MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI


Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
L-Unjoni Ewropea ordnat li mis-sena 2010 il-Maltin u l-Għawdxin iħallsuha
€182,192 kuljum misruqa minn ħalq uliedek
minn Karmenu Mifsud Bonnici KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI
In-newtralità: l-akbar ħarsien ta’ pajjiżna
Il-kliem
tal-Ambaxxatur Amerikan kontra n-newtralità ta’ Malta qanqal reazzjoni fost
il-pubbliku u ma naqsux l-ittri u l-artikli fil-ġurnali dwaru.
Filwaqt li meta xhur ilu kienet tqanqlet il-kwistjoni tan-newtralità, kellna kelliema mill-partiti politiċi li fissru l-fehmiet tagħhom dwarha, din id-darba l-partiti politiċi ma tniffsux, ħlief li ngħad b’mod ġeneriku li għandna nimmodernizzaw il-Kostituzzjoni ta’ Malta.
Il-fatt li l-Ambaxxatur Amerikan wera ruħu pubblikament li ma jaqbilx li pajjiżna jkun newtrali u l-fatt li l-politiċi tagħna ma jirreaġġixxux għal kliemu, jagħti lok għal tħassib serju li qiegħda ssir pressjoni minn barra fuq pajjiżna biex ma jibqax newtrali u li l-politiċi tagħna jidhru li lesti jċedu biex isir it-tibdil meħtieġ fil-Kostituzzjoni tagħna.
Ghaliex tkellem l-Ambaxxatur?
Dawn iż-żewġ fatti jmisshom iqanqlu l-istmerrija u l-oppożizzjoni tal-poplu tagħna.
Għax fl-ewwel lok, l-Ambaxxatur Amerikan ma kellux jgħid dak li qal dwar in-newtralità ta’ pajjiżna.
Hu
mhux biss ikkritika aspett importanti tal-politika barranija ta’ pajjiżna,
* iżda ħadha kontra l-Kostituzzjoni ta’ Malta
* li tgħid li pajjiżna huwa stat newtrali
* li jaħdem attivament għall-paċi,
* is-sigurtà u l-progress soċjali fost il-ġnus,
* billi jħaddan politika ta’ non-allineament
* u jirrifjuta li jieħu sehem f’kull alleanza militari.
Żgur li l-Gvern Amerikan mhux se jippermetti li l-Ambaxxatur ta’ Malta fl-Istati Uniti jikkritika pubblikament l-politika barranija Amerikana u jitkellem kontra xi parti mill-Kostituzzjoni Amerikana.
Tqum għalhekk il-mistoqsija jekk l-Ambaxxatur qalx li qal minn jeddu jew inkella
kienx imqabbad mill-Gvern tiegħu biex jgħidu?
Jekk kien imqabbad, wieħed għandu jistenna li dan huwa l-bidu ta’ proċess li
hu maħsub li jwassal lil pajjiżna biex ma jibqax newtrali.
U
s-skiet u n-nuqqas ta’ reazzjoni mill-politiċi tagħna għandhom jingħataw it-tifsira
li huma parti minn dan il-proċess.
Fi kliem ieħor, il-politiċi tagħna se jċedu għall-pressjoni biex jarmu n-newtralità ta’ pajjiżna.
Għax li kieku l-politiċi tagħna ma humiex lesti li jarmu n-newtralità tagħna,
konna nistennewhom li jqumu fil-pront jipprotestaw bil-qawwa għad-diskors
tal-Ambaxxatur Amerikan u jsejħu lill-poplu ħalli niddefendu l-politika tan-newtralità
u l-Kostituzzjoni ta’ pajjiżna.
Xi trid l-UE?

Dan
l-attakk fuq il-politika barranija tan-newtralità ta’ pajjiżna qiegħed jaħbat fi
żmien meta l-Unjoni Ewropea qiegħda tieħu passi konkreti ħalli tagħti ħajja
lill-politika barranija tagħha.
L-Unjoni għadha kif ħatret lill-Ingliża Lady Ashton bħala l-kelliema tal-UE dwar il-politika barranija komuni tagħha.
Qed jitħejja wkoll il-grupp ta’ eluf ta’ uffiċjali li se jservu fil-qasam tal-affarijiet barranin tal-UE taħt l-istess Lady Ashton.
U l-UE
biħsbieha tfassal il-politika barranija komuni tagħha li tkun il-politika
uffiċjali barranija tal-pajjiżi kollha membri.
Għalhekk
l-Unjoni trid li l-politika barranija komuni tagħha tkun ukoll il-politika
barranija uffiċjali ta’ Malta.
Ladarba l-Unjoni
Ewropea trid li
* Malta timxi skont il-politika barranija komuni Ewropea,
* l-UE ma tistax tkompli taċċetta
* li Malta timxi b’politika barranija differenti ta’ newtralità
* skont mhi mfissra fil-Kostituzzjoni ta’ Malta,
* ladarba l-politika barranija tal-Unjoni
* mhix politika ta’ newtralità
* li ma tħallix li pajjiż jieħu sehem f’alleanza militari.
Għaldaqstant nistennew li l-UE tagħmel pressjoni ħalli l-Kostituzzjoni ta’ Malta
tinbidel billi jitneħħa l-obbligu li l-pajjiż iħares in-newtralità kif tgħid
il-Kostituzzjoni Maltija.
L-attakki
li qegħdin isiru kontra n-newtralità ta’ Malta huma parti minn dan l-eżerċizzju
moħbi li l-UE trid li jsir mingħajr ma tikxef idejha.
L-UE taf li f’pajjiżna se ssib min hu lest li jaqdiha!
Nifhmu li l-politiċi ma jsibuhiex ħaġa faċli li jfehmu lill-poplu li jridu li
Malta ma tibqax newtrali.
Huma se jfittxu li jressqu ħafna raġunijiet u jġibu ħafna skużi biex jipprovaw jiġġustifikaw it-tibdil fil-Kostituzzjoni.
Iżda r-raġuni vera tkun li l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti jridu li Malta ma tibqax newtrali.
Fl-interess ta' min?
F’din
il-kwistjoni għandna nistaqsu:
l-UE u l-Istati Uniti jridu li Malta ma tibqax newtrali u li tidħol f’alleanza militari magħhom, fl-interess ta’ Malta jew fl-interess tagħhom?
It-tweġiba hi ovvja:
Dawn iridu li dan iseħħ fl-interess tagħhom, mhux għal wiċċna.
Iżda aħna, l-ewwel interessi tagħna huma li niżguraw bl-aħjar mezzi l-ħarsien,
is-sigurtà u s-sliem tal-Maltin u l-Għawdxin.
U l-aħjar mezz biex niżguraw dan mhux li nieħdu sehem fl-alleanza militari tal-UE jew tal-Istati Uniti, iżda li ma nkunu meqjusin għedewwa minn ħadd li huwa kontra l-Ewropa u l-Istati Uniti.
Għax newtrali ma jkonna għadu lil ħadd!
Malta, l-Unjoni Ewropea u l-klandestini
Minn Marco P. Cachia
Jiena kont wieħed minn tal-ewwel li lqajt il-ħsieb u l-politika li Malta ssir membru tal-Unjoni Ewropea u vvotajt “Iva” fir-referendum, fost raġunijiet oħrajn, għax kont nemmen li l-UE kienet se twaqqaf lill-immigranti illegali milli jidħlu.
Iżda
llum li sseħibna fl-Unjoni
* qegħdin isoddulna ħalqna
* billi jagħtuna l-flus biex nagħmlu dan,
* spiċċajna biex intlejna bihom,
* ma nistgħux ngħidu li aħna ma rridux inżommuhom,
* qegħdin iġiegħluna nagħtuhom l-istess dritijiet bħall-Maltin,
* jekk mhux nippreferuhom,
* u jekk ma nagħmlux hekk jgħajruna “razzisti”.
Wasalna
biex xi sidien,
* bejn Malti u immigrant,
* jagħżlu li jimpjegaw lill-barrani.
Tant hu hekk
* li f’lukanda popolari lokali
* hemm immigrant Chief Security Officer
* u kemm il-management tal-lukanda
* kif ukoll il-Prim Ministru
* jidhru kuntenti b’dan,
* għax iħalluh isir.
L-istess preferenzi mal-immigranti qegħdin isiru anki f’xi programmi televiżivi fejn irebbħu kompetizjonijiet lill-immigranti biex ma jingħadx li aħna razzisti.
Frontex
Meta
tħabbar li twaqqfet il-forza marittima Frontex, jiena kont ħadt pjaċir għax
għedt li kienet se twaqqaf lill-immigranti illegali milli jkomplu jitilqu
pajjiżhom għall-Ewropa.
Iżda llum nara li din kienet ‘gimmick’ oħra tal-UE u sfortunatament waqajna għaliha.
Ġara li wara ftit xhur li bdiet tiffunzjona, il-Frntex żviluppat f’forza ta’ salvataġġ u bidet tintuża biex issalva lill-immigranti illegali li jsibu ruħhom f’diffikulatjiet.
B’hekk l-iskop tal-Frontex spiċċa għal kollox u saret forza kontra l-iskop li għalih twaqqfet.
Dan huwa falliment ieħor tal-UE fil-problema tal-immigranti illegali.
Burden sharing
‘Gimmick’
oħra tal-UE kienet il-‘burden sharing’, li l-Gvern qiegħed jinqeda biha biex
jipprova jsalva wiċċu għall-fjask politiku dwar l-immigrazzjoni.
Il-Gvern qed jgħaddas rasu u l-ewwel jilqa’ f’pajjiżna lill-immigranti illegali u wara jipprova jibgħathom f’pajjiżi oħrajn fl-Ewropa u fl-Istati Uniti ta’ l-Amerika.
Il-Gvern jittama li jbellagħha lill-poplu li din hija l-unika soluzzjoni għal din il-problema.
Iżda soluzzjoni tajba hi li l-immigranti illegali tilqagħhom hawn bil-patt li mill-aktar fis u fl-iqsar żmien possibbli tirripatrijahom jew tibgħathom lura minn fejn ikunu ġew.
B’hekk fi ftit ġimgħat issolvi l-kwistjoni kollha.
Il-Gvern imissu jaf li l-poplu Malti ma jridx li jkollu eluf ta’ immigranti illegali jiġġerrew it-toroq tiegħu.
Il-kurċifiss
Hawn
kwistjoni oħra li qegħda tinkwieta ħafna lill-poplu u din hija l-kwistjoni dwar
il-kurċifissi.
Din il-kwistjoni qalgħetha persuna barranija fl-Italja u għalhekk hija eżempju ta’ ndħil barrani.
L-istess jistgħu jagħmlu l-immigranti illegali li jibdew jindaħlulna wara li jkunu waddbu l-“ankri” hawn.
Meta jfettlilhom jistgħu jippruvaw jimponu fuqna dak li jkunu jridu huma.
Hawn
ta’ min jistaqsi lill-Gvern Malti u lill-membri Maltin fil-Parlament Ewropew
x’kien jiġrilna kieku aħna l-Maltin kellna mmorru fil-pajjiżi tal-immigranti
illegali u nibdew ngħidulhom biex dak l-oġġett ma jkomplux jagħmluh jew dik
il-ħaġa l-oħra jneħħuha għax ma togħġobniex?
Jiena ċert li kieku kellna nagħmlu dan, konna nistiednu li jagħtuna l-forka u mhux iħalluna nagħmlulhom kawża fil-Qorti Ewropea li ddeċidiet li fl-Ewropa l-kurċifissi għandhom jitneħħew mill-klassijiet (filwaqt li l-Parlament Ewropew qal li jitneħħew minn postijiet pubbliċi).
Dwar din il-kwistjoni ta’ min jgħid “prosit” lill-Gvern tal-Polonja li wera kemm huwa sod u tal-affari tiegħu, meta qal li “tiddeċiedi x’tiddeċiedi l-Qorti, il-kurċifiss mhux se jitneħħa!”.

Min-naħa
tiegħi nibża
* li din tal-kurċifiss hija preludju
* ta’ x’nistennew li jista’ jiġri fil-ġejjieni,
* bħalma hu t-tneħħija tas-slaleb min fuq il-knejjes,
* l-istatwi reliġjużi minn mal-ħitan,
* il-Bambini u l-presepji fi żmien il-Milied,
* iwaqqfuna milli noħorġu l-vari fil-Ġimgħa l-Kbira
* u l-qaddisin fil-festi rispettivi,
*
ma jħalluniex noħorġu l-purċissjonijiet fil-festi liturġiċi,
* bħall-Ġimgħa l-Kbira,
*
il-Milied u oħrajn,
* u imbagħad iduru għall-midja
* u ma jħallux lill-istazzjonijiet televiżivi
* u l-gazzetti
* juru manifestazzjonijiet reliġjużi
* u dan kollu bl-iskuża
* biex ma noffendux is-sentimnti reliġjużi
* ta’ min huwa kontra dawn il-ħwejjeġ.
Lil dawk li jidrilhom li qed nesaġera, ngħidilhom li ħafna drabi affarijiet jibdew żgħar, imbagħad jikbru u jkunu diffiċli li twaqqafhom.
Kien hawn aktar minn mexxej wieħed li beda tajjeb u spiċċa biex sar dittatur u l-poplu tiegħu ma setgħax jiċċaqlaq fil-morsa li kien marbut.

Inħoss
li hemm bżonn li ngħidu lill-Prim Ministru
* u lill-Membri Parlamentari Ewropew Maltin
* li għandhom jagħmluha ċara lill-Unjoni Ewropea li,
* tgħid x’tgħid hi,
* aħna l-Maltin u l-Għawdxin
* mhux se nneħħu l-kurċifiss
* u li l-flus mhux se jagħmlu bina.
Il-Ħamis, 7 ta’ Jannar, 2010

Fittex li tiffirma l-petizzjoni popolari lill-Parlament Malti biex jgħaddi miżuri li jrażżnu l-immigrazzjoni illegali f’pajjiżna.
IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-
Segretarju Finanzjarju
CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ