MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI

Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
L-Unjoni Ewropea ordnat li mis-sena 2010 il-Maltin u l-Għawdxin iħallsuha
€182,192 kuljum misruqa minn ħalq uliedek
Tridna naċċettaw aktar immigranti illegali
Vera qegħdin sew issa li aħna membri fl-UE!
Mhux
biss mill-pajjiżi membri l-oħrajn – pajjiżi ferm akbar minna
– tista’ tgħid li ħadd minnhom ma jgħinna nsolvu l-problema
kbira li għandu pajjiżna bl-immigrazzjoni illegali, anzi qegħdin
naraw anke kitba f’magażin internazzjonali rinomat – The Economist –
tgħidilna biex ma noqogħux ingergru għax, skond dan il-magażin,
aħna l-Maltin qegħdin ngħaġġbuha ż-żejjed din
il-problema.
The
Economist jgħid li din il-problema mhix gravi daqs kemm nagħmluha aħna.
Li
ma qalx hu li waqt li l-pajjiżi kbar ta’ l-Unjoni Ewropea jgħidu li
għandhom bżonn mal-20 miljun immigrant tas-sena 2020 biex l-ekonomiji
ta’ dawk il-pajjiżi jibqgħu jikbru, Malta – din in-nitfa ta’
blata mgħobbija sa ruħ ommha b’aktar minn 400,000 ruħ – m’għandhiex
nuqqas ta’ nies biex isostnu l-ekonomija tagħna.
Bil-maqlub, li qed jiġrilna hu li minħabba s-sħubija (kelma falza għall-aħħar!) qegħdin nitilfu ċerti kategoriji ta’ nies li pajjiżna għandu bżonnhom.
Minbarra
li s-sħubija għamlet li pajjiżna kalamita għall-immigranti
illegali li jkunu jridu jaslu f’xi pajjiż ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan l-aħħar ukoll sar kunċert f’Malta minn tliet kantanti ta’
fama mondjali.
L-iskop ta’ dan il-kunċert kien biex iħeġġu lill-Maltin jaċċettaw b’idejhom miftuħin l-immigranti illegali.
Tafu
x’kien jonqoshom jgħidulna, li hekk kif tintlemaħ xi dgħajsa mgħobbija
bl-immigranti illegali, nibagħtu banda biex tilqagħhom bil-marċi
u l-brijju hekk kif dawn jinżlu l-art!
Wieħed
mit-tliet kantanti, Claudio Baglioni, sa wasal biex qal li mhux talli m’għandniex
nagħlqu l-bibien lill-immigranti illegali, iżda saħansitra
“niftħulhom it-twieqi” u nintegraw magħhom!
Skond korrispondent li jikteb f’ġurnal bl-Ingliż ta’ kuljum –
Anthony Licari – il-Prim Ministru ġie kkwotat li qal li n-numru ta’
l-immigranti illegali diġà wasal daqs nofs in-numru ta’ twelidiet
f’pajjiżna f’sena.
Ta’ min wieħed jagħmilha ċara wkoll lil dawk li jiktbu jew jgħidu li huma l-partiti tal-lemin li qed jinsistu għal politika radikali biex jixxejjen il-periklu kbir li l-poplu Malti qiegħed jitfaċċja, li m’humiex korretti.
Hemm ferm aktar “xellugin” li jridu politika li ħares lill-poplu Malti u lil pajjiżna mill-gwaj soċjali kbir li l-immigrazzjoni illegali u bla rażan bil-fors se jkollha fuq pajjiżna fis-snin li ġejjin.
Din
hija problema nazzjonali li tolqot lil kulħadd, kemm dawk tal-lemin, kif
ukoll dawk tax-xellug.
Ta’ min jgħid ukoll li la darba l-Unjoni Ewropea mhix qiegħda toffrilna soluzzjoni għal din il-problema, is-soluzzjoni rridu nsibuha aħna fl-interess tagħna.
Din
tista’ tkun li nħallu l-immigranti illegali jitilqu kif iridu u biex
iridu għall-pajjiżi Ewropej fejn jixtiequ jmorru.
Inkwiet
ta’ l-Unjoni Ewropea lill-Knisja Kattolika
Għall-Membru
Parlamentari Taljan Maurizio Ronconi, hija l-mażunerija li hemm fl-Unjoni
Ewropea, responsabbli għall-inkwiet li l-Unjoni qiegħda toħloq
lill-Knisja Kattolika
* fl-Italja,
* fi Spanja u
* fil-Belġju,
dwar
il-ħlas tat-taxxi.
Dan l-aħħar sar magħruf li Nellie Kroes, il-Kummissarju Ewropew
responsabbli mill-kompetizzjon kummerċjali, qiegħda tikkunsidra tagħmilx
investigazzjoni dwar l-eżenzjonijiet mill-ħlas tat-taxxi mogħtija
lill-Knisja Kattolika fit-tliet pajjiżi msemmijin.
Il-Knisja Kattolika fl-Italja għandha ħafna
* sptarijiet u
* kliniċi tagħha,
* ħafna skejjel u anki
* lukandi jew
* ‘hostels’
li jitmexxew qishom impriżi kummerċjali, għalkemm x’uħud minnhom ma jitmexxewx għall-profitt.
Skond
il-ġurnal Taljan La Stampa, f’Ruma biss il-Knisja Kattolika għandha
* 18 l-isptar,
* 55 kliniċi u
*
250 skola.
L-Unjoni Ewropea talbet lill-Gvern Taljan jagħtiha tagħrif dwar l-eżenzjonijiet
mill-ħlas tat-taxxi li l-impriżi tal-Knisja Kattolika jgawdu skond
il-liġi.
L-Unjoni
qiegħda tagħmel dan għax tissuspetta li l-eżenzjonijiet
mill-ħlas tat-taxxi huma forma ta’ għajnuna ta’ l-Istat lill-impriżi
kummerċjali u jfixxklu l-kompetizzjoni ġusta.
Dan il-pass ta’ l-Unjoni Ewropea qanqal kritika kbira fl-Italja.
Skond
il-ġurnal Taljan Il Corriere della Sera, il-Ministru tal-Ġustizzja
Taljan Clemente Mastella, waqt li qal li l-Unjoni Ewropea talbet tagħrif
biss, żied li fl-Italja, l-eżenzjoni mill-ħlas tat-taxxa fuq
l-immobbli, m’hijiex għall-enti reliġjużi biss, iżda għall-immobbli
kollha li m’humiex użati għal skop ta’ profitt.
Il-membru
parlamentari Taljan Rocco Buttiglione, qal li l-Unjoni Ewropea għandha tkun
aktar prudenti u m’għandhiex tagħti raġun lil min jissuspetta
li għandha xejra anti-nisranija li wasslet għat-telfa li l-Unjoni
ġarrbet fir-referendi ta’
*
Franza u l-Olanda
*
dwar il-Kostituzzjoni
Ewropea.
Ta’ min ifakkar li l-Parlament Ewropew ma kienx aċċetta li
Buttiglione jsir Kummissarju Ewropew minħabba t-twemmin nisrani tiegħu
dwar iż-żwieġ.
Il-President tar-reġjun tal-Lombardija, Roberto Formigoni, saħaq li
l-Unjoni Ewropea qiegħda turi li m’għandhiex ħjiel tajjeb taċ-ċirkostanzi
fl-Italja, u qiegħda temmen l-ideat foloz li hemm dwar ir-relazzjonijiet
bejn l-Istat u l-Knisja fl-Italja.
Il-membru parlamentari Taljan Maurizio Gasparri qal li mhix ħaġa
tollerabbli li l-Unjoni tindaħal b’dan il-mod fil-ħwejjeġ
interni ta’ l-Italja.
Iżda s-Senatur Taljan tal-Grupp
tal-Ħodor,
Natale Ripamonti, awgura li l-Italja tkun bħal pajjiżi oħrajn
ta’ l-Unjoni u tagħraf twarrab il-privileġġi li l-liġijiet
fiskali jagħtu lill-enti eklesjastiċi.
Għandna naħsbu li l-membru tal-Parlament Taljan, tal-Grupp
tal-Ħodor,
il-Malti Arnold
Cassola, hu
ta’ l-istess fehma ta’ sieħbu Natale Ripamonti?
Id-dittatura
u l-UE

Adolf Hitler, forsi kontra kif ħafna jaħsbu, kien kiseb il-poter b’mod hekk imsejjaħ “demokratiku”.
Għax
għamel dan permezz tal-vot “demokratiku” tal-poplu.
Wieħed irid jistaqsi, iżda, jekk tikseb il-vot tal-maġġoranza
tal-poplu wara li dak il-poplu jkun issuġġettat għal bombardament
ta’ propaganda ma taqta’ xejn, tant li jkun imġiegħel jemmen
ħwejjeġ li fir-realtà ma jkunux se jitwettqu, dak il-vot għandu
jitqies bħala “vot demokratiku” jew le?
Wieħed jista’ jgħid li l-mod kif il-fundaturi u l-mexxejja ta’
l-Unjoni Ewropea ħadu l-poter f’idejhom, mhux ta’ poplu wieħed iżda
llum ta’ 27 pajjiż, huwa agħar minn kif Hitler ħa l-poter
f’idejh tal-Ġermanja.
Għax l-Unjoni twaqqfet mingħajr il-kunsens popolari.
Kienu
biss il-politiċi li taw lill-Unjoni l-poteri li għandha.
Il-fundaturi ta’ l-UE u dawk li ġew warajhom, kienu makakki aktar min-nażisti
u l-faxxisti ta’ qabel l-aħħar gwerra dinjija.
Waqt
li Hitler u Mussolini wżaw is-saħħa militari u pulizjeska tagħhom
biex fl-aħħar kellhom poter assolut fuq il-popli tagħhom,
il-mexxejja ta’ l-UE dejjem ħbew kull pass li għamlu biex jiksbu
poter dejjem aktar fuq il-popli tagħhom, taħt xi “raġuni”,
jew skuża ekonomika.
Il-vot
tal-poplu Ewropej il-mexxejja ta’ l-UE, dejjem qisuh bħala theddida għall-għan
aħħari tagħhom, li dejjem kien li jibnu super stat Ewropew
immexxi mhux minn parlamenti sovrani tal-pajjiżi membri, iżda minn
poter ċentralizzat fi Brussels, permezz ta’ Kunsill Ewropew u Kummissjoni
Ewropea mhux eletta.
Fil-ġimgħat li ġejjin se nerġgħu naraw kif l-UE se terġa’
timponi r-rieda tagħha fuq ir-rieda tal-popli Ewropej, billi tinqeda
bil-politiċi jagħmlu trattat ġdid, it-Trattat li qegħdin
isejħulu ta’ Riforma, li jagħti poteri ġodda lill-Unjoni.
Dan
se jkun musmar ieħor fit-tebut li fih se tindifen il-ftit sovranità li
kien għad fadlilhom il-popli Ewropej membri ta’ l-Unjoni Ewropea.
Wieħed jista’ jikkummenta li almenu Hitler u Mussolini, wara li ħatfu
l-poter bil-vot tal-poplu, kixfu jdejhom dwar l-għanijiet tagħhom.
Il-politiċi
ta’ l-UE għadhom iridu jaħbu jdejhom dwar l-għan aħħari
tagħhom!
L-akbar prova ta’ kemm l-Unjoni Ewropea ma tgawdix l-appoġġ popolari
tathilna meta qiegħda tinsisti li ma jsirux referendi tal-popli tal-pajjiżi
membri dwar it-Trattat ġdid ta’ Riforma.
Taf li l-popli ma jaċċettawhx, iżda hija trid timponieh fuqhom
It-trattat
ta’ riforma jeqred in-newtralità tagħna
Xi
snin ilu l-propagandisti Maltin ta’ l-Unjoni Ewropea kienu qalulna li ma kien
għad hemm xejn li jżomm lil pajjiżna li jħaddan il-politika
barranija komuni ta’ l-Unjoni Ewropea, la darba ma kienx għad baqa’
skop (skond huma) għall-politika ta’ newtralità u non-allineament ta’
Malta, billi l-Unjoni Sovjetika ma baqgħetx teżisti.
Ma kellhom raġun qatt li jgħidu dan, iżda żgur m’għandhomx
raġun illum meta fid-dinja hawn aktar minn żewġ blokki, kif kien
hemm qabel meta pajjiżna, fl-aħħar tas-snin tmenin, ħaddan
il-politika tan-newtralità u non-allineament.
Għax illum barra l-blokk tal-pajjiżi tal-punent, hawn fid-dinja
* r-Russja, li qiegħda titqies bħala superpotenza,
* iċ-Ċina,
* l-Indja u
* l-Brażil,
li qegħdin jikbru ħafna ekonomikament, u fil-każ
* taċ-Ċina, anki militarment,
u l-blokk tal-pajjiżi Islamiċi li jinkludu
* l-Iran,
li fil-beraħ m’humiex mal-pajjiżi tal-punent, li jekk għad m’għandhomx il-bomba nukleari, għandhom il-bomba umana tas-suwiċidju u l-arma li tissejjaħ mill-punent “terroriżmu”, li kontrihom m’hawnx difiżi.
Quddiem din ix-xena kerha tad-dinja mifruda
* politikament,
* ideoloġikament u
* militarment,
huwa llum aktar minn qabel fl-interess tas-sigurtà, li l-poplu tagħna jkun fil-fatt, u meqjus minn kulħadd,
* newtrali u
* allinejat
ma’ ħadd.
Iżda
pajjiżna ma jistax jitqies newtrali u mhux allinejat jekk ikun imsieħeb
fl-Unjoni Ewropea, li għandha politika barranija komuni li mhix waħda
ta’ newtralità u non-allineament.
Ir-Rappreżentant Għoli ta’ l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u Politika tar-Sigurtà li t-Trattat ġdid ta’ Riforma se joħloq, se jirrappreżenta lill-Unjoni kollha, Malta inkluża, u se jitkellem f’isem il-pajjiżi kollha ta’ l-Unjoni, anke f’isem Malta.
Għalhekk
kif tista’ d-dinja tqis lil Malta b’mod differenti milli tqis l-Unjoni
Ewropea li la hija newtrali u lanqas mhux allineata?
Huwa fl-interess ta’ Malta li l-Unjoni ma jkollhiex politika barranija komuni
tagħha u li l-Unjoni ma jkollhiex Rappreżentant Għoli li
jitkellem għan-nom ta’ Malta dwar l-affarijiet barranin.
Huwa
permezz tat-Trattat ta’ Riforma li l-Unjoni se jkollha politika barranija
komuni u Rappreżentant għall-Affarijiet Barranin.
Għalhekk huwa fl-interess tal-pajjiżi li dan it-Trattat ma jidħolx fis-seħħ.
Mhux
fl-interess nazzjonali li dan it-Trattat ikun approvat mill-Parlament Malti għal
ħafna raġunijiet, ewlenija fosthom hi dik li mhux se jagħmilha
aktar possibbli li Malta titqies newtrali u mhux allineata, li hija l-akbar arma
li pajjiżna għandu biex jaħdem attivament għall-paċi
IRRIDU
LURA L-LIBERTA`
Il-Ħamis, 6 ta' Settembru, 2007.
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis
Segretarju Finanzjarju
CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ