MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI


Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
L-Unjoni Ewropea ordnat li mis-sena 2010 il-Maltin u l-Għawdxin iħallsuha
€182,192 kuljum misruqa minn ħalq uliedek
L-UE iċċedi għall-pressjoni tal-Irlandiżi
Il-Ġimgħa l-oħra
l-mexxejja tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea (inkluż il-Prim Ministru Malti) qablu
li lill-poplu Irlandiż jiżgurawh, qabel ma jerġa’ jagħmel referendum dwar it-Trattat
ta’ Lisbona fil-ħarifa tas-sena d-dieħla, li l-Irlanda u kull pajjiż ta’ l-Unjoni
ikollhom dejjem kummissarju u li t-Trattat ta’ Lisbona mhux se jdgħajjef in-newtralità
ta’ l-Irlanda, mhux se jagħmel li t-taxxi jkunu l-istess fil-pajjiżi ta’ l-Unjoni
u mhux se jġiegħel lill-Irlanda taċċetta l-abort.
L-Unjoni Ewropea tittama’ li dawn l-assikurazzjonijiet jegħlbu l-oppożizzjoni
tal-poplu Irlandiż għat-Trattat ta’ Lisbona.
Iżda kull demokratiku veru fl-Unjoni Ewropea jittama’ li l-poplu Irlandiż jerġa’
jivvota kontra t-Trattat, ħalli l-politiċi, anki Maltin, jifhmu kemm kasbru l-prinċipju
ewlieni tad-demokrazija meta huma ddeċidew li jċaħħdu lill-popli tal-Unjoni
milli jivvotaw fuq it-tibdil li t-Trattat ta’ Lisbona se jagħmel lill-Unjoni.
Waħda mit-tibdiliet li t-Trattat ta’ Lisbona jagħmel hija dwar in-numru ta’ Kummissarji Ewropej.
It-Trattat jgħid
li m’għandux kull pajjiż membru dejjem ikollu Kummissarju, bħal m’hemm illum,
iżda pajjiż, kull għaxar snin, jagħmel ħames snin mingħajr Kummissarju, għaliex
kull ħames snin terz mill-pajjiżi membri jitilfu l-Kummissarju tagħhom għal
ħames snin.
Minkejja li t-Trattat jgħid dan, l-Unjoni Ewropea – biex tipprova tikseb il-vot
tal-Irlandiżi favur it-Trattat – qablet li ma jsirx dak li jgħid it-Trattat u
għalhekk kull pajjiż jibqa’ jkollu Kummissarju dejjem.
Bis-saħħa tal-poplu Irlandiż intrebaħ il-prinċipju li kull pajjiż ikollu dejjem
Kummissarju Ewropew.

Il-Prim Ministru
Gonzi ftaħar li issa Malta se jkollha dejjem Kummissarju.
Huwa jmissu staħa, mhux ftaħar, għax huwa kien aċċetta li Malta kull għaxar snin
titlef il-Kummissarju tagħha għal ħames snin, meta huwa qabel li jiffirma t-Trattat
ta’ Lisbona.
L-istess, il-Parlament Malti meta rratifika t-Trattat, qabel li Malta titlef l-Kummissarju
tagħha għal ħames snin.
Kieku pajjiżna kellu mexxejja u parlamentari ta’ sinsla u li jħarsu l-interessi nazzjonali, pajjiżna wkoll bħall-Irlanda, ma kienx jivvota favur it-Trattat ta’ Lisbona jekk pajjiżna ma jkollux dejjem Kummissarju.
Kif l-Unjoni
Ewropea kellha ċċedi dan il-punt lill-poplu Irlandiż, kien ikollha ċċedih ukoll
lill-poplu Malti.
L-Unjoni Ewropea aċċettat ukoll li tiżgura lill-Irlanda dwar in-newtralità
tagħha.
Malta wkoll hija pajjiż newtrali, iżda l-Gvern u l-Parlament Malti ma seħqux li l-Unjoni tiddikjara u tiżgura li tħares in-newtralità ta’ pajjiżna.
Dan huwa ta’ għajb kbir għall-Gvern u għall-Parlament tagħna.
Il-poplu m’għandux jittollerah.
Għawdex jaqbillu jkun awtonomu u barra l-UE

L-idea li
* Għawdex isir awtonomu u
* joħroġ mill-Unjoni Ewropea
* qanqlet interess fost l-Għawdxin,
*
li qegħdin jistaqsu x’jirbaħ Għawdex jekk jieħu dawk il-passi.
Il-mistoqsija hija f’waqtha u t-tweġiba għaliha għandha tikkonvinċi
lill-Għawdxin bil-vantaġġi li jiksbu,
* billi Għawdex ma jkunx marbut li japplika bil-fors il-liġijijiet li jsiru f’Malta u
*
lanqas li jkollu bil-fors jobdi d-direttivi u l-politika tal-Unjoni Ewropea.
Għawdex awtonomu u barra l-Unjoni Ewropea jkollu d-dritt li jagħżel jekk
il-liġijiet li jsiru f’Malta jgħoddux għall-gżira u jekk il-gżira jaqblilhiex li
timxi skond id-direttivi u l-politika tal-Unjoni Ewropea.
Fi kliem
ieħor,
* Għawdex ikun ħieles li jiddeċiedi huwa x’liġijiet,
* x’direttivi u
* x’politika jkunu ta’ vantaġġ għall-Għawdxin u
* liema minnhom ma jgħoddux għalihom u
*
għalhekk ma jkunux applikati minnhom.
L-Għawdxin
* ikollhom id-dritt tal-għażla u
* d-dritt li jagħmlu liġijiet u
* jimxu b’politika li huma jqisu l-aħjar għalihom,
* anki jekk il-liġijiet u
* l-politika li jagħżlu ma jkunux jaqblu mal-liġijiet u
* l-politika ta’ Malta u tal-EU.
B’Għawdex awtonomu u barra l-Unjoni Ewropea,
* l-Għawdxin ikunu jistgħu jbaxxu r-rati tat-taxxi kemm fuq id-dħul,
* kif ukoll tal-Vat, u
* b’hekk, barra li jgawdi l-poplu Għawdxi,
* dan il-pass ikun inċentiv qawwi ħalli l-barranin jinvestu u joperaw f’Għawdex,
*
la darba il-piżijiet fiskali hemm ikunu eħfef minn dawk f’Malta u fil-pajjiżi l-oħra
imseħbin fl-UE
Għawdex
ikun jista’ iħabbatha ma’ dawk il-pajjiżi żgħar li huma barra
l-Unjoni Ewropea,
* bħal Jersey,
* iċ-Channel Islands,
* Ġibiltà u
* Gernsey,
*
li huma magħrufa sew għall-flejjes kbar barranin li għandhom jew depożitati, jew
investiti għandhom u għal numru kbir ta’ kumpaniji barranin li huma rreġistrati
magħhom.
Jista’ wieħed jimmaġina xenarju aħjar minn dak,
* jekk Għawdex isir “duty free” u
* jkun ċ-ċentru “duty free” tal-Mediterran,
* li żgur jiġbed lejh kummerċ kbir,
*
bħal m’huma ċ-ċentri “duty free” kollha li hawn madwar id-dinja.
*
Il-volum tal-kummerċ,
* l-ammont kbir ta’ barranin u
* l-attività ekonomika kollha li tinħoloq b’ pass bħal dan,
* jissarrfu f’ħafna postijiet tax-xogħol u
* opportunitajiet ta’ impjiegi għaż-żgħażagħ Għawdex.
Iżda Għawdex ma jista’ jagħmel xejn minn dan
* sakemm ma jkunx awtonomu minn Malta u
* barra mill-Unjoni Ewropea.
Jekk Għawdex
jikseb l-awtonomija u l-ħelsien, xorta waħda jkun jista’ jżomm ir-rabtiet li
jrid ma’ Malta u ma’ l-Unjoni Ewropea.
Ikunu iżda rabtiet li jgħinu lil Għawdex jimxi ’l quddiem u mhux jibqa’
fil-periferija tal-Ewropea u mxekkel bid-direttivi u l-politika tal-Unjoni.
Il-poplu ngannat dwar l-immigrazzjoni illegali
Meta l-kotra
tal-poplu hija mgħaddba għax il-Gvern Malti u l-Unjoni Ewropea (UE) ma jridux
jieħdu l-passi meħtieġa biex titwaqqaf l-invażjoni ta’ pajjiżna mill-immigranti
illegali, tħabbar li l-UE se tagħti lil Malta €112 miljun fil-ħames snin li
ġejjin, biex inkunu nistgħu nikkontrollaw aħjar il-fruntieri tal-Unjoni.
Il-Gvern Malti, biex ikompli jinganna lill-poplu, qal li dawn il-fondi se
jingħataw mill-UE biex niġġieldu l-immigrazzjoni illegali.
Mentri mhux se
nwaqqfu l-immigrazzjoni.
Anzi, parti mill-fondi se jintużaw biex inaqqsu iktar il-perikli ta’ għarqa
lill-immigranti li jkunu qegħdin ibaħħru, u għalhekk dan il-fatt se jkun ta’
iktar inkoraġġament, u mhux ta’ skoraġġament, biex l-immigranti jissugraw
ibaħħru mix-xtut tal-Afrika għal Malta u Sqallija.
Jekk wieħed jifli għal-liema skopijiet se jingħataw il-€112 miljun mill-UE, isib
li dawn se jingħataw biex jinxtraw erba’ ‘patrol boats’ ġodda, jinxtraw laneċ
għall-pulizija, tagħmir ġdid għall-militar u għall-pulizija, u biex jiġu
modernizzati l-mezzi tal-komunikazzjoni u tas-sorveljanza, u biex jittejbu l-faċilitajiet
li għandna f’pajjiżi barranin għall-għoti tal-visa.
Wieħed jista’ jinduna, ebda wieħed minn dawn l-iskopijiet m’hu se jgħin biex
iwaqqaf lill-immigranti illegali milli jiġu f’pajjiżna.
Jekk inqisu x-xiri tal-‘patrol boats’ ġodda, għandna nsibu li dawn se jkunu mezz aħjar milli jeżisti llum biex l-immigranti illegali jinġabru min-nofs il-baħar u jinġiebu Malta, la darba r-rondi tal-‘patrol boats’ ma jreġġgħux lura l-immigranti lejn ix-xtut minn fejn ikunu telqu.
Jiġifieri, is-suldati
Maltin se jkollhom mezzi aktar moderni biex isalvaw lill-immigranti, u biex
iwassluhom f’pajjiżna.
Ebda ewro mill-€112 miljun mhu se jingħata biex nilqgħu għall-invażjoni
tal-immigranti illegali.
Kif lanqas ebda ewro mill-istess somma m’hu se jingħata biex intejbu l-qagħda taċ-ċentri fejn l-immigranti jinżammu, jew biex intejbu s-servizzi li qegħdin nipprovdulhom.
Dawn il-fondi mhux se jingħataw biex nibbenefikaw minnhom aħna, imma se jingħataw biss biex l-UE ssaħħaħ il-kontroll fuq kull min jidħol f’pajjiżna, bħala pajjiż li jagħmel parti mill-UE.
Dawn il-fondi se jgħinu lill-Gvern Malti biex ikun jaf aħjar x’immigranti illegali se jidħlu f’pajjiżna, u biex l-UE jkollha mezzi aktar effettivi ħalli l-immigranti illegali li jiġu f’pajjiżna ma jitħallewx imorru fil-pajjiżi l-oħrajn tal-UE.
B’dawn il-fondi
l-UE qiegħda tħares aktar is-sigurtà tagħha u mhux qiegħda tgħin lil pajjiżna.
B’danakollu, il-Gvern Malti qiegħed jiftaħar bl-għoti ta’ dawn il-fondi, u qiegħed jipprova jinganna lill-poplu billi jagħtih x’jifhem li l-pajjiż se jiġġieled l-immigrazzjoni illegali.
Jekk verament irridu niġġieldu l-immigrazzjoni illegali, irridu niddeċiedu li ma nħalluhomx joqogħdu f’pajjiżna taħt ebda skuża, u li nreġġgħuhom lura lejn pajjiżhom, minkejja li l-UE tgħidilna nagħmlu mod ieħor.
Lill-pajjiżi minn fejn jiġu l-immigranti, għandna ngħinuhom milli nistgħu, u lill-UE li trid li x’uħud mill-pajjiżi tagħha jdaħħlu immigranti, għandna nisħqu magħha li għandha torganizza skemi ta’ immigrazzjoni regolari billi talloka l-fondi għal dak l-iskop.
Id-delitt tat-Tarzna
Fiż-żmien meta
gvernijiet oħrajn qegħdin joħorġu l-miljuni biex jgħinu l-intrapriżi ma jnaqqsux
mill-ħaddiema tagħhom, il-Gvern Malti qiegħed joħroġ il-miljuni (madwar €56
miljun euro) biex itemm l-impjieg ta’ 1,700 ħaddiema ta’ l-eqdem intrapriżi
fil-pajjiż – it-Tarzna.
Qatt daqs iż-żminijiet tal-lum il-Gvern Malti kien imissu jgħin kemm hemm bżonn
ħalli jsalva kull impjieg li jeżisti, u mhux jeqred 1,700 impjieg, kif qiegħed
jagħmel bl-iskuża tal-privatizzazjoni tat-Tarzna.
Dan l-aġir irresponsabbli tal-Gvern huwa delitt kontra l-interessi nazzjonali, u
m’ għandux jinħafer mill-poplu Malti, speċjalment mill-klassi tal-ħaddiema.
Il-fatt li l-Unjoni Ewropea trid li sseħħ din l-istraġi nazzjonali mill-aqwa
ħaddiema tas-sengħa fil-pajjiż, ma jiskrunġax lill-Gvern Malti, fil-waqt li
jkompli juri kemm l-Unjoni ma tħarisx l-interessi veri tal-poplu tagħna.
IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA
Il-Ħamis, 8 ta’ Jannar, 2009
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-
Segretarju Finanzjarju
CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ