MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI


Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
L-Unjoni Ewropea ordnat li mis-sena
€182,192 kuljum misruqa minn ħalq uliedek
minn Karmenu Mifsud Bonnici
Il-Parlament għandu jħares l-interessi nazzjonali
Il-problemi
tal-immigranti illegali f’pajjiżna qegħdin jikbru u mhux qegħdin nieħdu l-passi
meħtieġa biex insolvuhom.
Dan l-aħħar inħolqot il-problema bid-deċiżjoni bla sens li ttieħdet ħalli l-immigranti,
wara xi żmien fiċ-ċentri miftuħin, ikollhom jitilqu minnhom mingħajr ma jkun
ipprovdut lilhom fejn imorru.
Din id-deċiżjoni żbaljata qiegħda toħloqilhom tbatija kbira, u hija ta’ inkwiet serju għall-poplu.
Għax l-immigranti jkollhom idabbru rashom billi jisgassaw djar battala u jisirqu
biex jieklu jekk ma jkollhomx xogħol.

Għalhekk
din id-deċiżjoni assurda qiegħda żżid il-problemi soċjali li għandna.
Problema oħra tirrigwarda l-inkwiet li qiegħed spiss jinqala’ fiċ-ċentri ta’
detenzjoni, kemm bejn l-istess immigranti kif ukoll protesti minnhom dwar
il-kundizzjonijiet li qegħdin fihom.
Iż-żamma tal-ordni qiegħda ssir dejjem aktar diffiċli u spiss membri tal-Korp tal-Pulizija u tal-Forzi Armati jkollhom jintbagħtu fiċ-ċentri ta’ detenzjoni.
Il-qagħda
sejra għall-agħar u wieħed jistenna li jinqala’ storbju akbar u ġlied li
jallarma lill-poplu.
Hemm problema oħra li ġejja mill-fatt stramb li seħħ dan l-aħħar li f’diversi
okkażjonijiet dgħajjes mimlijin bl-immigranti illegali waslu sax-xtut tagħna bla
ħadd ma waqqafhom.
Dan il-fatt jikxef kemm hi nieqsa s-sorveljanza u kemm m’għandniex sigurtà
f’pajjiżna.
Għandna mijiet ta’ persuni fil-forzi tas-
sigurtà
moħlijin biex jieħdu ħsieb l-eluf ta’ immigranti fostna, filwaqt li m’għandniex
nies biżżejjed biex jieħdu ħsieb ix-xtut mid-dħul ta’ persuni mhux awtorizzati.
Issa faqqgħet problema oħra b’immigranti illegali li jitilqu bil-moħbi minn
pajjiżna biex jipprovaw imorru f’postijiet oħrajn fl-Ewropa.
Qegħdin inwaħħluhom ħabs talli jagħmlu dan.
Biżżejjed ma ngħinuhomx imorru fejn jixtiequ fl-Ewropa, talli qegħdin
nippenalizzawhom jekk jipprovaw jagħmlu dan.
Għax
l-Unjoni Ewropea hekk trid minna!
Li lil dawk li nagħtuhom l-istatus ta’ refuġjati u l-oħrajn li nagħtuhom protezzjoni umanitarja ma nħalluhomx imorru lejn l-Ewropa.
Ikollna nżommuhom hawn kontra qalbhom u fl-istess ħin inkabbru l-problemi
soċjali tagħna stess fejn jidħol xogħol, akkomodazzjoni, manteniment u servizzi
soċjali għalihom.
Din
il-politika tal-UE qiegħda toħloqilna problema oħra ta’ diskriminazzjoni u hija
bi ksur tal-prinċipju fundamentali tal-moviment ħieles tal-persuni, wieħed mill-prinċipji
ewlenin tal-Unjoni stess.
Filwaqt li ċ-ċittadini Maltin għandhom dan id-dritt, l-eluf ta’ refuġjati u
immigranti fuq protezzjoni umanitarja huma mċaħħdin minnu.
Din iċ-ċaħda hija diskriminatorja għax hija bbażata fuq ir-razza u l-pajjiż tal-oriġini tagħhom.
Qegħdin nagħtuhom dan it-trattament diskriminatorju mhux fl-interess tal-poplu Malti, iżda fl-interess tal-UE.
Il-poplu tagħna għandu l-interess li l-eluf ta’ refuġjati u immigranti li
ngħataw protezzjoni umanitarja f’pajjiżna jħallu Malta mill-aktar fis.
Dawn il-problemi u l-oħrajn kollha li l-immigrazzjoni illegali qiegħda
toħloqilna nistgħu nsolvuhom jekk ngħarfu kif ġew fuqna.
Ġew
fuqna għax l-UE ġiegħlet lill-Gvern Malti jħassar ir-riservi li kellu
għall-Konvenzjoni dwar ir-Refuġjati u rabtitna li nħarsu r-regolamenti tagħha
kif imfasslin fil-Ftehim ta’ Dublin.
Biex inkunu nistgħu nilqgħu għall-mewġ tal-immigranti illegali rridu għalhekk
nerġgħu ndaħħlu r-riservi li kellna qabel isseħibna fl-UE u rridu ninħallu mill-irbit
tal-Ftehim ta’ Dublin.
Fi
kliem ieħor, jekk irridu nsibu tarf għall-kriżi tal-immigranti illegali, irridu
nimxu b’politika differenti minn dik tal-Unjoni u li tkun tħares l-interessi
tal-poplu Malti.
Din hija l-isfida kbira li l-Parlament Malti għandu.
Irid iħares l-interessi nazzjonali qabel dawk tal-UE.
It-Tarzna trid tibqa’ Maltija
L-Aqwa
mexxejja Nazzjonalisti, bħal Nerik Mizzi u Ġorġ Borg Olivier, żgur li jistħu l-ftehim
sagrilegu li l-Gvern Malti għamel mal-Unjoni Ewropea biex it-Tarzna ma tibqax
intrapriza Maltija u biex il-faċilitajiet stupendi tagħha jaqgħu f’idejn
il-barranin.
Sa mill-1920, Nerik Mizzi tkellem kontra l-isfruttament tal-faċilitajiet tat-Tarzna minn “kapitali barranin”.
Fil-fatt fis-6 ta’ Marzu, 1920, f’dibattitu waqt laqgħa tal-Kunsill tal-Gvern dwar proposta biex tinfetaħ tarzna għall-bini tal-vapuri, il-Kunsillier Mizzi kien qal hekk:
“Aħna fil-prinċipju kollha favor l-iżvilupp kummerċjali u industrijali tal-pajjiż… imma altru l-isfruttament b’kapitali barranin. L-ewwel wieħed iwassal għall-ħelsien ekonomiku, it-tieni jdaħħalna direttament fil-jasar ekonomiku. Il-jasar ekonomiku…. huwa aktar perikoluż minn dak politiku għax iservi biex jiġġustifika lil dan.”
Dan il-kliem jurina li Nerik Mizzi żgur ma kienx jaqbel u kien jikkumbatti bl-aħrax li t-Tarzna ma tibqax intrapriża Maltija.

Gorġ
Borg Olivier kien ukoll jiġġieled kontra dan,
* tant li kien hu bħala Prim Ministru li fl-1968
* innazzjonalizza t-Tarzna billi,
* bl-appoġġ sħiħ tal-Oppożizzjoni laburista mmexxija mill-Perit Mintoff,
* ressaq liġi fil-Parlament
* li bis-saħħa tagħha t-Tarzna ma baqgħetx għand id-ditta barranija ta’ Bailey
* u saret tal-poplu Malti għax għaddiet għand il-Gvern Malti.
Għal snin twal qabel dan,
* it-Tarzna kienet dejjem f’idejn il-ħakkiema barranin ta’ Malta,
* l-ewwel f’idejn il-Kavallieri ta’ San Ġwann
* u wara f’idejn il-Gvern Imperjali Ngliż.
Fl-1959 l-Ammiraljat Ingliż kien kera t-Tarzna lil ditta kummerċjali minn Wales, ta’ Bailey.

Is-sena
l-oħra,
* il-Prim Ministru Lawrence Gonzi
* u l-Ministru Austin Gatt
* ċaħdu kemm lil Nerik Mizzi
* kif ukoll lil Ġorġ Borg Olivier
* u baxxew rashom għar-rieda tal-UE
* li ddeċidiet li t-Tarzna ma tibqax aktar tal-poplu Malti
* u titmexxa mill-Gvern Malti.
Li jfisser li l-faċilitajiet kbar u strateġiċi tagħna jgħaddu mill-ġdid f’idejn il-barranin.
Bil-faċilitajiet għat-tiswija u l-bini tal-vapuri f’idejn il-barranin,
*
bil-Port il-Kbir immexxi mill-barranin,
* bil-Port Ħieles f’idejn il-barranin,
* bil-banek f’idejn il-barranin,
* bil-telefonija f’idejn kumpanija barranija,
* il-poplu jħoss li reġa’ ġie mmexxi mill-barranin
* bis-saħħa tas-sħubija ta’ pajjiżna fl-UE
* li tmexxi wkoll lill-Gvern dejjem suġġett għaliha.
L-UE trid taħtaf l-Islanda taħt idejha
minn Eddy Privitera
L-Unjoni
Ewropea, jew aħjar il-Kummissjoni Ewropea, u l-politiċi li jappoġġjawha fl-Islanda
ilhom is-snin jaraw kif jistgħu jikkonvinċu lill-poplu Islandiż biex jaqbel li
l-pajjiż jissieħeb fil-blokk.
L-‘elite’ li dejjem mexxew l-Unjoni ma jgħaddilhomx mill-istonku tagħhom li xi
pajjiż fl-Ewropa ma jkunx irid jissieħeb fl-UE.
Għax sakemm jibqgħu jeżistu pajjiżi fl-Ewropa li jibqgħu verament indipendenti u
sovrani, jibqgħu jeżistu eżempji u provi li pajjiż jista’ xorta waħda jagħmel
progress ekonomiku u soċjali mingħajr il-bżonn li jsir membru tal-Unjoni.
In-Norveġja
u l-Isvizzera huma prova ta’ dan.
Rapport li deher
f’dan il-ġurnal fit-28 ta’ Lulju li għadda,
* bit-titlu “Negozjati mgħaġġla bejn l-UE u l-Islanda”,
* kompla kixef l-ingann ta’ dawk li bellgħuha lill-maġġoranza tal-poplu
* li biex Malta jkollha aċċess għas-suq wieħed komuni tal-UE
*
bilfors kellha tissieħeb fil-blokk Ewropew.
Jirriżulta li l-Islanda,
* minkejja li mhix membru fl-UE,
* xorta waħda tifforma parti mis-suq wieħed tal-UE
* kif ukoll tifforma parti miż-Żona Schengen.
Dan seta’ jsir permezz ta’ ftehim speċjali li stat barra l-Unjoni jista’ jagħmel mal-blokk meta dak l-istat għal xi raġuni jew oħra ma jkunx jixtieq li jitgħabba b‘regolamenti u d-direttivi kollha tal-UE.
Malta wkoll setgħet tagħmel dan flok tissieħeb fl-Unjoni.
Meta faqqgħet
il-kriżi finanzjarja internazzjonali
* li ġabet kaos sħiħ fl-istituzzjonijiet finanzjarji u bankarji,
* speċjalment fl-Istati Uniti,
* fl-Ewropa
* u fl-Asja,
l-Islanda kienet wieħed mill-pajjiżi li laqqatha bil-kbir.
Ir-raġuni kienet li t-tliet banek tal-Islanda kienu qegħdin jitmexxew totalment b’mod irresponsabbli dwar l-investimenti tagħhom ta’ eluf ta’ miljuni ta’ flus b’banek u f’istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali.
Dawn ikkaġunaw telf enormi lill-banek Islandiżi.
Kieku l-banek f’Malta kienu mmexxijin bl-istess mod, konna nispiċċaw
bħall-Islanda u jkollna bżonn l-għajnuna barranija tal-Fond Monetarju
Internazzjonali (IMF) biex infendu.
Il-mexxejja
tal-UE,
* flimkien mal-Gvern Islandiż,
* ħatfu din l-okkażjoni biex jimpressjonaw lill-poplu Islandiż
* li kieku l-pajjiż kien membru sħiħ
* ma kienx jinħakem daqstant mill-kriżi finanzjarja internazzjonali.
Bħallikieku pajjiżi oħrajn li huma fl-UE,
* bħall-Ungerija,
* ir-Repubblika Ċeka,
* l-Ingilterra,
* Spanja,
* il-Greċja
* u oħrajn
mhux
ukoll laqqtuha bil-kbir.
Imma l-importanti għall-Kummissjoni Ewropea kien li sabu skuża li biha setgħu
jbeżżgħu lill-poplu Islandiż li jekk jibqgħu barra mill-UE għad jista’ jiġrilhom
l-istess ħaġa.
U għalhekk din l-għaġġla biex lill-Islanda jdaħħluha tiġri fil-blokk qabel ma tgħaddi din il-kriżi għal kollox u forsi l-poplu Islandiż jerġa’ jibdel fehmtu għax jinduna li aktar se jitlef milli jirbaħ jekk jintrabat li jaċċetta r-regoli u d-direttivi kollha Ewropej.
Żgur li l-ewwel
li jlaqqatha se jkun is-settur tas-sajd, li huwa pilastru ewlieni tal-ekonomija
Islandiża.
Jekk irid, il-Gvern Islandiż jista’ jinnegozja biex il-pajjiż jidħol fiż-Żona
Ewro minflok jibqa’ bil-munita lokali, jekk jifhem li b’hekk ikun hemm aktar
stabilità finanzjarja u ekonomika fil-pajjiż.
Iżda
jidher li l-maġġoranza tal-politiċi Islandiżi waqgħu għat-tentazzjoni li jirkbu
l-“gravy train” tal-UE u din it-tentazzjoni għelbet is-sens ta’ lealtà li supost
ikollhom lejn pajjiżhom.
Hekk ġralhom il-maġġoranza assoluta tal-politiċi fl-istati l-oħrajn tal-Ewropa.
Issa sabu x-xoqqa f’moxtha u jridu jgħaġġlu ħalli dan iċ-ċans ma jiżloqx minn idejhom.
B’hekk anke l-Islanda tiżdied mal-istati “kolonji” tal-UE.
Il-Ħamis, 23 ta’ Lulju, 2009
Fittex li tiffirma l-petizzjoni popolari lill-Parlament Malti biex jgħaddi miżuri li jrażżnu l-immigrazzjoni illegali f’pajjiżna.
IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-
Segretarju Finanzjarju
CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ