MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI

Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
minn Kampanja Ħelsien Nazzjonali CNI
GĦID LILL-KANDIDAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
Fis-seba’ snin 2007 – 2013 il-Maltin u l-Għawdxin se jkunu ħallsu lill-Unjoni Ewropea €360,000,000
Sfida kbira għar-rappreżentanti Maltin
minn Karmenu Mifsud Bonnici
Nhar l-Erbgħa, Gijs de Vries, li huwa l-persuna maħtura mill-Unjoni Ewropea biex tikkordina s-servizzi ta’ kontra t-terroriżmu fil-pajjiżi membri ta’ l-Unjoni, għamel stqarrija li għandha tħassibna ħafna.
Dan qal li l-pajjiżi kollha ta’ l-Unjoni Ewropea huma mhedda mit-terroriżmu.
Żied jgħid
li r-raġuni ta’ dan hija li l-Unjoni Ewropea tat l-appoġġ tagħha
lill-Istati Uniti ta’ l-Amerika meta l-President Bush kien iddikjara l-gwerra
kontra dak li huwa sejjaħ “it-terrur” fid-dinja.
Malta, ladarba ssieħbet fl-Unjoni Ewropea, hija għalhekk fil-periklu
tat-terroriżmu, għax il-Gvern Nazzjonalista meta għamel il-ftehim
ma’ l-Unjoni Ewropea, ma kisibx mingħand l-Unjoni, permezz ta’ Protokoll,
rabta li biha l-Unjoni tħalli lil Malta tħares il-politika tagħha
ta’ newtralità, mingħajr ma tkun marbuta li timxi skond il-Politika
Barranija Komuni u ta’ Sigurtà li l-Unjoni tfassal għall-pajjiżi
membri kollha tagħha.
Diżastru
għal pajjiżna
Jekk
għall-pajjiżi l-oħra membri ta’ l-Unjoni Ewropea,
il-periklu ta’ dawk li huma meqjusa bħala “terroristi” huwa kbir,
għal pajjiżna, minħabba ċ-ċokon tagħna, il-periklu
jista’ jissarraf f’qerda kbira tal-poplu tagħna u ħerba kbira ta’ artna.
L-Unjoni Ewropea qiegħda tarma ruħha kontra “t-terroristi”, meta
jmissha taf li ebda armata, b’saħħitha kemm tkun b’saħħitha,
ma tista’ żżommhom.
Iżda
Malta, jekk irridu, għandna l-unika arma li kapaċi tegħleb lit-terroristi.
Din l-arma hija n-newtralità tagħna.
M’għandniex
nieħdu sehem fil-gwerra li l-Istati Uniti ta’ l-Amerka ddikjarat u li l-Unjoni
Ewropea qalet li tappoġġja, kontra dak li sejjħet “it-terrur”.
Biex nibqgħu bil-fatti newtrali minkejja li aħna mseħbin fl-Unjoni
Ewropea, jeħtieġilna nġagħlu lill-Unjoni tagħmel it-tibdil
meħtieġ fil-ftehim tagħna magħha ħalli tħallina
nimxu b’politika differenti mill-Politika Barranija Komuni u ta’ Sigurtà
tagħha u teħlisna milli nagħmlu parti mill-Armata u mill-‘Battlegroups’
li hija qiegħda tibni.
Tibdil
importanti fil-ftehim
Skond
il-ftehim li l-Gvern Nazzjonalista għamel ma’ l-Unjoni Ewropea, suldati
Maltin se jkunu msieħbin fil-kontinġent tas-suldati Taljani u jkunu
parti mill-Armata Ewropea u mill-battaljuni miġbura fi ‘Battlegroups’
ta’ l-Unjoni.
Skond l-istess ftehim, Malta jkollha toqghħod għal dak li l-Kostituzzjoni
ta’ l-Unjoni Ewropea se tgħid dwar id-dmir ta’ kull pajjiż
membru li jgħin lil pajjiż membri ieħor bil-forzi armati
f’arranġament ta’ difiża reċiproka, ‘mutual defence’.
Dawn l-aspetti tal-ftehim jiksru l-Kostituzzjoni tagħna u n-newtralità.
Bħalma huwa ksur tal-Kostituzzjoni tagħna u ċaħda tan-newtralità l-fatt li bastimenti tal-gwerra u suldati ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika qegħdin jidħlu fil-portijiet tagħna, anki fi żmien ta’ gwerra.
Dan
kollu qiegħed jesponi lill-poplu tagħna u lil pajjiżna għal
periklu kbir u bla bżonn.
Għalhekk għandha ħtieġa urġenti li nwarrbu dan
il-periklu.
Inwarrbu
dan il-periklu billi nbidlu l-ftehim ma’ l-Unjoni Ewropea u nerġgħu
nħaddnu politika ta’ newtralità vera u mhux waħda tal-kliem
biss.
Dmir
tad-Deputati Maltin
Is-sliem u s-sigurtà tal-poplu Malti għandhom ikunu l-ewwel interessi li r-rappreżentanti Maltin fil-Parlament Ewropew ifittxu li jiddefendu.
Dawn jistgħu jkunu żgurati biss bil-politika ta’ newtralità.
Għalhekk
dawk li jintgħażlu fl-Elezzjoni tat-12 ta’ Ġunju għandhom
id-dmir ewlieni li jaħdmu ħalli fi ftehim ma’ l-Unjoni Ewropea
jkollna garanzija tan-newtralità tagħna.
L-insistenza tagħna għan-newtralità m’għandhiex tidher barra
minn lokha għall-Unjoni Ewropea, għax jaqbel lill-Unjoni stess li
Malta tgħix fis-sliem u l-Unjoni Ewropea ma jkollhiex il-ħtieġa
li taħseb għas-sigurtà tagħna b’forzi militari.
Malta verament newtrali, avolja tagħmel sehem mill-Unjoni Ewropea, tkun ta’
siwi għall-Unjoni aktar milli tkun Malta li timxi bl-istess Politika
Barranija Komuni u ta’ Sigurtà ta’ l-Unjoni.
Fejn
ma tasalx l-Unjoni Ewropea minħabba l-appoġġ tagħha għall-Istati
Uniti ta’ l-Amerika u minħabba l-fatt li l-Unjoni qiegħda tarma ruħha
militarment u titqies li trid tiddomina bil-kultura tagħha pajjiżi
b’kulturi differenti minn tagħna, Malta, jekk tkun verament newtrali u
titqies hekk mad-dinja, tista’ tasal, titkellem u tibni ħbiberiji fost
il-ġnus li m’humiex imseħbin fl-Unjoni Ewropea.
Din hija sfida mill-isbaħ għar-rappreżentanti Maltin fil-Parlament Ewropew jekk iridu jħarsu tassew l-interessi tal-poplu Malti u ta’ l-Ewropa.
Din
l-isfida tista‘ tintrebaħ biss jekk huma jaħdmu ħalli jbiddlu
l-ftehim li sar ma’ l-Unjoni Ewropea biex jiżguraw li pajjiżna jibqa’
newtrali u jaħdem għas-sliem.
IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA
It-Tnejn, 7 ta’ Ġunju, 2004
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat Lm2 flimkien ma' din il-formola liċ-
Chairman
CNI,
Dr
Karmenu Mifsud Bonnici B.A. LL.D.
81,
Triq Ġuże Pace,
Ħamrun.
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ