MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI


Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
Fis-seba’ snin 2007 – 2013 il-Maltin u l-Għawdxin se jkunu ħallsu lill-Unjoni Ewropea €420,000,000 minn ħalq uliedek
X’jistenna l-poplu dwar l-immigrazzjoni illegali
Ftit tal-jiem ilu l-Prim Ministru stqarr li pajjiżna qiegħed jiffaċċa invażjoni.
Mhux
invażjoni ta’ suldati, lanqas ta’ turisti, iżda ta’ immigranti
illegali (għalkemm huwa sejħilhom immigranti irregolari).
Li ma qalx il-Prim Ministru hu li t-tort kollu ta’ dan l-għawġ kbir għall-poplu tagħna, hu ta’ l-Unjoni Ewropea.
Għax
l-immigranti jersqu lejn xtutna għax pajjiżna huwa fl-UE, u għax
din ixxekkel lill-Gvern kif iġib ruħu ma’ l-immigranti, u ma
tippermettilniex li nħalluhom imorru f’liema pajjiż ieħor
membru li jridu.
Il-Gvern Taljan ħa passi drastiċi dwar l-immigranti illegali, minkejja
l-kritika ħarxa ta’ l-Unjoni Ewropea.
Għamel liġi li tqis li huwa reat kriminali li immigrant jidħol l-Italja mingħajr dokumenti.
Jeħel
bejn sitt xhur u erba’ snin ħabs u kull proprjetà mikrija jew mixtrija
minnu, tiġi kkonfiskata.
Jekk il-Gvern Taljan, li bħalna huwa fl-Unjoni Ewropea, ħa dawn
il-passi drastiċi ħalli jilqa’ għall-emerġenza ta’ l-immigrazzjoni
illegali, x’inhu jżomm lill-Gvern Malti li jieħu passi drastiċi
ħalli jilqa’ għall-invażjoni f’Malta ta’ l-immigranti
illegali?
It-tweġiba hija faċli.
Il-Gvern
Malti m’għandux il-fibra li jieqaf lill-Unjoni Ewropea biex iħares
l-interessi tal-poplu Malti, u lanqas li jgħidilha teħodhom hi l-immigranti
illegali li jiġu f’pajjiżna.
Anzi l-Gvern qiegħed juri li rrassenja ruħu li ġejjin Malta ħafna aktar immigranti illegali.
Qed jingħad li saħansitra se jibdel l-iskola tal-Kalkara f’ċentru għall-immigranti illegali.
B’dan il-pass se jgħabbi lill-Kottonera bi problema ta’ immigranti illegali, wara li diġà għandha l-problema tat-tniġġis ta’ l-arja u tal-ħerba tal-ambjent.
Qed jingħad ukoll li se jitlestew postijiet għal 2,000 immigrant u aktar.
Dan
juri li l-Gvern mhux lest jibgħat lura l-immigranti illegali, meta diġà
qorbu l-11,000 li ġew f’pajjiżna.
Diġà għandna ċentri li twaqqfu bil-ġbir mingħand
il-poplu, għan-nisa li jkollhom jitilqu minn darhom, flimkien ma’
wliedhom, li nbidlu f’ċentri fejn jinżammu mijiet ta’ immigranti
illegali.
M’hemmx dubju li pajjiżna ma jiflaħx għall-ispejjeż biex
jinżammu dawn l-immigranti kollha.
L-ispiża hija ta’ miljuni kbar kull sena.
Ġie stmat li kull immigrant iqum lil pajjiżna madwar €30 kuljum.
Dan
minbarra r-riżorsi umani li huma ddedikati għalihom – is-suldati,
il-pulizija, dawk li jagħtuhom servizzi mediċi u iġeniċi,
‘social workers’ u ħafna membri tal-għaqdiet volontarji li jagħtuhom
għajnuna.
Qegħdin nagħmlu żball kbir li llum jew għada se jkollna nħallsu
tiegħu u uliedna u ulied uliedna jkollhom raġun jikkundannawna, għax
huma se jkollhom jiffaċċjaw ħafna konsegwenzi koroh li ġejjin
min-nuqqas tagħna li nħallu l-immigranti illegali joqogħdu hawn..
Minflok qegħdin nifhmu li l-immigrazzjoni illegali hija x-xogħol ta’ organizzazzjonijiet kriminali li għall-qligħ jittraffikaw illegalment l-immigranti, aħna qegħdin ngħinu din l-attività kriminali billi nżommu l-immigranti f’pajjiżna.
Lanqas
qegħdin nirrealizzaw li fost l-immigranti jkun hemm numru minnhom li kienu
suldati u telqu, u oħrajn li kienu f’ħabsijiet u ħarbu.
Jintqal li s-Somalu li kien sfortunat fl-ekwipaġġ tal-lanċa
Simshar, kien maħrub minn pajjiżu, u maħrub ukoll minn ħabs
fil-Libja, u bla ma nafu x’għamel biex intbagħat il-ħabs,
tajnieh il-libertà kollha li jmur fejn irid f’pajjiżna.
Dawn l-eks-suldati u l-eks-ħabsin huma theddida għas-sigurtà
tal-poplu tagħna.
Dan
l-aħħar sar magħruf li x’uħud mill-immigranti fiċ-ċentri
ta’ detenzjoni, jagħmlu eżerċizzju u taħriġ li jagħmlu
s-suldati.
B’dan
kollu ma nafu xejn dwar il-passat tagħhom, u nagħtuhom il-libertà li
jiġġerrew mal-pajjiż, bla ma nafu jekk humiex ta’ periklu għaċ-ċittadini
tagħna.
Ħafna mill-immigranti illegali jiġu mingħajr dokumenti bi skop.
Dan
il-fatt għandu aktar iħassibna, iżda minflok, il-politiċi
tagħna qegħdin bi ħsieb isejħu l-immigranti “irregolari”
minflok “illegali”, u jiffaċilitawlhom il-proċeduri ħalli
jingħataw l-istatus ta’ refuġjati, u fin-nuqqas ta’ dan, ħalli
jitqiesu bħala immigranti “umanitarji”.
Sar magħruf li rappreżentanti f’pajjiżna ta’ gvernijiet barranin huma mħassbin li fost l-immigranti illegali hawn anke terroristi.
Dan
il-fatt imissu jkun ta’ inkwiet għall-awtoritajiet Maltin.
M’hemmx dubju li jinkwieta ħafna lill-poplu ta’ pajjiżna.
B’danakollu
l-politiċi tagħna, biex ma jurtawx lill-Unjoni Ewropea qishom it-tliet
xadini ta’ l-istorja… la jaraw, la jisimgħu u lanqas jitkellmu dwar il-ħsara
li l-immigrazzjoni illegali qiegħda tagħmlilna u aktar se tagħmel
’il quddiem.
Iżda l-opinjoni pubblika, fil-maġġoranza l-kbira tagħha,
hija mħassba dwar il-ħsara li qiegħda ssir bil-preżenza ta’
eluf ta’ immigranti illegali f’pajjiżna.
Lanqas
ma taqbel l-opinjoni pubblika li l-immigranti illegali jieħdu x-xogħol
tal-Maltin għax jitħallsu inqas, kif lanqas taqbel li l-immigranti
jkunu sfruttati.
Jista’ jingħad ukoll li f’ċerti nħawi ta’ pajjiżna, diġà
teżisti ċerta tensjoni fost l-abitanti, minħabba l-kwantità ta’
immigranti li hemm f’dawk l-inħawi.
Jidher li l-midja mhux qiegħda tifhem sewwa l-gravità tal-problema soċjali ta’ eluf ta’ immigranti illegali li jibqgħu f’pajjiżna għal ħafna żmien, u ta’ dawk li jingħataw id-dritt li jibqgħu jaħdmu hawn.
Fuq
din il-kwistjoni l-midja mhix qiegħda tirrifletti kif taħsibha l-maġġoranza
tal-pubbliku li ma tapprovax dawk l-organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs)
li, waqt li jagħtu għajnuna kbira lill-immigranti, joħduha kontra
kull min isostni li pajjiżna ma jiflaħx jospita tant eluf ta’
immigranti.
Ladarba issa l-Prim Ministru għaraf li pajjiżna qed jiffaċċja
invażjoni, il-poplu bir-raġun jistaqsi x’passi se jittieħdu
mill-Gvern biex nilqgħu kontra tagħha?
Il-poplu fehem li l-UE mhix se tgħinna nilqgħu għal din l-invażjoni.
Jonqsu jifhem li biex inwaqqfu l-invażjoni u nreġġgħuha lura, jeħtieġilna mmorru kontra dak li l-UE tridna nagħmlu.
Jiġifieri
jeħtieġ li l-immigranti illegali nibgħatuhom lura minnufih jew inħalluhom
imorru fil-pajjiżi l-oħrajn ta’ l-UE.
Il-poplu ma jistenna xejn inqas minn dan mill-politiċi Maltin.
“Id-demokrazija
ħaddimniha waħedna u ma kellniex għalfejn ikollna lil ħaddieħor
biex jgħallimna nħaddmuha. U għandna demokrazija aħjar minn
ta’ diversi pajjiżi fl-istess UE”.
L-UE
att ta’ fidi għal Dr Busuttil
minn
Eddy Privitera
Mistoqsi f’intervista jekk għandhomx isiru referenda fil-pajjiżi ta’ l-UE, Dr Simon Busuttil, illum Membru tal-Parlament Ewropew, u qabel il-Kap ta’ l-Uffiċċju tal-Propaganda ta’ l-UE f’Malta (il-MIC), irrisponda hekk:
“Jekk
xi ħadd ikun irid jagħmel referendum, ngħidlu li lill-poplu għandu
jistaqsih il-mistoqsija reali u l-aktar importanti: Int għadek trid tibqa’
fl-Ewropa jew le?”
Għalkemm Busuttil hu wieħed mill-akbar appostli f’Malta ta’ l-UE,
ma stennejtx dan il-kumment mingħandu.
Mela skontu, m’għandekx toqgħod tfiehem lill-poplu għalxiex se jivvota, biex il-poplu jkun f’pożizzjoni li jiddeċiedi jaqbilx jew ma jaqbilx ma’ dak li jkun propost.
Għalih, referendum għandu jservi biss bħala att ta’ fidi fl-UE.
Għalih, min jivvota le, ma jkunx irid jibqa’ fl-UE, waqt li dawk li jivvotaw iva, iridu jibqgħu, u lesti jaċċettaw kull ma l-UE trid tagħmel, anke jekk kontra l-interessi tal-poplu.
Skond
Simon Busuttil, jew temmen fl-UE f’kollox, jew ma temminha f’xejn.
Skond dan ir-raġunament, il-poplu Irlandiż ried joħroġ mill-UE
għax ivvota le għat-Trattat ta’ Lisbona.
L-istess
riedu joħorġu mill-UE l-Franċiżi u l-Olandiżi, ladarba
vvotaw le għall-Kostituzzjoni ta’ l-UE.
M’hemmx dubju li kieku l-Ingilterra kellha tagħmel referendum, il-maġġoranza l-kbira tal-Ingliżi tivvota le, u għalhekk iridu joħorġu mill-UE.
U
jekk isiru referenda f’pajjiżi oħrajn tal-UE, żgur li jkun hemm
fejn il-maġġoranza tivvota le, u allura skond Dr Busuttil, dawn ikunu
jridu joħorġu mill-UE.
Kieku kellu jseħħ is-suġġeriment ta’ Simon Busuttil,
x’jiġri minnha l-UE?
Nissuġġerixxi li Simon Busuttil mistoqsija stupida daqskemm tkun
ħaġa stupida kieku l-President taż-Żimbabwe, biex juri kemm
hu demokratiku, jagħmel referendum u l-mistoqsija tkun:
“Int
trid tibqa’ tgħix fiż-Żimbabwe jew le?”
Jekk għaliha l-maġġoranza tivvota iva, għax iridu jibqgħu f’pajjiżhom, Mugabe jeħodha li dawn qegħdin jaċċettaw dak kollu li huwa qed jagħmel.
Waqt
li dawk li ma jaqblux ma’ kif Mugabe qed imexxi, jivvotaw le, u Mugabe jeħodha
li ma jridux jibqgħu jgħixu fiż-Żimbabwe, u għalhekk
ikeċċihom.
Fiż-żewġ
każi, mistoqsija bħal dik li Simon Busuttil issuġġerixxa,
tfisser ħaġa waħda: jew toqgħod għar-rieda tal-ħakkiema,
jew itlaq ’il barra.
Prosit x’tip ta’ demokrazija trid fl-UE, Dr Simon Busuttil!
X’tixtieq
Dr Drake
Ir-Rappreżentanta
tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta, Dr Joanna Drake, esprimiet ix-xewqa li l-midja
Laburista, jiġifieri l-One TV, is-Super One Radio, il-ġurnal Kullħadd
u l-Maltastar, jibdew jintużaw biex iwasslu l-messaġġ tal-UE
lill-poplu Malti.
Drake
trid li l-midja Laburista tkun parti mill-makna propagandista ta’ l-UE?
Aqraw
din u idħku
* It-talba lil Alla, il-Missierna, bl-Ingliż fiha 56 kelma.
* L-Għaxar Kmandamenti bl-Ingliż twal 297 kelma.
* Id-Dikjarazzjoni ta’ l-Indipendenza ta’ l-Amerika twila 300 kelma.
*
Id-Direttiva
tal-UE dwar l-esportazzjoni tal-bajd tal-papri, twila 26,911-il kelma.
Il-Ħamis, 7 ta’ Awwissu, 2008
IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-
Segretarju
Finanzjarju CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ