MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI

Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
Mill-Avukat Karmenu Mifsud Bonnici
Chairman Kampanja Ħelsien Nazzjonali CNI
GĦID LILL-KANDIDAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
Fis-seba’ snin 2007 – 2013 il-Maltin u l-Għawdxin se jkunu ħallsu lill-Unjoni Ewropea €360,000,
Sfida kbira għar-rappreżentanti Maltin
Nhar l-Erbgħa, Gijs de Vries, li huwa l-persuna maħtura mill-Unjoni Ewropea biex tikkordina s-servizzi ta’ kontra t-terroriżmu fil-pajjiżi membri ta’ l-Unjoni, għamel stqarrija li għandha tħassibna ħafna.
Dan qal li l-pajjiżi kollha ta’ l-Unjoni Ewropea huma mhedda mit-terroriżmu.
Żied
jgħid li r-raġuni ta’ dan hija li l-Unjoni Ewropea tat l-appoġġ
tagħha lill-Istati Uniti ta’ l-Amerika
meta l-President Bush
kien
iddikjara l-gwerra kontra dak li huwa sejjah “it-terrur” fid-dinja.
Malta, ladarba ssieħbet fl-Unjoni
Ewropea, hija għalhekk fil-periklu
tat-terroriżmu, għax il-Gvern Nazzjonalista meta għamel il-ftehim
ma’ l-Unjoni
Ewropea, ma kisibx mingħand
l-Unjoni, permezz ta’ Protokoll,
rabta li biha l-Unjoni tħalli lil Malta tħares il-politika tagħha
ta’ newtralità, mingħajr ma tkun marbuta li timxi skond
il-Politika
Barranija Komuni u ta’ Sigurtà li
l-Unjoni tfassal għall-pajjiżi
membri kollha tagħha.
Diżastru
għal pajjiżna
Jekk
għall-pajjiżi l-oħra membri ta’ l-Unjoni
Ewropea,
il-periklu ta’ dawk li huma meqjusa bħala “terroristi” huwa
kbir, għal pajjiżna, minħabba ċ-ċokon tagħna,
il-periklu jista’ jissarraf f’qerda kbira tal-poplu tagħna u ħerba
kbira ta’ artna.
L-Unjoni Ewropea qiegħda tarma ruħha kontra “t-terroristi”, meta
jmissha taf li ebda armata, b’saħħitha kemm tkun b’saħħitha,
ma tista’ żżommhom.
Iżda Malta, jekk irridu, għandna
l-unika arma li kapaċi tegħleb lit-terroristi.
Din l-arma hija n-newtralità tagħna.
M’għandniex
nieħdu sehem fil-gwerra li l-Istati Uniti ta’ l-Amerka ddikjarat u li
l-Unjoni Ewropea qalet li tappoġġja, kontra dak li sejjħet
“it-terrur”.
Biex nibqgħu bil-fatti newtrali minkejja li aħna mseħbin fl-Unjoni
Ewropea, jeħtieġilna nġagħlu
lill-Unjoni
tagħmel
it-tibdil meħtieġ fil-ftehim tagħna magħha ħalli tħallina
nimxu b’politika differenti mill-Politika Barranija Komuni u ta’ Sigurtà
tagħha u teħlisna milli nagħmlu parti mill-Armata u
mill-‘Battlegroups’ li hija qiegħda tibni.
Tibdil
importanti fil-ftehim
Skond
il-ftehim li l-Gvern
Nazzjonalista għamel ma’
l-Unjoni
Ewropea, suldati
Maltin se jkunu msieħbin fil-kontinġent tas-suldati Taljani u jkunu
parti mill-Armata Ewropea u mill-battaljuni miġbura fi
‘Battlegroups’
ta’ l-Unjoni.
Skond l-istess ftehim, Malta jkollha toqgħod għal dak li l-Kostituzzjoni ta’ l-Unjoni Ewropea se tgħid dwar id-dmir ta’
kull pajjiż membru li jgħin lil pajjiż membri ieħor
bil-forzi armati f’arranġament ta’ difiża reċiproka,
‘mutual defence’.
Dawn l-aspetti tal-ftehim jiksru l-Kostituzzjoni tagħna u
n-newtralità.
Bħalma huwa ksur tal-Kostituzzjoni tagħna u ċaħda tan-newtralità l-fatt li bastimenti tal-gwerra u suldati ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika qegħdin jidħlu fil-portijiet tagħna, anki fi żmien ta’ gwerra.
Dan
kollu qiegħed jesponi lill-poplu tagħna u lil pajjiżna għal
periklu kbir u bla bżonn.
Għalhekk għandha ħtieġa urġenti li nwarrbu dan
il-periklu.
Inwarrbu
dan il-periklu billi nbidlu l-ftehim ma’ l-Unjoni Ewropea
u nerġgħu
nħaddnu politika ta’ newtralità vera u mhux waħda tal-kliem
biss.
Dmir
tad-Deputati Maltin
Is-sliem u s-sigurtà tal-poplu Malti għandhom ikunu l-ewwel interessi li r-rappreżentanti Maltin fil-Parlament Ewropew ifittxu li jiddefendu.
Dawn jistgħu jkunu żgurati biss bil-politika ta’ newtralità.
Għalhekk
dawk li jintgħażlu fl-Elezzjoni tat-12 ta’ Ġunju għandhom
id-dmir ewlieni li jaħdmu ħalli fi ftehim ma’ l-Unjoni Ewropea
jkollna garanzija tan-newtralità tagħna.
L-insistenza tagħna għan-newtralità m’għandhiex tidher barra
minn lokha għall-Unjoni
Ewropea, għax jaqbel
lill-Unjoni
stess li
Malta tgħix fis-sliem u l-Unjoni Ewropea ma jkollhiex il-ħtieġa
li taħseb għas-sigurtà tagħna b’forzi militari.
Malta verament newtrali, avolja tagħmel sehem mill-Unjoni
Ewropea, tkun
ta’ siwi għall-Unjoni aktar milli tkun Malta li timxi bl-istess
Politika
Barranija Komuni u ta’ Sigurtà ta’ l-Unjoni.
Fejn
ma tasalx l-Unjoni Ewropea
minħabba l-appoġġ tagħha għall-Istati
Uniti ta’ l-Amerika u minħabba l-fatt li
l-Unjoni qiegħda tarma ruħha
militarment u titqies li trid tiddomina bil-kultura tagħha pajjiżi
b’kulturi differenti minn tagħna, Malta, jekk tkun verament newtrali u
titqies hekk mad-dinja, tista’ tasal, titkellem u tibni ħbiberiji fost
il-ġnus li m’humiex imseħbin fl-Unjoni
Ewropea.
Din hija sfida mill-isbaħ għar-rappreżentanti Maltin fil-Parlament Ewropew jekk iridu jħarsu tassew l-interessi tal-poplu Malti u ta’ l-Ewropa.
Din
l-isfida tista‘ tintrebaħ biss jekk huma jaħdmu ħalli jbiddlu
l-ftehim li sar ma’ l-Unjoni Ewropea biex jiżguraw li pajjiżna
jibqa’ newtrali u jaħdem għas-sliem.
Ġurament ta' lealta` li jieħdu l-Membri Parlamentari kollha
Jiena ................................................ solennement naħlef / niddikjara li nkun tassew fidili u leali lejn il-Poplu u r- Repubblika ta’ Malta u l-Kostituzzjoni tagħha. (Hekk Alla jgħini).
Ġurament għall-qadi xieraq tal-kariga ta’ Prim Ministru jew Ministru ieħor jew Segretarju Parlamentari.
Jiena ................................................ solennement naħlef / niddikjara li naqdi fedelment u skond il-kuxjenza d-dmirijiet tiegħi bħala (Prim Ministru/Ministru/Segretarju Parlamentari) skond il-Kostituzzjoni u l-liġijiet ta’ Malta, mingħajr biża’ jew favur. ( Hekk Alla jgħini).
Ġurament għall-qadi xieraq tal-kariga ta’ President.
Jiena ..............................................., solennement naħlef / niddikjara li naqdi fedelment il-kariga ta’ President (li naqdi fedelment il-funzjonijiet tal-President) ta’ Malta, u li, skond l-aħjar ħila tiegħi nikkonserva, inħares u niddefendi l-Kostituzzjoni ta’ Malta. (Hekk Alla jgħini).
Sezzjoni 6 tal-Kostituzzjoni ta' Malta
6. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikoli (7) u (9) ta’ l-artikolu 47 u ta’ l-artikolu 66 ta’ din il-Kostituzzjoni, jekk xi liġi oħra tkun inkonsistenti ma’ din il-Kostituzzjoni, din il-Kostituzzjoni għandha tipprevali u l-liġi l-oħra għandha, safejn tkun inkonsistenti, tkun bla effett.
Artiklu I-6 tal-Kostituzzjoni ta' l-Unjoni Ewropea
Dritt ta' l-Unjoni
Il-Kostituzzjoni u l-liġijiet adottati mill-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni fl-eżerċizzju tal-kompetenzi konferiti lilha għandhom jipprevalu fuq id-dritt ta’ l-Istati Membri.
Tista' tafda lil min jikser il-ĠURAMENT tiegħu/tagħha?
L-Erbgħa, 7 ta’ Lulju,
2004.
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat Lm2 flimkien ma' din il-formola liċ-
Chairman
CNI,
Dr
Karmenu Mifsud Bonnici LL.D.
81,
Triq Ġuże Pace,
Ħamrun.
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ