienu jsibu xi pajjiż fqir fl-Afrika li jħallihom jidfnu l-materjal perikoluż f’pajjiżhom u jagħtu xi ftit flus jew armi.

 

Dan sewwa?

 

Hekk se jagħmel il-Gvern Malti, bil-barka tal-UE?

 

Qed nistaqsi għax iċ-ċokon ta’ pajjiżna lanqas fejn narmu l-iskart mid-djar ma baqgħalna spazju, aħseb u ara skart li joħroġ miċ-ċmieni.


Issemiet problema oħra dwar din il-power station il-ġdida.

 

Intqal li jekk ma nixtruhiex, neħlu penali ta’ 50% aktar mill-prezz tagħha.

 

Ħaġa bħal din ma tagħmlix sens.

 

Jekk tintrabat li tixtri karozza ta’ €10,000 u ma tħallashiex, tista’ titlef depożitu, u forsi f’każ estrem, ikollok tħallas il-prezz kollu tal-karozza, iżda qattma nisimgħu li jkollok tħallas penali ta’ €15,000 (50% aktar mill-prezz).

 

Allura kif qed jingħad li jekk issa ma nieħdux il-power station ta’ €200 miljun neħlu penali ta’ €300 miljun?

 

Dan ma jagħmlix sens.


Il-Gvern Malti mhux qed jgħid kollox lill-poplu tagħna, meta l-poplu se jħallas ta’ kollox.

 

Il-poplu għandu dritt ikun jaf x’inhi din il-problema ta’ dan il-ħabi kollu.


Min-naħa tiegħi, għandi mistoqsija x’nagħmel.

 

L-Olanda, minn fejn ġejja din il-power station, għandha industrija kbira taż-żejt.

 

Żgur li għandhom ħażna kbira tal-fdal tiegħu.

 

Jista’ jkun li din il-power station esperimentali li se jġibu hawn bis-saħħa tal-Gvern Nazzjonalista, hija ddisinjata u maħsuba biex jeħilsu minn dan iż-żejt?

 

 

U nkompli nistaqsi:

Hemm xi ċans li ’l quddiem insibu li l-power station il-ġdida tagħna trid bilfors taħdem b’dan iż-żejt immodifikat b’mod speċjali biex jinħaraq fit-tip ta’ magna ta’ din il-power station?

 

Dan ifisser għalhekk, li jekk ma nixtrux din il-power station u hija tibqa’ fuq żaqqhom, ikollhom iżommu wkoll iż-żejt li għandhom żejjed.

 

Dawn il-mistoqsijiet bilfors jiġu, ladarba dawn dawn il-misteri kollha u l-ħabi mill-poplu Malti, bl-UE tgħid li din mhix affari tagħha.


Għalhekk nappella lill-Gvern ma jkomplix b’din l-attitudni u ngħidlu jistqarr il-fatti kollha lill-poplu tagħna, kif għandu d-dmir li jagħmel.

 

Il-Ħamis, 8 ta’ Lulju, 2010

 

Fittex li tiffirma l-petizzjoni popolari lill-Parlament Malti biex jgħaddi miżuri li jrażżnu l-immigrazzjoni illegali f’pajjiżna.

 

IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA

 

<< Lura <<

 

e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk 

 

Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna

 

Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien

 

Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien? 

Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.

Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-

Segretarju Finanzjarju  CNI,

60A, Triq id-Dejqa,

Valletta

 

Isem .......................................................

Indirizz ...................................................

ID Numru ...............................................

 

Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek

 

Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ