MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI


Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA
L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
L-Unjoni Ewropea ordnat li fis-sena 2011 il-Maltin u l-Għawdxin iħallsuha €68,000,000
€186,000 kuljum misruqa minn ħalq uliedek
Wara s-sena 2008 it-Tarzna tista’ tkompli tingħata l-għajnuna fnanzjarja mill-Gvern – Karmenu Mifsud Bonniċi
Mhux minnu li ma nistgħux noħorġu mill-Unjoni Ewropea.
Araw dan il-video tal-Parlament Ewropew kif nistgħu noħorġu
Waqt
konferenza Stampa miżmuma llum it-Tnejn 6 ta’ Awissu 2007, l-Avukat
Karmenu Mifsud Bonniċi, chairman tal-Kampanja Ħelsien Nazzjonali CNI
Sussidju
L-Avukat
Karmenu Mifsud Bonniċi qal li l-Gvern Malti ħareġ:
*
Lm750,000 f’sussidju fi ftit xhur għall-kumpanija Ryan Air.
* L-Air Malta ħadet Lm500,000 f’sussidju.
* Fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena,
* il-bdiewa,
* raħħala u
* s-sajjieda separatament ħadu total ta’ Lm4.8 miljun.
*
Ma’ dawn irridu nsemmu wkoll is-sussidji għat-trasport
pubbliku.
Huwa qal li dawn huma biss parti mis-sussidji li qiegħed iħallas
il-pajjiż.
L-Avukat Karmenu Mifsud Bonniċi kompla jgħid li l-Gvern qiegħed ukoll iħallas miljuni f’sussidji fuq it-Tarzna, bil-Gvern jgħid li m’hux se jkun f’pożizzjoni li jżomm it-Tarzna wara s-sena 2008 jekk din tibqa’ tagħmel it-telf, minħabba ftehim li hemm bejn il-Gvern u l-Unjoni Ewropea.
X’imponiet
l-Unjoni Ewropea
Meta tkellem dwar il-kwistjoni tat-Tarzna, l-Avukat Karmenu Mifsud Bonniċi
qal li:
“l-Unjoni Ewropea imponiet ftehim fuq it-Tarznari, liema ftehim:
* jirrestrinġi l-ammont ta’ xogħol,
*
limitazzjoni fuq in-numru ta’ ħaddiema u
* limitazzjonijiet fuq il-volum
ta’ xogħol li taħdem.
* L-Unjoni Ewropea imponiet ukoll li wara s-sena 2008, il-Gvern ma jistax jagħti sussidji lit-Tarzna.”
It-Tarzna
Universita` tas-snajja
L-Avukat Karmenu
Mifsud Bonniċi kompla jgħid li “skond il-ftehim li sar, it-Tarzna
ġiet dikjarata bħala kumpanija kummerċjali u għalhekk ġie
deċiż li wara s-sena 2008 ma tistax tingħata aktar sussidju.
L-Avukat Karmenu Mifsud Bonniċi qal li minkejja dak li qed jingħad, il-Gvern xorta waħda jista’ jibqa’ jgħin finanzjarjament u jissussidja lit-Tarzna biex tibqa’ topera wara s-sena 2008 bħal ma qed jagħmel f’setturi oħra.
Dan jista’ jsir billi t-Tarzna ma tibqax ikklassifikata bħala kumpanija kummerċjali, iżda tiġi bħala dipartiment tal-Gvern.
B’hekk il-Gvern ikun jista’ jkompli jgħin lill-istess Tarzna finanzjarjament.
L-ispejjeż tas-sħubija huma ħafna akbar mid-dħul
Iċ-Chairman
tal-Kampanja Ħelsien Nazzjonali CNI

L-Avukat Karmenu Mifsud Bonniċi ddikjara li kollox jindika li l-ispiża tal-pajjiż marbuta ma’ l-Unjoni Ewropea u l-ħlasijiet diretti li qegħdin isiru, huma ħafna aktar mill-flus li Malta qiegħda tieħu mill-istess Unjoni Ewropea.
Huwa sfida
lill-Gvern biex jipprova li mhux qiegħed jiġri dan.
Karmenu Mifsud Bonnici sostna li “ħadd ma jaf eżattament kemm qiegħda
tiswa lil Malta l-Unjoni Ewropea.
Mill-baġit
ta’ l-Unjoni Ewropa allokat għall-Malta jirriżulta li se nieħdu
Lm51 miljun fis-sena.
Biss mill-estimi u fl-estimi dejjem ikun hemm l-iżbilanċi, il-Gvern
Malti jiddikjara li se nħallsu b’mod dirett lill-Unjoni Ewropea Lm22
miljun fis-sena.
Ma’ dawn trid
iżżid il-qliegħ ta’ Lm12-il miljun tal-Bank Ċentrali li se
jintilfu għax se jibdew imorru għand il-Bank Ċentrali
Ewropew.
Irridu ngħoddu
wkoll il-miljuni li qegħdin jinħarġu mill-Gvern Malti, u għalhekk
mit-taxxi tal-poplu f’sussidji.
Kien hemm il-każ ta’ żewġ kumpaniji li kellhom jieħdu
fondi mill-Unjoni Ewropea, iżda minħabba xi proċeduri, dawn
il-fondi aktarx jintilfu u se jkollu jħallashom il-Gvern Malti.
Dawn jammontaw għal Lm300,000.
Ma’ dawn irridu nsemmu l-50 persuna li hemm impjegati fl-Ambaxxata Maltija fi Brussels u l-impjiegi l-oħra fil-Ministeri b’konnessjoni ma’ l-Unjoni Ewropea.
Insemmu l-4,000 ħaddiem li daħlu jaħdmu f’Malta minn pajjiżi ta’ l-Unjoni Ewropea u li qegħdin jieħdu xogħol il-Maltin.”

L-Avukat Karmenu Mifsud Bonniċi semma wkoll il-problema ta’ l-immigrazzjoni illegali.
Huwa qal li
“minn informazzjoni li tingħata, jirriżulta li f’Malta hawn 5,000
immigrant illegali, li qegħdin jiswew lill-pajjiż eluf ta’ liri
kuljum.
Dan ifisser li f’sena, l-ispiża konnessa ma’ l-immigrazzjoni illegali
hi ta’ Lm23 miljun.
Quddiem dawn l-ispejjeż, flimkien ma’ l-ispiża biex inħaddmu t-trattat ta’ Schengen, jidher biċ-ċar li l-pajjiż għandu aktar spejjeż, mid-dħul li qiegħed ikollu mill-Unjoni Ewropea”.
Karmenu Mifsud Bonniċi, qal li l-Kampanja Ħelsien Nazzjonali, għamlet
il-kalkoli tagħha u jirriżultalha biċ-ċar li Malta qiegħda
toħroġ aktar (spejjeż diretti u spejjeż oħrajn), milli
qiegħda ddaħħal mill-Unjoni Ewropea.
Huwa sfida lill-Gvern biex jitkellem u jagħti stampa ċara lill-poplu dwar kemm l-Unjoni Ewropea qiegħda tiswa lill-Malta.
L-Avukat Karmenu Mifsud Bonniċi tkellem ukoll dwar it-Trattat ta’
Riforma, li sar biex jieħu post il-Kostituzzjoni Ewropea u qal li dak li
kien hemm fil-Kostituzzjoni Ewropea tniżżel f’dan it-trattat.
Huwa qal li wara li t-Trattat ta’ Kostituzzjoni m’għaddiex fi Franza u fl-Olanda kienu saru għadd ta’ konsultazzjonijiet fil-pajjiżi membri.
Qal ukoll li
issa li għadda dan il-perjodu kulħadd qiegħed jistenna l-konklużjonijiet
ta’ dan il-perjodu ta’ konsultazzjoni.
L-Avukat Karmenu Mifsud Bonniċi enfasizza li t-trattat ta’ riforma li
ġie ppreżentat ma jirrappreżentax l-opinjonijiet tal-laqgħat
popolari li saru dwar it-trattat ta’ Kostituzzjoni.
Qal ukoll li
jidher biċ-ċar li l-perjodu ta’ konsultazzjoni kien ħela ta’
ħin u ħela ta’ flus.
L-Avukat Karmenu Mifsud Bonniċi ddeskriva t-trattat ta’ riforma bħala
ingann bil-poplu Ewropew, għax qed tingħata l-impressjoni li dan
it-trattat hu differenti mit-trattat tal-Kostituzzjoni Ewropea.
It-Tnejn, 6 ta’ Awissu, 2007.
IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-
Segretarju Finanzjarju
CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ