MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI


Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA
L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
L-Unjoni Ewropea ordnat li fis-sena 2011 il-Maltin u l-Għawdxin iħallsuha €68,000,000
€186,000 kuljum misruqa minn ħalq uliedek
Jum
ir-Repubblika se jiġi pprofonat
– Karmenu Mifsud Bonnici, Ċermen tas-CNI
Mhux minnu li ma nistgħux noħorġu mill-Unjoni Ewropea.
Araw dan il-video tal-Parlament Ewropew kif nistgħu noħorġu
Wara
li fid-19 ta’ Ottubru li għadda l-mexxejja ta’ l-Unjoni Ewropea qablu
dwar it-test finali tat-Trattat ta’ Riforma ta’ l-UE, dan l-istess trattat
se jkun ratifikat fil-Parlament Malti fit-13 ta’ Diċembru li ġej.
Dan qalu ċ-Ċermen tal-Kampanja għall-Ħelsien Nazzjonali (CNI),
l-Avukat Karmenu Mifsud Bonnici.
Huwa
qal li dan se jfisser biss li Jum ir-Repubblika – li appuntu jiġi
ċċelebrat fit-13 ta’ Diċembru – se jiġi pprofonat.
F’konferenza ta’ l-aħbarijiet, Karmenu Mifsud Bonnici saħaq li
sal-lum, ħadd ma spjega lill-poplu Malti u lanqas lill-popli Ewropej,
il-kontenut ta’ dan it-Trattat, issa li saru l-emendi u dan wara li t-test oriġinali
ma ġiex approvat fir-referendi li saru fl-2004 fi Franza u fl-Olanda.
Huwa qal li t-Trattat il-ġdid lanqas ma ġie spjegat fil-Parlament
Malti u jidher li dan mhux se jsir għax lanqas mhu se jsir dibattitu
fil-Parlament Malti dwar it-Trattat il-ġdid.
Karmenu
Mifsud Bonnici żied jgħid li l-Unjoni Ewropea diġa’ qalet li
mhijiex se tippubblika l-emendi li saru u lanqas se tippubblika t-Trattat
rivedut, qabel il-pajjiżi ta’ l-UE jirratifikawh.
Fl-istess waqt diġa’ intqal hawn Malta, li l-Parlament Malti – id-deputati
kollha – se jaqblu mat-Trattat ta’ Riforma.
Dan ifisser, qal Karmenu Mifsud Bonnici, li l-Membri Parlamentari Maltin kollha se jaqblu ma’ Trattat mingħajr ma jafu x’fih.
Dan
ifisser ukoll li l-poplu Malti mhux se jkun jaf x’fih it-Trattat rivedut qabel
ma jiġi ratifikat u għalhekk se jkun diffiċli għall-poplu
Malti li jkun jaf x’fih.
Iċ-Ċermen tas-CNI sostna li 70 fil-mija taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni Ewropea jridu li t-Trattat il-ġdid jitqiegħed għal vot ta’ referendum qabel jiġi ratifikat mill-gvernijiet, imma l-UE ma tridx għax tibża’ li l-istorja ta’ l-2004 tirrepeti ruħha.
L-Avukat Karmenu Mifsud Bonnici ta’ ħames raġunijiet għala t-Trattat
ta’ Riforma ta’ l-UE m’għandux jiġi ratifikat mill-Parlament
Malti.
Huwa saħaq li l-ewwelnett, l-UE qiegħda tgħid li bit-Trattat rivedut, l-UE se jkollha aktar setgħat.
Dan
ifisser biss li dawn is-setgħat se jittieħdu mis-saħħa
tal-Parlamenti lokali u dan għas-spejjeż taċ-ċittadini ta’
l-Unjoni Ewropea.
It-tieni, it-Trattat se jfisser li d-deċiżjonijiet se jittieħdu
anke jekk ma jkunx bil-kunsens tal-maġġoranza. L-Avukat Mifsud Bonnici
sostna li din hija ċaħda tad-demokrazija.
Għat-tielet raġuni, iċ-Ċermen tas-CNI
fakkar kif fl-2001, l-Unjoni Ewropea, fit-Trattat ta’ Leiken, qalet li trid
tkun viċin taċ-ċittadini.
Iżda fil-verità, bit-Trattat il-ġdid, l-UE se titbiegħed miċ-ċittadini għax it-Trattat inkiteb apposta b’lingwaġġ diffiċli biex iċ-ċittadin jifhmu.
Din saret b’intenzjoni biex ma jkunx hemm popli ta’ pajjiż li jagħmlu bħalma għamlu l-popli ta’ l-Olanda u Franza u vvutaw kontra t-Trattat Kostituzzjonali.
Bit-Trattat
il-ġdid, l-UE se ċċaħħad liċ-ċittadini d-dritt
li jiddeċiedi huma kif għandha tkun l-UE.
Ir-raba’ raġuni għaliex s-CNI
qiegħda tgħid li l-Parlament Malti m’għandux jirratifika t-Trattat
ta’ Riforma ta’ l-Unjoni Ewropea rivedut hija
għax din ma tħaddanx politika barranin ta’ newtralità kif hemm
stipulat fil-Kostituzzjoni ta’ Malta.
Il-ħames raġuni hija li l-UE tħaddan politika komuni ta’ difiża
li tmur kontra l-politika ta’ Malta li ma tistax tieħu sehem f’alleanzi
militari u għalhekk tmur kontra l-Kostituzzjoni ta’ Malta.
“Malta
tilfet u mhux rebħet”
L-Avukat Karmenu Mifsud Bonnici tkellem ukoll dwar il-ħafna diskorsi li saru li bit-Trattat ta’ Riforma rivedut, Malta “rebħet”.
Huwa
qal li l-verità hija għal kollox bil-kuntrarju, għax Malta
“tilfet” f’diversi oqsma.
L-Avukat Mifsud Bonnici semma’ li ntqal li Malta rebħet siġġu
aktar fil-Parlament Ewropea.
Huwa
qal li Malta mhux veru rebħet, imma s-siġġu ngħata bi dritt
għax il-Kostituzzjoni Ewropea tesiġi li l-inqas siġġijiet li
jista’ jkollu pajjiż membru ta’ l-UE huwa ta’ sitta.
Huwa qal ukoll li kulħadd qiegħed jinsa jsemmi kif Malta, bħala
pajjiż ta’ l-UE, għandha dritt ta’ Kummissarju Ewropew.
Illum,
Malta għandha lil Joe Borg bħala Kummissarju.
Iżda bit-Trattat il-ġdid, kull pajjiż ta’ l-UE, kull 10 snin, mhux se jkollu Kummissarju għal ħames snin u dan jgħodd ukoll għal Malta.
Dan
ifisser li Malta mhix se jkollha Kummissarju għal perjodu ta’ ħames
snin.
L-Avukat Mifsud Bonnici qal ukoll li bħalissa, kull pajjiż membru ta’
l-UE jkollu l-Presidenza għal sitt xhur.
Suppost li Malta, kull 13-il sena u nofs kellha dritt għal Presidenza.
Iżda
issa, jekk it-Trattat ikun ratifikat, dan ifisser li jinħatar
“President” għal sentejn u nofs u din il-kariga tiġġedded u
Malta qatt mhi se jkollha l-Presidenza.
Għal dan kollu u aktar, Karmenu Mifsud Bonnici qal li Malta iktar se titlef
milli tirbaħ bit-Trattat ta’ Riforma ta’ l-UE rivedut.
IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA
It-Tnejn, 6 ta’ Novembru, 2007
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-
Segretarju Finanzjarju
CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ