MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI


Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
Fis-seba’ snin 2007 – 2013 il-Maltin u l-Għawdxin se jkunu ħallsu lill-Unjoni Ewropea €420,000,000 minn ħalq uliedek
Fejnu l-interess nazzjonali u tat-Tarznari?
Meta
fit-18 ta’ Ġunju, 2008, il-Prim Ministru Lawrence Gonzi u l-Ministru
Austin Gatt ħabbru li l-Gvern iddeċieda li jbiegħ it-Tarzna, ftaħru
li investituri barranin kienu ilhom interessati fit-Tarzna.
Ma stħawx li l-poplu se jgħidilhom li jekk ħafna barranin iridu t-Tarzna, iriduha għax jemmnu li jistgħu jagħmlu l-qligħ minnha.
Allura
kif il-Gvern Malti qed isostni li ma tistax tkun viabbli u għalhekk għandu
jfittex li jeħles minnha malajr, sa l-aħħar tas-sena?
Il-Prim Ministru u l-Ministru Gatt żiedu jgħidu li biex it-Tarzna ta’
Malta tkun viabbli, irid jonqos drastikament l-għadd ta’ ħaddiema
tagħha, biex b’hekk tkun attraenti għall-investituri potenzjali.
Iżda l-Kampanja għall-Ħelsien Nazzjonali (CNI) taf li mhux l-investituri potenzjali kollha jesiġu tnaqqis drastiku fin-numru ta’ ħaddiema.
Is-CNI
taf li almenu fil-każ ta’ wieħed żgur, dan iddikjara
pubblikament li jekk it-Tarzna tkun f’idejh, ikollu jżid in-numru tal-ħaddiema
biex ilaħħaq max-xogħol kollu li jġibilha.
Is-CNI
tfakkar lill-pubbliku li fl-2006, imprenditur barrani, Joseph Calà kien ġie
Malta wara li l-aqwa aġenzija fil-qasam tal-vapuri, il-Lloyds ta’ Londra,
żguratu li l-ħaddiema tat-Tarzna ta’ Malta huma fost l-aqwa fid-dinja
għat-tiswija tal-vapuri.
Huwa ried jagħti kuntratt kbir li kien ifisser xogħol għal ħafna
snin u miljuni kbar għat-Tarzna, iżda l-maniġment eżekuttiv
tat-Tarzna u l-Gvern għamlu minn kollox biex inaffru lill-imprenditur Calà
u kien biss wara insistenza pubblika mill-General Workers’ Union (GWU) li dan
ingħata stima tax-xogħol.
Minkejja dan, il-maniġment eżekuttiv u l-Gvern ma ridux jiftehmu miegħu.
Issa Joseph Calà qiegħed jagħmel ix-xogħol li ried jagħti lit-Tarzna, f’tarzni Ewropej oħrajn.


U
llum, il-Prim Ministru, il-Ministru Gatt u l-Ministru Tonio Fenech jridu li l-poplu
jemminhom li hemm bżonn li jonqsu mill-inqas elf ħaddiem mit-Tarzna,
meta sentejn ilu l-imprenditur Joseph Calà ried jieħu f’idejh it-Tarzna
u jżid l-għadd ta’ ħaddiema tagħha.
Is-CNI
ssostni li t-tnaqqis ta‘ mill-inqas elf ħaddiem mit-Tarzna mhux fl-interess
tal-pajjiż li jeħtieġlu żieda fin-nies li jaħdmu, mhux
tnaqqis.
Dan
in-numru kbir huwa wkoll ta’ ħsara għall-ħaddiema li jippreferu
li jkomplu jaħdmu, milli li jitilqu mix-xogħol, kif il-Gvern qed iħeġġiġhom
jagħmlu.
Aktar milli jħeġġeġ lill-ħaddiema, il-Gvern qed
jheddidhom li jekk ma jaċċettawx li jirtiraw volontarjament, ikollu
jagħlaq it-Tarzna wara l-aħħar ta’ din is-sena u b’hekk l-għadd
ta’ ħaddiema li huma mhedda li jitifu x-xogħol huwa ta’ 1,726.
Is-CNI
għandha tagħrif li jekk hemm ħaddiema li jippreferu li jirtiraw
mit-Tarzna u jieħdu somma mingħand il-Gvern, hemm ukoll ħaddiema
li jridu jkomplu jaħdmu fit-Tarzna u mhux lesti jħallu li l-impjieg
tagħhom ikun mitmum.
Is-CNI
hija konvinta li l-GWU hija determinata li tiddefendi akkost ta’ kollox, lill-ħaddiema
kollha li ma jridux jirtiraw u jieħdu s-somma.
Is-CNI
temmen li ħaddiema mhux se jħallu li t-Tarzna tagħlaq, għax
jekk il-Gvern jirtira mit-tmexxija tagħha u milli jkompli jagħtiha għajnuna,
il-ħaddiema tat-Tarzna li jridu jibqgħu fl-impjieg, għandhom il-ħila
u l-mezz biex imexxu huma t-Tarzna, mingħajr indħil u s-sussidju
tal-Gvern.
Il-Gvern ilu s-snin imexxi kampanja kontra l-ħaddiema tat-Tarzna.
Iżda
l-imprenditur Joseph Calà mhux lill-ħaddiema sab ineffiċjenti, iżda
lill-maniġment eżekuttiv, imħallas b’mijiet ta’ eluf ta’
ewro u lill-Gvern li dejjem bierek l-ineffiċjenza tat-tmexxija skandaluża
tagħhom.
Fabbriki jnaqqsu n-nies meta jonqsilhom il-bejgħ tal-prodotti tagħhom.
It-Tarzna
ta’ Malta mhix nieqsa mix-xogħol, kieku l-maniġment eżekuttiv u
l-Gvern tassew iridu li jiżdied ix-xogħol tat-Tarzna.
Hija ħaġa ċara li t-Tarzna jeħtieġilha
riorganizzazzjoni fit-tmexxija għolja tagħha u li l-mexxejja tagħha
u l-Gvern jimmotivaw lill-ħaddiema jaħdmu iżjed, mhux
jiddemoralizzawhom bit-tgħajjir ta’ nuqqas ta’ produttività u kwalità
mhux tajba tax-xogħol u theddid ta’ għeluq tat-Tarzna jekk ma
jitnaqqsux mill-inqas elf ħaddiem minnha.
Is-CNI
tixli lill-Gvern li bil-mod kif qed jimxi dwar il-ġejjieni tat-Tarzna, qed
jogħġob lill-Unjoni Ewropea, iżda qed jimmina l-interessi
nazzjonali, minbarra li qed jagħmel ħsara kbira lil ħafna ħaddiema
u l-familji tagħhom.
Il-poplu m’għandux iħalli jseħħ fil-każ tat-Tarzna,
l-aġir kriminali li kien seħħ fil-każ tas-Sea Malta u
tal-impjegati tagħha.
It-tiswija tal-vapuri u x-xogħol fuq il-jottijiet jagħmluh il-ħaddiema
lis-sidien tal-vapuri u tal-jottijiet, mhux il-Gvern u l-maniġment eżekuttiv
tat-Tarzna u l-ħaddiema jistgħu jkomplu jagħmluh mingħajr
il-Gvern u l-maniġment eżekuttiv wara l-Ewwel tas-Sena d-dieħla.
L-Erbgħa, 6 ta’ Awwissu, 2008
IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-
Segretarju
Finanzjarju CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ