MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI

KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI

   

Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin

u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea

 

NAĦILFU LI NEĦILSU LIL MALTA MILL-JASAR, IL-KOLONJALIŻMU U L-ĦAKMA DITTATORJALI ILLEGALI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA

L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!

 

L-Unjoni Ewropea ordnat li fis-sena 2011 il-Maltin u l-Għawdxin iħallsuha €68,000,000

€186,000 kuljum misruqa minn ħalq uliedek

 

Jitwaqqaf il-Moviment Malti għall-Ħelsien

 

Mhux minnu li ma nistgħux noħorġu mill-Unjoni Ewropea.

Araw dan il-video tal-Parlament Ewropew kif nistgħu noħorġu

 Video Parlament Ewropew

Ic-Chairman tal-Kampanja Ħelsien Nazzjonali Dr Karmenu Mifsud Bonnici qal li issa, li permezz tas-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea, hemm it-theddida serja li l-indipendenza ta’ Malta, il-libertà politika u s-sovranità leġislattiva jitneħħew għal kollox, inħasset il-ħtieġa li jitwaqqaf Moviment Malti għall-Ħelsien.

L-għan prinċipali tal-Moviment huwa li jappella lill-individwi u organizzazzjonijiet biex b’kull mezz demokratiku, jissieltu biex iġibu lura dawn il-valuri imprezzabbli.

Dr Mifsud Bonnici wassal dan il-messaġġ fi tmiem l-indirizz tiegħu fil-Laqgħa Ġenerali Annwali li saret fil-jiem li għaddew. 

 

Huwa qal li l-Kampanja Ħelsien Nazzjonali kienet twaqqfet biex tinforma lill-poplu Malti u Għawdxi kontra t-theddida ta’ l-indipendenza ta’ pajjiżna, tal-libertà, tas-sovranità u tal-valuri morali, imposti fuqna jekk nissieħbu fl-UE. 

 

Issa l-għan tal-kampanja huwa dak li kemm jista’ jkun malajr ma tħallix li jintilfu dawn il-jeddijiet. 

 

Huwa saħaq li l-maġġoranza fqira ta’ 12,000 vot malajr se jibdew jonqsu hekk kif il-popolazzjoni tibda tħoss il-konsegwenzi qarsa li ġġib magħha s-sħubija fl-UE.

Huwa enfasizza dwar il-bżonn li jsir referendum ieħor is-sena d-dieħla dwar il-kostituzzjoni ta’ l-UE, u qal li kemm it-Trattat tas-Sħubija tas-16 ta’ April, kif ukoll it-Trattat Kostituzzjonali ta’ l-UE huma, f’ċerti rispetti inkompatibbli mal-Kostituzzjoni ta’ Malta.

Dr Mifsud Bonnici qal ukoll li l-prinċipji li tgawdi l-maġġoranza tal-poplu Malti se jkunu mżebilha bil-prinċipji, jew nuqqas tagħhom, li se jinkisbu mill-UE. 

 

Huwa temm l-indirizz tiegħu bit-tama li Malta tkun l-ewwel pajjiż li tapprofitta mill-klawsola li qiegħda tkun implimentata fil-Kostituzzjoni ta’ l-UE biex tkun tista’ tagħżel li ma tibqax membru fl-UE.

 

IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA

 

6 ta’ Ġunju, 2003

  << Lura <<

 

e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk 

 

Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna

 

Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien

 

Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien? 

Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.

Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-

Segretarju Finanzjarju  CNI,

60A, Triq id-Dejqa,

Valletta

 

Isem .......................................................

Indirizz ...................................................

ID Numru ...............................................

 

Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek

 

Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ