MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI

KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI

 

Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin

u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea

 

JEKK TIRRISPETTA L-KOSTITUZZJONI TA' PAJJIŻEK GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK JIRRISPETTA L-FEHMIET TIEGĦEK U MA JIVVOTAX FAVUR IL-KOSTITUZZJONI TA' L-UNJONI EWROPEA LI TKASBAR IL-KOSTITUZZJONI TA' MALTA

 

NAHILFU LI NEHILSU LIL MALTA MILL-JASAR, IL-KOLONJALIZMU U L-HAKMA DITTATORJALI ILLEGALI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

Mill-Kampanja Ħelsien Nazzjonali CNI

 

GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!

 

Fis-seba’ snin 2007 – 2013 il-Maltin u l-Għawdxin se jkunu ħallsu lill-Unjoni Ewropea €360,000,000

 

Il-Kostituzzjoni ta’ l-UE ma tgħoddx għalina

JEKK m'aħniex sodisfatti bil-kundizzjonijiet tal-ftehim li sar ma' l-Unjoni Ewropea, lanqas li nistgħu nagħmlu biex nuru n-nuqqas ta' sodisfazzjon u l-oppożizzjoni tagħna huwa li ma nivvotawx favur il-Kostituzzjoni ġdida ta' l-Unjoni, ħalli l-Unjoni tifhem kemm hija kwistjoni ta' ħajja jew mewt għall-poplu tagħna li l-ftehim dizastruż li sar, jinbidel.

Kull min intlaqat jew se jintlaqat ħażin bil-ftehim li sar, u kull min kien u għadu kontrih, ma jaċċettax li r-rappreżentanti parlamentari li għalihom ivvota, kemm dawk tal-Parlament Malti, kif ukoll dawk tal-Parlament Ewropew, jivvutaw favur Kostituzzjoni ġdida li se tagħti aktar setgħat lill-Unjoni Ewropea, li bihom l-Unjoni tkun tista' ’l quddiem tagħmel regolamenti agħar minn dawk li hemm illum skond il-ftehim li sar is-sena l-oħra.

M'hemmx dubju li l-Kostituzzjoni ġdida ta' l-Unjoni tagħti lill-Unjoni setgħat lill-Unjoni Ewropea, li bihom l-Unjoni tkun tista' ’l quddiem tagħmel regolamenti agħar minn dawk li hemm illum skond il-ftehim li sar is-sena l-oħra.

M'hemmx dubju li l-Kostituzzjoni ġdida ta' l-Unjoni tagħti lill-Unjoni setgħat aktar milli għandha llum biex tagħmel regolamenti f'oqsma aktar milli tista' llum, anki jekk Malta tkun kontra tagħhom għax ikunu se jagħmlu aktar ħsara milli ġid lill-poplu tagħna.

Kostituzzjoni ħażina

MINFLOK tnaqqsu s-setgħat ta' l-Unjoni Ewropea u ngħataw lura lill-istati membri, bil-Kostituzzjoni ġdida żdiedu s-setgħat lill-Unjoni u dawn ittieħdu mill-gvernijiet ta' l-istati membri ta' l-Unjoni. 

Dan ma sarx biex jintlaħqu aħjar l-għanijiet tal-paċi u tas-solidarjetà bejn il-pajjiżi membri, iżda sar biex l-Unjoni tikseb aktar saħħa u b'hekk tnaqqas is-saħħa ta' l-istati membri.

Minflok ma l-poplu tal-pajjiżi membri ngħataw aktar saħħa biex jiddeċiedu ħwejjiġhom, ittieħdet aktar saħħa mingħand il-popli ħalli l-Unjoni kisbet hija aktar saħħa biex hija tiddeċiedi x-xorti tal-popli kollha tal-pajjiżi membri.

Biex tikber is-supremazija ta' l-Unjoni fuq l-istati membri, il-Kostituzzjoni ġdida tgħid ċar u tond li hija aqwa minn kull kostituzzjoni ta' kull stat membru. 

U biex ikun ċar li l-istati membri huma suġġetti għas-super stat ta' l-Unjoni, jingħad fil-Kostituzzjoni li kull liġi li l-Unjoni għandha s-setgħa li tagħmel, tegħleb kull liġi li l-parlamenti nazzjonali għandhom setgħa li jagħmlu.

Il-Kostituzzjoni ġdida ta' l-Unjoni se titressaq quddiem il-Parlament Ewropew f'Diċembru li ġej ħalli l-Parlament japprovaha. 

Huwa importanti għall-Membri Parlamentari Maltin fil-Parlament Ewropew li juru li ma jaqblux magħha.

Wara l-Kostituzzjoni trid titressaq għall-approvazzjoni (ratifika) tal-Parlament Malti. 

Hemm huwa importanti li l-membri li mhux lesti jmorru kontra l-ġurament ta' fedeltà u lealtà lejn il-Kostituzzjoni ta' Malta, li ma jivvotawx favuriha ħalli jsostnu l-Kostituzzjoni tagħna.

It-Torri ta' Babel u l-UE

MEMBRI ta' l-Akkademja tal-Malti huma ddispjaċuti li l-Unjoni Ewropea sabet skuża biex ma taqlibx id-dokumenti kollha tagħha għall-Malti qabel ir-referendum

Ġurament ta' lealta` li jieħdu l-Membri Parlamentari kollha

 

 Jiena ................................................ solennement naħlef / niddikjara li nkun tassew fidili u leali lejn il-Poplu u r- Repubblika ta’ Malta u l-Kostituzzjoni tagħha. (Hekk Alla jgħini).

 

Ġurament għall-qadi xieraq tal-kariga ta’ Prim Ministru jew Ministru ieħor jew Segretarju Parlamentari.

 

Jiena ................................................ solennement naħlef / niddikjara li naqdi fedelment u skond il-kuxjenza d-dmirijiet tiegħi bħala (Prim Ministru/Ministru/Segretarju Parlamentari) skond il-Kostituzzjoni u l-liġijiet ta’ Malta, mingħajr biża’ jew favur. ( Hekk Alla jgħini).

 

Ġurament għall-qadi xieraq tal-kariga ta’ President.

 

Jiena ..............................................., solennement naħlef / niddikjara li naqdi fedelment il-kariga ta’ President (li naqdi fedelment il-funzjonijiet tal-President) ta’ Malta, u li, skond l-aħjar ħila tiegħi nikkonserva, inħares u niddefendi l-Kostituzzjoni ta’ Malta. (Hekk Alla jgħini).

 

Sezzjoni 6 tal-Kostituzzjoni ta' Malta

 

6. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikoli (7) u (9) ta’ l-artikolu 47 u ta’ l-artikolu 66 ta’ din il-Kostituzzjoni, jekk xi liġi oħra tkun inkonsistenti ma’ din il-Kostituzzjoni, din il-Kostituzzjoni għandha tipprevali u l-liġi l-oħra għandha, safejn tkun inkonsistenti, tkun bla effett.

 

Artiklu I-6 tal-Kostituzzjoni ta' l-Unjoni Ewropea

 

Dritt ta' l-Unjoni

Il-Kostituzzjoni u l-liġijiet adottati mill-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni fl-eżerċizzju tal-kompetenzi konferiti lilha għandhom jipprevalu fuq id-dritt ta’ l-Istati Membri.

 

Tista' tafda lil min jikser il-ĠURAMENT tiegħu/tagħha?

 

IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Ħamis, 7 ta' Ottubru, 2004.

 

e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk 

 

Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna

Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien

Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien? 

Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.

Issieħeb fis-CNI billi tibgħat Lm2 flimkien ma' din il-formola liċ-

Chairman CNI,

Dr Karmenu Mifsud Bonnici B.A. LL.D.

81, Triq Ġuże Pace,

Ħamrun.

 

Isem .......................................................

Indirizz ...................................................

ID Numru ...............................................

 

Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek

 

Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ