MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI


Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA
L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
L-Unjoni Ewropea ordnat li fis-sena 2011 il-Maltin u l-Għawdxin iħallsuha €68,000,000
€186,000 kuljum misruqa minn ħalq uliedek
minn KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI CNI
Ksur tan-newtralità ta’ Malta
Mhux minnu li ma nistgħux noħorġu mill-Unjoni Ewropea.
Araw dan il-video tal-Parlament Ewropew kif nistgħu noħorġu
Il-gwerra
li n-NATO qiegħda tiġġieled fil-Libja qiegħda tikkomprometti n-newtralità u non-allinjament
ta’ Malta, għax ir-Russja ddikjarat ruħha kontra l-attakki tan-NATO, fil-waqt li
l-Gvern Malti qiegħed jappoġġja l-intervent militari tan-NATO li mhux biss biex
jipproteġi l-popolazzjoni ċivili, iżda biex jeqred il-Gvern Libjan u biex jgħin
lir-ribelli ta’ Benghazi jieħdu f’idejhom it-tmexxija tal-pajjiż.

Għalhekk Malta hi fil-gwerra tal-Libja allineata mal-pajjiżi tan-NATO kontra l-linja tar-Russja, u dan hu każ klassiku ta’ dak li l-politika ta’ newtralità u non-allinjament li tissemma fil-Kostituzzjoni ta’ Malta riedet li pajjiżna jevita.
Mhux biss l-oppożizzjoni tar-Russja għall-gwerrra tan-NATO fil-Libja kixfet in-nuqqas tal-Gvern Malti li jħares il-politika ta’ newtralità u non-allinjament, iżda r-rifjut tal-Gvern Malti li jgħin biex issir il-paċi fil-Libja kixef beraħ iċ-ċaħda tad-dmir li pajjiżna għandu skont il-Kostituzzjoni, li jaħdem attivament għall-paċi fost il-ġnus.
Il-Gvern
Malti ċeda għall-pressjoni tal-Unjoni Ewropea li ma riedet bl-ebda mod li Malta
timmedja bejn il-Gvern Libjan u r-ribelli ta’ Benghazi, u għalhekk il-Gvern
Malti rrifjuta darba darbtejn tlabiet tal-Gvern Libjan biex jindaħal biex
iressaq liż-żewġ naħat għal ftehim ta’ paċi.
Il-Gvern Malti jaf li l-ġlied fil-Libja qiegħed jikkaġuna dannu kbir lill-interessi tal-Maltin f’dak il-pajjiż li qiegħed iċaħħad ix-xogħol lil ħafna ħaddiema Maltin.
Għalhekk il-Gvern Malti, barra l-obbligu morali li għandu
li jaħdem għall-paċi, għandu wkoll obbligu li jħares l-interessi tal-
Maltin
u jista’ jagħmel dan, jekk jaħdem bla riservi biex jieqaf il-ġied fil-Libja
mingħajr aktar dewmien.
Iżda l-Gvern qed jonqos minn dan id-dmir għax huwa servili tal-Unjoni Ewropea aktar milli huwa difensur tal-interessi nazzjonali tal-poplu Malti.
Ir-Russja,
li kienet astjeniet fil-votazzjoni dwar ir-riżoluzzjonijiet kontra l-linja
tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda, issa qiegħda tieħu linja ċara u
kategorika.
Fl-aħħar komunikat ir-Russja qalet li l-unika soluzzjoni biex fil-Libja jkun hemm stabbiltà l-ewwel irid ikun hemm waqfien mill-ġlied b’mod immedjat, imbagħad jibdew in-negozjati bejn il-partijiet kollha fil-pajjiż u f’dawk in-negozjati ma jistax ikun hemm xi pajjiż barrani li jkun involut fid-diskussjonijiet.
Is-soluzzjoni politika u diplomatika għandha tkun taħt il-ħarsien tal-Ġnus Magħquda u l-Unjoni Afrikana, u dawn għandhom jaraw li n-negozjati jimxu b’mod tajjeb u d-deċiżjonijiet ikunu ġusti għal kulħadd.
Min-naħa tagħha n-NATO ma taqbilx ma’ waqfien mill-ġlied immedjat, u l-Gvern
Malti qiegħed jaqbel man-NATO.
Iżda l-poplu Malti qabel mal-linja tar-Russja li jrid li llum qabel għada jieqaf il-ġlied fil-Libja.
Il-politika tal-UE u l-kumpaniji Maltin
Il-Ministru
tal-Finanzi Tonio Fenech, f’intervista televiżiva stqarr li l-Gvern Malti ma
jistax jagħti impieg lill-ħaddiema li l-Air Malta se tissensja, għax l-Unjoni
Ewropea ma tħallix lill-Gvern jagħmel dan, billi skont l-Unjoni, il-Gvern ikun
qed jagħti ‘state aid’ lill-kumpanija.
Kien ikun permess lill-Gvern li jagħti impieg alternattiv, kieku l-kumpanija Air Malta kienet se xxolji.
Din l-istqarrija tal-Ministru tal-Finanzi turi kif bis-sħubija fl-Unjoni Ewropea,
il-Gvern Malti m’għadux sovran li jista’ jiddeċiedi x’isir fil-qasam tal-impiegi
f’pajjiżna, anke meta l-Gvern jifhem li l-interessi nazzjonali jitolbu li hu
jipprovdi impieg alternattiv lill-ħaddiema ssensjati.
Dan
hu kollu tort tal-politika tal-Unjoni Ewropea li ma tħallix li tingħata ‘state
aid’ lill-kumpaniji kummerċjali.
L-Unjoni Ewropea ma tippermettix li tingħata
‘state aid’ lill-kumpaniji għax l-għajnuna mogħtija tkun ta’ vantaġġ
għall-kumpanija fuq kumpaniji oħrajn kompetituri, u b’hekk ixxekkel
il-kompetizzjoni.
F’ħafna każi fir-rigward taċ-ċirkostanzi ta’ Malta, din il-politka tal-Unjoni Ewropea hi bla bażi u ħażina.
Jekk nieħdu l-każ tal-Air Malta, il-Gvern ma jistax jagħtiha ‘state aid’ għax
ikun qiegħed jagħtiha vantaġġ fuq il-kumpaniji tal-ajru kompetituri tagħha.
Il-kumpaniji
tal-ajru kompetituri tal-Air Malta huma barranin. Meta l-Gvern Malti ma jistax
jgħin lill-kumpanija Maltija biex ma jagħmilx ħsara lill-kumpaniji barranin
kompetituri.
Iżda
hu fl-interess nazzjonali li l-Gvern jgħin lill-kumpanija Maltija biex din tkun
tista’ timpjega ħaddiema Maltin, kif ukoll biex tikseb dħul ta’ flus minn fuq
il-passiġġieri barranin li jivvjaġġaw bl-Air Malta.
M’għandhiex raġun l-Unjoni Ewropea li ma tħallix li Gvern jagħti għajnuna
finanzjarja lill-kumpanija li teħtieġ din l-għajnuna biex tkun tista’ tkompli
tħaddem l-impjegati tagħha.
Għax Gvern għandu dmir li jagħmel li jista’ biex il-ħaddiema jkollhom xogħol u mhux ikunu qiegħda.
Dan id-dmir tal-Gvern jiżboq kull prinċipju tal-ħarsien tal-kompetizzjoni, aktar u aktar meta l-kompetizzjoni ta’ kumpanija mgħejjuna mill-Gvern tkun ma’ kumpaniji kompetituri barranin.
Meta l-Gvern Malti ma jgħinx kumpanija Maltja, u din għalhekk tnaqqas
il-ħaddiema tagħha, il-Gvern fil-fatt ikun qed jgħin lill-kumpaniji kompetituri
barranin li jieħdu x-xogħol tal-kumpanija Maltija.
B’hekk, il-Gvern Malti ma jkunx qed jgħin lill-ħaddiema Maltin iżommu l-impjieg tagħhom u jgħin lill-ħaddiema barranin tal-kumpanija
kompetituri barranin jieħdu x-xogħol tal-Maltin.
Il-falliment tal-Qorti Kriminali Internazzjonali
Tlieta u ħamsin pajjiż Afrikan li huma mseħbin fl-Unjoni Afrikana għadhom kif iddikjaraw li ma jaċċettawx il-mandat ta’ arrest li l-Qorti Kriminali Internazzjonali ħarġet kontra Gaddafi, ibnu Sajf al-Islam, u ħatnu El Sanussi.
B’din id-deċiżjoni, il-pajjiżi tal-Kontinent Afrikan qegħdin juru li dak imsejjaħ Qorti Internazzjonali, mhi internazzjonali xejn, iżda hi ħlejqa tal-pajjiżi tal-Punent u mhux Qorti tal-Ġustizzja iżda Qorti Politika.
Mhux il-pajjiżi kollha jaċċettaw is-setgħa tal-Qorti Kriminali Internazzjonali.


L-Istati
Uniti tal-Amerika waqt li mbottaw ma’ Franza u l-Ingilterra biex il-Kunsill
tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda jgħaddu riżoluzzjoni kontra l-Libja li fost miżuri
oħrajn, talbet li l-mexxej Libjan jitressaq quddiem il-Qorti Kriminali
Internazzjonali mixli b’delitti kontra l-umanità, huma ma jagħrfux
il-ġurisdizzjoni tal-Qorti li tiġġudika ċittadini Amerikani.
Il-President
Amerikan hu awtorizzat bil-liġi li jattakka militarment lill-Olanda fejn hemm
il-Qorti Kriminali Internazzjonali, jekk xi ċittadin Amerikan jitressaq
quddiemha.
Anke ċ-Ċina ma tagħrafx is-setgħa tal-Qorti Kriminali Internazzjonali, u ftit tal-ġranet ilu, iċ-Ċina laqgħet uffiċjalment lill-President tas-Sudan, Bashir, li għamel żjara uffiċjali f’dak il-pajjiż, waqt li kontrih hemm mandat ta’ arrest maħruġ mill-Qorti Kriminali Internazzjonali ’l fuq minn sentejn ilu.
Bħall-Istati Uniti u ċ-Ċina, il-Libja hi fost il-pajjiżi
li ma jagħrfux il-ġurisdizzjoni tal-Qorti Kriminali Internazzjonali, li għandha
Malti, l-Imħallef Lino Agius, bħala wieħed mill-Imħallfin tagħna.
L-ikbar kritika li ssir tal-Qorti Kriminali Internazzjonali hi li din tiġġudika
biss lill-persuni li jkunu ġejjin mill-pajjiż li jkun ħareġ tellief, filwaqt li
ma jitressqux quddiema persuni mill-pajjiżi rebbieħin li jkunu fil-fatt wettqu
delitti kontra l-umanità, jew li jkun ħatjin ta’ delitti tal-gwerra.
Ħafna kritiċi ta’ din il-Qorti jistaqsu kif din ma ħarġitx mandat ta’ arrest
kontra George W. Bush u kontra Tony Blair li tant ikkaġunaw imwiet fl-Iraq meta
qalu li l-Iraq kellu armi tal-qerda tal-massa, meta fil-fatt ma kellux dawk l-armi
msemmijin?
L-istess kritiċi jgħidu li żgur il-mexxejja tal-Iżrael wettqu delitti kontra l-poplu
Palestinjan li huma delitti kontra l-umanità, u dan għamlu u għadhom jagħmluh,
minkejja numru ta’ riżoluzzjonijiet tal-Ġnus Magħquda li jikkundannaw lill-Gvern
Iżraelit, u li l-Iżrael ilu għexieren ta’ snin ma jridx jaċċetta u xorta waħda
l-Prosekutur tal-Qorti Kriminali Internazzjonali qatt ma ħass id-dmir li
jinvestiga lill-mexxejja ta’ dak il-pajjiż.
Il-ftehim ta’ Schengen jhedded is-sigurtà tal-poplu
Id-Danimarka għadha kif reġgħet daħħlet il-kontroll fuq it-trasport li jidħol fil-pajjiż mill-pajjiżi viċin tagħha li huma wkoll imseħbin fl-Unjoni Ewropea u qegħdin fiż-Żona Schengen.
Skont il-ftehim ta’ Schengen il-pajjiżi li jissieħbu fiż-Żona Schengen, ineħħu kull kontroll fuq il-fruntiera tal-pajjiż, għan-nies u għat-trasport li jkunu ġejjin minn pajjiżi oħrajn imseħbin fiż-Żona Schengen.
Għalhekk id-deċiżjoni tad-Danimarka tmur kontra r-regoli ta’ Schengen, u l-Unjoni
Ewropea diġà lmentat dwar dan il-ksur.
Iżda l-Gvern Daniż qiegħed isostni li s-sigurtà tal-poplu tiegħu titlob li jsiru l-kontrolli fuq id-dħul tat-trasport fil-pajjiż, ħalli jitrażżan it-traffikar tad-droga, tal-armi u anke d-dħul illegali ta’ persuni.
Ftit ta’ ġimgħat ilu anke Franza għamlet kontrolli iebsin kontra d-dħul ta’
immigranti Tuneżini li kienu qegħdin imorru Franza mill-Italja, fejn kienu niżlu
l-ewwel wara li telqu mit-Tuneżija.
Il-Gvern
Taljan kien tagħhom permessi temporanji biex joqogħdu fl-Italja, u b’dawn
il-permessi huma kienu intitolati li skont ir-regoli tal-Unjoni Ewropea, li
jmorru f’kull pajjiż tal-Unjoni.
Iżda
l-Gvern Franċiż oġġezzjoni għal dan allavolja l-immigranti Tuneżini kollha
jitkellmu bil-Franċiż għax il-Franċiż huwa lsien komuni f’pajjiżhom.
Il-kwistjoni li nqalgħet bejn Franza u l-Italja dwar l-immigranti Tuneżini li
marru mill-Italja għal Franza tqanqlet quddiem il-Kummissjoni Ewropea.
Il-Kummissjoni
Ewropea ssostni li l-prinċipju tal-moviment ħieles bejn il-pajjiżi tal-Unjoni
Ewropea għandu jitħares, iżda kull pajjiż għandu dritt jieħu miżuri li jħarsu s-sigurtà
tal-poplu u għalhekk Franza kellha dritt tesiġi ċerti ħwejjeġ qabel ma
tippermetti l-immigranti Tuneżini jidħlu u joqogħdu fil-pajjiż.
It-tneħħija tal-kontrolli tal-passaporti u tad-Dwana bejn il-pajjiżi taż-Żona
network operators dgħajfet ħafna s-sorveljanza fuq min jidħol fil-pajjiż u fuq
x’merkanzija tidħol, fiż-żmien meta kemm minħabba t-thedddid tat-terroriżmu kif
ukoll minħabba t-traffikar tad-drogi u tal-armi huwa meħtieġ aktar minn qabel li
tinżamm sorveljanza sħiħa.
Fil-każ ta’ Malta, żgur mhux fl-aħjar interess tas-sigurtà tal-poplu tagħna li
tneħħa kull kontoll fuq min jidħol minn Sqallija, mill-Bulgarija u mir-Rumanija
meta huwa fatt magħruf li l-organizzazzjoni kriminali internazzjonali huma
b’saħħithom ħafna f’dawn il-pajjiżi.
Filwaqt li l-ftehim ta’ Schengen neħħa kull kontroll fuq il-moviment tan-nies u
tal-merkanzija bejn il-pajjiżi taż-Żona Schengen, fl-istess waqt impona
restrizzjonijiet ġodda fuq id-dħul ta’ persuni minn pajjiżi li mhumiex fix-Schengen,
billi ddaħħal il-ħtieġa tal-visa, fejn qabel ma kienx meħtieġ dan.
L-agħar eżempju ta’ dan huma fil-każ tal-Libjani li jridu jiġu Malta.
Il-vroma tat-trasport pubbliku
Bis-sħubija
fl-UE d-destin ta’ pajjiżna hu li jerġa’ jitmexxa mill-barrani.
Ma konniex kuntenti li t-tmexxija tal-Freeport tingħata lill-barranin u li l-Air Ajruport jitmexxa wkoll mill-barranin.
Issa anke l-Air Malta se tkun f’idejn barranin u biex inkompli ngħaqqdu ċ-ċirku, issa anke t-trasport pubbliku.
Fil-każ
tat-trasport pubbliku, l-iskandlu hu enormi u l-vroma li rajna f’dawn l-ewwel
jiem li bdiet taħdem il-kumpanija Arriva turina kemm ir-regoli tal-UE qegħdin
ikunu ta’ ħsara għal pajjiżna.
Għax
l-UE nsistiet mal-Gvern li joħroġ sejħa għall-offerti għat-trasport pubbliku li
tkun miftuħa għall-kumpaniji barranin tal-pajjiżi tal-Unjoni u l-Gvern ma setax
jippreferi li jagħti t-trasport pubbliku lill-kumpanija Maltija.
Biex jimxi skont ma riedet l-UE, il-Gvern ħallas minn flus il-poplu aktar minn
€50 miljun biex jirtira l-liċenzji li s-sidien tax-xarabanks kellhom.
B’popma kbira, il-Ministru responsabbli mit-Trasport, Austin Gatt, qal li l-eqdem sistema ta’ trasport pubbliku fl-Ewropa, kienet se tinbidel b’waħda mill-aktar effiċjenti.
U kellna prova tal-effiċjenza, għax f’dawn l-ewwel ġranet kien hawn konfużjoni sħiħa f’pajjiżna!
Spiċċajna anke importajna xufiera barranin biex iħaddmu t-trasport pubbliku li ilu madwar seklu jitħaddem mill-Maltin.
Hu għajb kbir għall-Ministru responsabbli mit-trasport li dan qiegħed jitmexxa
mill-barranin, bil-ħtieġa ta’ numru ta’ xufieri barranin, u bil-qligħ li se jsir
minn fuq il-Maltin imur għand il-barranin, wara li l-poplu ħallas aktar minn €50
miljun u meta numru ta’ xufiera u impjegati oħrajn tilfu l-impieg tagħhom u jekk
għandhom ma sabux impieg alternattiv, se jkunu intitolati li jiġu mgħejjunin
mill-għajuna soċjali, jiġifieri piż ieħor fuq il-poplu.
Ma kienx meħtieġ li ssir din l-istraġi kollha biex il-pajjiż ikollu vetturi
moderni għat-trasport tal-pubbliku.
L-ispiża li l-Gvern ħallas għal-liċenzji, setgħet intefqet fix-xiri ta’ vetturi
moderni tajbin għat-toroq tagħna.
Mhux fl-interess ta’ pajjiżna li l-qligħ mit-trasport pubbliku jmur għand il-barrani.
Il-Ħamis, 7 ta’ Lulju, 2011

Fittex li tiffirma l-petizzjoni popolari lill-Parlament Malti biex jgħaddi miżuri li jrażżnu l-immigrazzjoni illegali f’pajjiżna.
IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-
Segretarju Finanzjarju
CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ