MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI

Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
Mill-Avukat Karmenu Mifsud Bonnici
Chairman Kampanja Ħelsien Nazzjonali CNI
GĦID LILL-KANDIDAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
Fis-seba’ snin 2007 – 2013 il-Maltin u l-Għawdxin se jkunu ħallsu lill-Unjoni Ewropea €360,000,000
IL-KOSTITUZZJONI TA' L-UNJONI EWROPEA TKASBAR IL-KOSTITUZZJONI TA' MALTA
Niddefendu l-Kostituzzjoni ta' pajjiżna
IN-NAZZJONALISTI
għandhom is-saħħa jgħaddu mill-Parlament il-Kostituzzjoni
ta' l-Unjoni Ewropea.
Iżda m'għandhomx is-saħħa jkissru l-Kostituzzjoni ta' Malta, jekk ma jkunx hemm kompliċi magħhom Laburisti li jivvotaw favur il-Kostituzzjoni ta' l-Unjoni, kontra l-Kostituzzjoni ta' Malta.
In-Nazzjonalisti
m'għandhomx żewġ terzi tal-voti fil-Parlament Malti.
Il-Kostituzzjoni ta' Malta tgħid li hija suprema u kull liġi oħra li ma taqbilx magħha, ma tiswiex.
Il-Kostituzzjoni Maltija ma tistax titbiddel jekk mhux b'żewġ terzi tal-Membri kollha tal-Parlament li jivvotaw favur it-tibdil tagħha.
Għalhekk, jekk il-Membri Laburisti ta' l-Oppożizzjoni ma jissieħbux man-Nazzjonalisti biex jivvotaw favur dak li trid il-Kostituzzjoni ta' l-Unjoni, jiġifieri, li l-liġijiet ta' l-Unjoni li ma jaqblux mal-Kostituzzjoni Maltija jegħlbu l-Kostituzzjoni Maltija, il-Kostituzzjoni tagħna tibqa' sħiħa u suprema.
Iżda jekk il-Membri Laburisti jivvotaw man-Nazzjonalisti favur il-Kostituzzjoni ta' l-Unjoni, huma jkissru l-Kostituzzjoni tagħna.
Il-Membri Laburisti tal-Parlament Malti li jivvotaw favur il-Kostituzzjoni ta' l-Unjoni li tgħid li l-liġijiet ta' l-Unjoni huma aqwa mill-Kostituzzjoni tagħna, ikunu qegħdin jittradixxu l-Kostituzzjoni Maltija li huma ħadu l-ġurament li jkunu fidili u leali lejha.
L-eluf ta' votanti Laburisti ma jaċċettawx li l-liġijiet ta' l-Unjoni Ewropea jkażbru l-Kostituzzjoni tal-poplu Malti, li saret prinċipalment bis-saħħa tal-Partit Laburista.
Min ma jivvotax favur il-Kostituzzjoni ġdida ta' l-Unjoni Ewropea, ma jkunx qiegħed imur kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni.
Ikun qiegħed jgħid li
ma jridx imur kontra l-Kostituzzjoni ta' pajjiżna.
Mingħajr il-Kostituzzjoni ġdida, l-Unjoni Ewropea tibqa' l-Unjoni li l-maġġoranza vvotat favuriha s-sena l-oħra u Malta tibqa' msieħba fiha kif issieħbet fl-ewwel ta' Mejju ta' din is-sena.
Il-votanti Maltin qatt ma taw is-setgħa lill-Membri Parlamentari biex jivvotaw favur il-Kostituzzjoni ta' l-Unjoni li tagħmel il-liġijiet ta' l-Unjoni fuq il-Kostituzzjoni ta' Malta.
Għalkemm l-Unjoni Ewropea tippretendi li llum il-liġijiet tagħha huma aqwa mill-Kostituzzjoni tagħna, dan mhux korrett.
Sakemmm żewġ terzi tal-Membri kollha tal-Parlament Malti ma jivvotawx favur il-Kostituzzjoni ta' l-Unjoni li tkun aqwa mill-Kostituzzjoni tagħna, kull liġi ta' l-Unjoni li ma taqbilx mal-Kostituzzjoni ta' Malta ma jkollha ebda saħħa u effett f'pajjiżna.
Din hija l-aqwa raġuni għax l-Opozizzjoni Laburista m'għandhiex tivvota favur ir-ratifika tal-Kostituzzjoni ġdida ta' l-Unjoni Ewropea meta titressaq fil-Parlament Malti.
Ġurament ta' lealta` li jieħdu l-Membri Parlamentari kollha
Jiena ................................................ solennement naħlef / niddikjara li nkun tassew fidili u leali lejn il-Poplu u r- Repubblika ta’ Malta u l-Kostituzzjoni tagħha. (Hekk Alla jgħini).
Ġurament għall-qadi xieraq tal-kariga ta’ Prim Ministru jew Ministru ieħor jew Segretarju Parlamentari.
Jiena ................................................ solennement naħlef / niddikjara li naqdi fedelment u skond il-kuxjenza d-dmirijiet tiegħi bħala (Prim Ministru/Ministru/Segretarju Parlamentari) skond il-Kostituzzjoni u l-liġijiet ta’ Malta, mingħajr biża’ jew favur. ( Hekk Alla jgħini).
Ġurament għall-qadi xieraq tal-kariga ta’ President.
Jiena ..............................................., solennement naħlef / niddikjara li naqdi fedelment il-kariga ta’ President (li naqdi fedelment il-funzjonijiet tal-President) ta’ Malta, u li, skond l-aħjar ħila tiegħi nikkonserva, inħares u niddefendi l-Kostituzzjoni ta’ Malta. (Hekk Alla jgħini).
Sezzjoni 6 tal-Kostituzzjoni ta' Malta
6. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikoli (7) u (9) ta’ l-artikolu 47 u ta’ l-artikolu 66 ta’ din il-Kostituzzjoni, jekk xi liġi oħra tkun inkonsistenti ma’ din il-Kostituzzjoni, din il-Kostituzzjoni għandha tipprevali u l-liġi l-oħra għandha, safejn tkun inkonsistenti, tkun bla effett.
Artiklu I-6 tal-Kostituzzjoni ta' l-Unjoni Ewropea
Dritt ta' l-Unjoni
Il-Kostituzzjoni u l-liġijiet adottati mill-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni fl-eżerċizzju tal-kompetenzi konferiti lilha għandhom jipprevalu fuq id-dritt ta’ l-Istati Membri.
Tista' tafda lil min jikser il-ĠURAMENT tiegħu/tagħha?
Il-Tnejn, 6 ta' Diċembru, 2004.
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat Lm2 flimkien ma' din il-formola liċ-
Chairman
CNI,
Dr
Karmenu Mifsud Bonnici LL.D.
81,
Triq Ġuże Pace,
Ħamrun.
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ