MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI

KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI

 

Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin

u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea

 

NAĦILFU LI NEĦILSU LIL MALTA MILL-JASAR, IL-KOLONJALIŻMU U L-ĦAKMA DITTATORJALI ILLEGALI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!

 

Fis-seba’ snin 2007 – 2013 il-Maltin u l-Għawdxin huma marbutin li jħallsu lill-Unjoni Ewropea €420,000,000 minn ħalq uliedek

 

CROUSER HARAB JEW HARRBUH?

 

Il-Kampanja għall-Ħelsien Nazzjonali (CNI) issostni li bid-deċiżjonijiet li ħa li jbiegħ it-Tarzna lill-barranin u li jonqos in-numru ta’ ħaddiema fit-Tarzna, il-Gvern mhux se jifga l-għajta tal-ħaddiema tat-Tarzna għal inkjesta pubblika indipendenti dwar x’seħħ fit-Tarzna f’dawn l-aħħar snin.

Aktar ma l-Gvern jirrifjuta li ssir inkjesta, aktar jinfirex mal-poplu s-suspett li l-Gvern irid jaħbi l-verità dwar it-Tarzna, bit-tama li l-poplu jagħti t-tort lill-ħaddiema għat-telf li t-Tarzna għamlet fl-aħħar snin.

It-Tarzna ingaġġat għal tliet snin barrani, Graham Crouser, li ntqal li kellu esperjenza ta’ proġetti bħal tal-Fairmount. 

 

Iżda biss wara sitt xhur, Crouser jew ħarab, jew bagħtuh, u ħadd ma qal għaliex, u lanqas kemm ġarrbet danni t-Tarzna minħabba fih. 

 

Hija f'waqtha l-mistoqsija: 

* min kien li għażel lil Crouser fl-ewwel lok, u 

* x’ħiliet kellu dan biex it-Tarzna tingaġġah?

 

Il-GWU għandha raġun tibqa' tisħaq mal-Gvern biex issir inkjesta pubblika indipendenti ħalli jinstab għaliex intilfu l-miljuni kbar fuq il-kuntratt tal-konverżjonijiet tal-“Fairmount”. 

 

Dan huwa t-telf li ġab lill-Gvern dahru mal-ħajt dwar il-ġejjieni tat-Tarzna wara l-aħħar ta' din is-sena, meta jintemm iż-żmien tal-Pjan ta' Ristrutturar ta' seba' snin.

 

Il-Prim Ministru Gonzi m'għandux jibża' li tinstab il-verità jekk kemm-il darba l-Gvern mhux ħati, jew kompliċi, fl-abbużi u l-irregolaritajiet li saru fil-każ tal-kuntratt tal-“Fairmount”.

Il-poplu li se jkollu jagħmel tajjeb għat-telf li sar fuq il-kuntratt tal-“Fairmount”, għandu dritt li jkollu tweġiba għal ħafna mistoqsijiet importanti u f'waqthom li s-
CNI qiegħda tagħmel.

L-ewwel mistoqsija hija jekk sarx 'feasability study' dwar il-proġett kbir tal-konverżjonijiet tal-“Fairmount”, u min għamel dan l-istudju? 

 

Jekk ma sarx 'feasability study', għaliex ma sarx, meta dan il-kuntratt kien f'ħafna aspetti tiegħu, l-ewwel wieħed tat-tip tiegħu għat-Tarzna?

It-tieni mistoqsija tirrigwarda l-klawsola tal-kuntratt li ffissat l-‘liquidated damages', jiġifieri l-ammont miftiehem ta' danni li t-Tarzna ntrabtet li tħallas, fil-każ li ma tasalx li tlesti x-xogħol kif kien miftiehem.

It-Tarzna qatt ma kienet tintrabat bi klawsola bħal din, u aktarx li ebda tarzna ma taċċettaha. 

 

Allura min approva għat-Tarzna l-klawsola tal-'liquidated damages'?

 

Marbuta mal-'liquidated damages' hemm il-kwistjoni tal-finanzjament tal-proġett mill-bank. 

 

Mhux magħruf kif il-bank aċċetta li jiffinanzja lit-Tarzna għal dan il-proġett, meta l-kundizzjonijiet tal-kuntratt kienu daqstant kontra t-Tarzna. 

 

Għalhekk tqum il-mistoqsija, min ġiegħel lill-bank jaċċetta li jiffinanzja l-proġett b'dawn il-kundizzjonijiet?


Il-mistoqsija l-oħra li s-
CNI qiegħda tagħmel hija jekk il-Ministru tat-Tarzna approvax il-kundizzjonijiet tal-kuntratt tal-“Fairmount” u tal-finanzjament tiegħu? 

 

Ma jitwemminx li t-Tarzna daħlet għal proġett kbir bħal dak tal-“Fairmount” mingħajr l-approvazzjoni tal-Ministru.

Il-każ tal-kuntratt tal-“Fairmount” huwa skandaluż, iżda daqstant ieħor huwa rresponsabbli u ineffiċjenti l-mod li tmexxew ix-xogħlijiet fuq dan il-proġett.

Għalhekk qamu s-suspetti li dan huwa każ ta' korruzzjoni, barra li huwa wkoll każ ta' inkompetenza kbira. 

 

U aktar ma l-Gvern isostni li ma jagħmilx inkjesta pubblika indipendenti, aktar jissaħħu s-suspetti.

Żgur li l-poplu mhux se jibla' l-iskuża li qal il-Prim Ministru, li mhux iż-żmien li jipponta subajgħ lejn ħadd, meta fost dawk li lejhom hemm is-swaba’ ppuntati, hemm il-Gvern stess.

 

Is-CNI tinsisti li fl-interess tal-Gvern u tal-poplu li tkun magħrufa l-verità, kif qegħdin jinsistu l-ħaddiema tat-Tarzna, permezz ta' inkjest pubblika indipendenti.

 

It-Tlieta, 8 ta’ Lulju, 2008

 

IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA

 

  << Lura <<

 

e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk 

 

Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna

 

Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien

 

Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien? 

Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.

Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-

Segretarju Finanzjarju  CNI,

60A, Triq id-Dejqa,

Valletta

 

Isem .......................................................

Indirizz ...................................................

ID Numru ...............................................

 

Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek

 

Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ