MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI
Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
Mill-Kampanja Ħelsien
Nazzjonali CNI
JEKK TIRRISPETTA L-KOSTITUZZJONI TA' PAJJIŻEK GĦID
LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK JIRRISPETTA L-FEHMIET
TIEGĦEK U MA JIVVOTAX FAVUR IL-KOSTITUZZJONI TA' L-UNJONI EWROPEA
LI TKASBAR IL-KOSTITUZZJONI TA' MALTA.
Nibqgħu
nikkritikaw il-Kostituzzjoni Ewropea
Jivvotaw
kif jivvotaw il-Membri Parlamentari dwar ir-ratifika tal-Kostituzzoni ta’
l-Unjoni Ewropea, kull min ma jaqbilx bħalna magħha, għandu
d-dmir li jkompli jopponiha u jikkritika r-ratifika tagħha.
Fil-waqt li nkomplu noġġezzjonaw għaliha, nittamaw li l-popli
f’pajjiżi oħrajn ta’ l-Unjoni Ewropea jkomplu jivvotaw le għaliha,
u b’hekk, din il-Kostituzzjoni qatt ma tidħol fis-seħħ.
Huwa wkoll id-dmir tagħna – li bi ħsiebna nwettqu – li nkomplu
nfissru lill-Maltin u lill-Għawdxin x’hemm ħażin f’din
il-Kostituzzjoni l-ġdida ta’ l-UE, u għaliex ma napprovawx
ir-ratifika tagħha mill-Parlament Malti.
Għalkemm il-Membri Parlamentari jirrappreżentaw lill-poplu, għandna
għaliex insostnu li l-approvazzjoni minnhom tal-Kostituzzjoni ta’
l-Unjoni Ewropea ma tirriflettix x’taħseb il-maġġoranza
tal-poplu dwar din il-Kostituzzjoni.
Għalhekk m’għamlux referendum konsultattiv qabel ma ssir il-proċedura
tar-ratifika mill-Parlament!
Għax
ma ridux jissograw li l-poplu Malti jagħmel kif għamlu dawk ta’
Franza u ta’ l-Olanda, jiġifieri jgħidu le għall-Kostituzzjoni
ta’ l-UE.
Il-fatt li l-poplu ġie mċaħħad milli jgħid kif jaħsibha,
għandu mhux imewwet, iżda jħarrax l-oppożizzjoni tal-poplu għall-Kostituzzjoni
ta’ l-UE.
Dan
il-fatt għandu wkoll ikabbar il-qasma bejn il-poplu u l-Membri Parlamentari
rappreżentanti tiegħu.
Il-poplu jista’ jifhem li l-Parlament Malti mhux se jiddiskuti l-Kostituzzjoni kif imfassla mill-Unjoni.
Il-Membri Parlamentari se jgħidu iva għal dan li diġŕ ġie deċiż għalihom.
Għalhekk il-ħin li l-Parlament se jieħu
dwar ir-ratifika tal-Kostituzzjoni, huwa diġŕ moħli.
Il-poplu jifhem ukoll li l-Parlament se jaħli l-ħin fir-ratifika ta’
Kostituzzjoni li nqatlet mill-Franċiżi u l-Olandiżi, u jaqblu
kemm jaqblu magħha l-Membri Parlamentari tagħna, mhux se jirnexxielhom
jirxoxtawha.
Għalhekk ngħidu li l-ġieh tal-Parlament
Malti se jitbaxxa meta jirratifika ħaġa mejta.
Ikun jagħmel ħafna aktar sens kieku l-Membri
Parlamentari tagħna jpoġġu rashom ma’ xulxin u jiddiskutu kif
l-Unjoni Ewropea jmissha tiġi riformata, kif għandha tinqered
il-korruzzjoni sfrenata li fiha, kif għandha tittrażżan
il-burokrazija li tifniha u kif għandha tbiddel il-politika tagħha li
qiegħda tagħmel ħerba mill-industrija tal-manifattura fil-blokk
Ewropew, waqt li qiegħda timbotta lill-industrija ta’ l-informatika ’l
barra mill-Ewropa.
Agħar mill-fatt li l-Parlamentari Maltin se jivvotaw inutilment dwar
il-Kostituzzjoni mejta ta’ l-Unjoni, hemm l-impressjoni ta’ serviliżmu
li se joħolqu fl-Ewropej imġarrbin mill-Unjoni Ewropea.
Xogħol
mhux Kostituzzjoni li ma tinftehimx
Aktar mal-politiċi ma jagħtux kas il-kritika li l-popli Ewropej qegħdin jagħmlu lill-Kostituzzjoni Ewropea, aktar il-popli qegħdin iżidu fil-kundanni pubbliċi ta’ l-Unjoni Ewropea.
Eżempju ta’ dan rajnieħ nhar il-Ħadd fil-kitba f’ġurnal lokali ta’ korrispondent Olandiż, Robert G. Coenen, li għamel għadd ta’ osservazzjonijiet f’waqthom ħafna.
Insemmu
dawk ewlenin.
L-ewwelnett, il-politiċi ma jridux jisimgħu x’jgħid il-poplu
dwar l-Unjoni Ewropea, u għalhekk ma jridux iħallu lill-poplu jiddeċiedi
huwa dwar il-Kostituzzjoni Ewropea.
Anzi
qegħdin jgħawġu x’jgħid il-poplu.
Hekk ġara fi Spanja.
Fir-referendum dwar il-Kostituzzjoni ta’ l-Unjoni Ewropea, il-politiċi ftaħru b’rebħa kbira Ewropea, meta marru jivvotaw biss 42 fil-mija ta’ l-elettorat.
Ġeneralment ir-referendum ma jkunx jgħodd meta ma jivvotawx 50 fil-mija ta’ l-elettorat.
Iżda l-politiċi sfaċċatament kantaw vittorja ghax 77 fil-mija tat-42 fil-mija li vvotaw, qalu iva għall-Kostituzzjoni Ewropea.
Jiġifieri
terz biss ta’ l-Ispanjoli qablu magħha.
It-tieni eżempju huwa dak tal-Ġermanja.
L-istħarriġ pubbliku juri biċ-ċar li l-maġġoranza kbira hafna tal-Ġermanizi ma jaqblux mal-Kostituzzjoni Ewropea.
Iżda
l-Gvern Ġermaniż, qabel irriżenja, ressaq ir-ratifika
tal-Kostituzzjoni Ewropea fil-Parlament.
Il-President tar-Repubblika Ġermaniza għadu ma ffirmahiex.
Robert G.
Coenen jgħid
li l-Franċiżi u l-Olandiżi ma jridux jaċċettaw
l-injoranza u l-arroganza ta’ l-uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea li
m’humiex eletti mill-poplu, li jiddeċiedu huma l-futur ta’ Franza u
ta’ l-Olanda.
Il-popli jridu li l-pajjiżi tagħhom ikunu b’saħħithom u jżommu l-identitŕ tagħhom.
Ma
jridux aktar li l-Unjoni tiddeċiedi hija x’jiġri fl-ibliet ta’
pajjiżhom.
Dan il-korrispondent Olandiż ikompli jgħid li l-Franċiżi u
l-Olandiżi bil-vot le tagħhom, ipprotestaw kontra s-saħħa
tal-partiti politiċi wkoll li direttament jew indirettament qegħdin
idaħħlu l-flus mingħand l-Unjoni Ewropea.
Huwa jsostni li l-poplu mhux interessat li jkollu bandiera oħra ta’
l-Unjoni barra l-innu nazzjonali tiegħu, u lanqas li jinħatar
President ta’ l-Unjoni Ewropea, meta għandu wieħed ta’ pajjiżu.
Il-poplu
huwa interessat li jkollu x-xogħol u mhux il-qgħad, jimpurtah li jkun
hemm l-ordni pubblika u s-sigurtŕ, u ma jridx li ż-żgħażagħ
jintbagħtu jinqatlu f’missjonijiet militari f’pajjiżi barranin.
Għalhekk lill-poplu l-Kostituzzjoni Ewropea ma tappellalux.
Hija
ħolqien tal-politiċi, mhux tal-poplu.
Biex tmur il-ġenna, għandek għaxar kmandamenti xi tħares.
Biex
tgħix fl-Unjoni Ewropea, trid tħares Kostituzzjoni ta’ 500 paġna.
Il-ftehim
ta’ sħubija fl-UE għandu jinbidel
Ma tistax l-UE treġġa’ l-arloġġ
lura tal-Kostituzzjoni Ewropea għal qabel ir-referendum fi Franza u l-ieħor
fl-Olanda. Ma tistax tirxoxtaħ.
Għalhekk il-Parlament Malti se jkun qed jidħak bil-poplu meta jivvota
iva għar-ratifika tal-Kostituzzjoni Ewropea li l-Franċiżi u
l-Olandiżi qatlu.
Għalkemm il-Kostituzzjoni Ewropea mhux se tingħata ħajja bil-vot
unanimu tal-Parlament tagħna, mhux l-istess jingħad għall-ftehim
ta’ sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea li sar fl-2003, magħruf bħala
t-Trattat ta’ Ateni.
Dan issa se jkun approvat kollu kemm hu unanimament
mill-Parlament Malti.
Iżda fil-każ tat-Trattat ta’ Ateni l-arloġġ jista’ jitreġġa’
lura.
Jitreħħa’ lura bis-saħħa tal-maġġoranza
tal-Maltin u l-Għawdxin li jirribellaw kontrih minħabba l-ħerba
li se jagħmel f’pajjiżna u t-tbatijiet li se jġib fuq il-ħaddiem
u l-familja tiegħu.
Il-Kampanja Ħelsien Nazzjonali CNI bi ħsiebha tkompli taħdem għal dan
il-għan.
Għall-għan li jsir ftehim ta’ sħubija
ma’ l-UE li jħalli lill-Gvern Malti s-setgħat meħtieġa
biex iwettaq politika li terġa’ tqajjem lill-pajjiż fuq saqajh
ekonomikament, li tħares lill-poplu soċjalment u li tħalli lil
pajjiżna jwettaq politika barranija ta’ newtralitŕ u ħidma attiva
ta’ paċi fost il-ġnus.
Għal din il-ħidma s-CNI tħeġġeġ biex jiġu ’l quddiem
kull min jaqbel ma’ dan il-għan, ikun x’ikun it-twemmin politiku tiegħu,
kemm jekk għandu twemmin Nazzjonalista, kemm jekk għandu twemmin Laburista, kif ukoll jekk iħaddan it-twemmin ta’ l-Alternattiva
Demokratika.
Jgħaqqadna għan wieħed: li nkunu indipendenti,
ħielsa, sovrani u newtrali
fi ftehim ta’ sħubija ma’
l-Unjoni Ewropea.
Il-poplu Malti ma jistax jinsa l-ftehim tas-sħubija li sar.
Għax dak il-ftehim jikkundizzjona lil kull Gvern li jkollna u ma jħallih iwettaq xejn li ma jkunx jaqbel mal-politika ta’ l-UE u li ma jkunx ġie approvat minnha.
Dak il-ftehim huwa l-kaġun ewlieni tal-ħerba
minn Malta ta’ l-impriżi li ma nistgħux nagħtuhom aktar għajnuniet
għax l-Unjoni ssostni li l-għajnuniet jistornaw il-kompetizzjonijiet
ħielsa.
Hu wkoll il-kaġun ewlieni għan-nixfa fl-investiment produttiv ġdid f’pajjiżna, għax ma jħalliniex ninċentivawh kif konna nagħmlu fl-imgħoddi u għax l-ispejjeż tal-produzzjoni f’pajjiżna tant qegħdin jogħlew li ma nistgħux nibqgħu kompetittivi.
Dak il-ftehim hu wkoll il-kaġun ewlieni taż-żieda
fl-għoli tal-ħajja li qed ibaxxi l-livell tal-ħajja ta’ ħafna
familji u jġib tbatijiet lil ħafna pensjonanti.
Ġurament ta' lealta` li jieħdu l-Membri Parlamentari kollha
Jiena ................................................ solennement naħlef / niddikjara li nkun tassew fidili u leali lejn il-Poplu u r- Repubblika ta’ Malta u l-Kostituzzjoni tagħha. (Hekk Alla jgħini).
Ġurament għall-qadi xieraq tal-kariga ta’ Prim Ministru jew Ministru ieħor jew Segretarju Parlamentari.
Jiena ................................................ solennement naħlef / niddikjara li naqdi fedelment u skond il-kuxjenza d-dmirijiet tiegħi bħala (Prim Ministru/Ministru/Segretarju Parlamentari) skond il-Kostituzzjoni u l-liġijiet ta’ Malta, mingħajr biża’ jew favur. ( Hekk Alla jgħini).
Ġurament għall-qadi xieraq tal-kariga ta’ President.
Jiena ..............................................., solennement naħlef / niddikjara li naqdi fedelment il-kariga ta’ President (li naqdi fedelment il-funzjonijiet tal-President) ta’ Malta, u li, skond l-aħjar ħila tiegħi nikkonserva, inħares u niddefendi l-Kostituzzjoni ta’ Malta. (Hekk Alla jgħini).
Sezzjoni 6 tal-Kostituzzjoni ta' Malta
6. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikoli (7) u (9) ta’ l-artikolu 47 u ta’ l-artikolu 66 ta’ din il-Kostituzzjoni, jekk xi liġi oħra tkun inkonsistenti ma’ din il-Kostituzzjoni, din il-Kostituzzjoni għandha tipprevali u l-liġi l-oħra għandha, safejn tkun inkonsistenti, tkun bla effett.
Artiklu I-6 tal-Kostituzzjoni ta' l-Unjoni Ewropea
Dritt ta' l-Unjoni
Il-Kostituzzjoni u l-liġijiet adottati mill-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni fl-eżerċizzju tal-kompetenzi konferiti lilha għandhom jipprevalu fuq id-dritt ta’ l-Istati Membri.
Tista' tafda lil min jikser il-ĠURAMENT tiegħu/tagħha?
L-Erbgħa, 6 ta’ Lulju, 2005.
<< Lura http://www.cnimalta.org/2005.html
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat Lm2 flimkien ma' din il-formola liċ-
Chairman
CNI,
Dr
Karmenu Mifsud Bonnici LL.D.
81,
Triq Ġuże Pace,
Ħamrun.
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ