MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI


Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA
L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
L-Unjoni Ewropea ordnat li fis-sena 2011 il-Maltin u l-Għawdxin iħallsuha €68,000,000
€186,000 kuljum misruqa minn ħalq uliedek
minn Karmenu Mifsud Bonnici KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI
Il-ħarsien taċ-ċittadini fl-UE
Mhux minnu li ma nistgħux noħorġu mill-Unjoni Ewropea.
Araw dan il-video tal-Parlament Ewropew kif nistgħu noħorġu
Jgħidu
li l-bosk bil-ħatab tiegħu jinħaraq.
Hekk qed jiġri f’ħafna pajjiżi tal-Unjoni Ewropea fejn ċittadini tagħhom stess qegħdin iwettqu attentati terroritiċi bi ħsara għall-ħajja tan-nies u tal-proprjetà.
L-aktar theddida għas-sigurtà tal-pajjiżi tal-UE ġejja minn ġewwa mhux minn barra, għalkemm jidher li hemm rabtiet ma organizzazzjonijiet terroristiċi f’pajjiżi barra l-UE.
Huwa aktar faċli għall-pajjiż li jilqa’ għat-theddida minn barra milli li jilqa’ għat-theddid miċ-ċittadini tiegħu stess minn ġewwa.


Il-fenominu
tat-terroristiku intern huwa mifrux f’ħafna pajjiżi tal-UE:
* fil-Ġermanja,
* fl-Ingliterra,
* fi Franza,


*
fl-Italja,
* fi Spanja,
* fil-Greċja,
* fid-Danimarka,

*
fl-Isvezja
* u f’pajjiżi oħrajn.
L-għaqda flimkien ta’ dawn il-pajjiżi tidher li tgħin biex it-theddid jinfirex aktar.
Żgur li qiegħda tgħin biex jissaħħu u jikbru l-organizzazzjonijiet ta’ persuni kriminali li jaħdmu f’aktar minn pajjiż wieħed.
Il-moviment ħieles ta’ persuni bejn il-pajjiżi tal-UE, u
l-moviment ħieles tal-flus, kif ukoll il-mezzi aktar faċli tat-trasport u
t-tneħħija tal-kontrolli tal-passaporti u tad-Dwana, sar aktar faċli
għall-persuni u organizzazzjnoijet kriminali li joperaw fil-pajjiżi tal-UE.
Fit-2
ta’ Diċembru li għadda, il-kordinatur tal-UE ta’ kontra t-terroriżmu, Gilles de
Kerchove, wissa lill-Ministri tal-Intern tal-pajjiżi tal-UE (inkluż il-Ministru
tal-Intern Malti), li qiegħda tikber ittheddida li ċittadini tal-UE li jmorru
jitħarrġu fil-kampijiet tat-terroristi, jew fejn qed issiru attentati
terroristiċi, u jerġgħu lura fil-pajjiż tagħhom tal-UE.
Hu qal li qed jikber in-numru ta’ ċittadini tal-UE
* li jmorru għa taħriġ fil-pajjiżi bħal



*
Jemen,
* Somalja,
* Afghanistan
* u l-Pakistan.
Barra li dawn l-individwi huma ta’ theddida għas-sigurtà ta’ pajjiżhom, huma wkoll militanti li jinfluwenzaw lil żgħażagħ oħra tal-pajjiżi Ewropej biex jissieħbu magħhom f’attivtià sovversiva.
Il-kordinatur tal-UE kontra t-terroriżmu
* ta parir lill-Ministri tal-Intern tal-pajjiżi tal-UE

*
biex jagħmluha offiża kriminali,
* kif diġà hem fil-Ġermanja,
* u fl-Awstralja,
* li wieħed jieħu sehem f’kamp fejn issir taħriġ fit-terroriżmu,
* kemm jekk dan ikun fl-UE,
* jew f’pajjiż barra l-UE.
Hu qal ukoll li jeħtieġ jittieħdu miżuri li jħarsu kontra attentati fuq is-sistema ta-kompjuters ta’ postijiet essenzjali, bħal sptarijiet u power stations, u fuq arterji ewlenin tat-trasport.
It-tneħħija tal-fruntieri bejn il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, u t-tneħħija tal-passaporti u tal-kontrolli tad-Dwana, jagħmilha aktar faċli, mhux biss għat-terroristi, iżda wkoll għall-kriminali l-oħrajn ta’ wieħed mill-pajjiżi tal-UE li jmorru jwettqu atti kriminali fil-pajjiżi l-oħrajn tal-UE.
U fil-każ ta’ Malta, dan il-periklu huwa reali u mhux żgħir.
Il-Pulizija Maltija m’għandhiex il-mezzi biex tifli l-eluf ta’ ċittadinital-UE li jidħu f’pajjiżna bl-ajru jew bil-baħar, la darba tneħħew l-entry cards, il-passaporti u m’għadhom jeżistu l-ebda kontrolli mill-uffiċjali tad-Dwana.


Hu
fatt magħruf li f’xi wħud mill-pajjiżi tal-UE,
* bħal Sqallija,
* ir-Rumanija u
* l-Bulgarija,
* l-organizzazzjonijiet kriminali huma b’saħħithom ħafna.
Għalhekk hu fl-interess tal-ħarsien tal-poplu tagħna li nikkontrollaw id-dħul ta’ persuni li jkunu ġejjin minn ċerti nħawi tal-UE, minkejja d-dritt tal-moviment ħieles fl-UE taċ-ċittadini tal-UE.
Id-dritt taċ-ċittadini Malti għall-ħarsien għandu jegħleb id-dritt taċ-ċittadini l-oħrajn tal-UE li jidħlu f’pajjiżna bla xkiel ta’ xejn.
Wara li seħħew għadd ta’ każi
* ta’ qtil,
* hold-ups armati,
* splużjonijiet,
* u ta’ serq,
* l-opinjoni pubbika Maltija
* hi favur li jsiru kontrolli
* fuq id-dħul
taċ-ċittadini tal-UE
* bħal ma jsiru fuq persuni oħrajn
* li jiġu Malta minn pajjiżi barra l-UE.
Żewġ delitti partikolari, dak ta’ Ray Agius f’Birkirkara fl-2008 u dak ta’ dan l-aħħar, ta’ Joseph Baldacchino fil-Belt, għandhom it-timbru ta’ delitti kif iwettquhom tal-Mafja.
Jekk il-fatt li dħalna fiż-Żona Schengen ma jippermettix li nagħmlu kontrolli fuq id-dħul ta’ ċittadini tal-UE li jkunu ġejjin minn ċerti nħawi tal-UE, ikun aħjar għall-ħarsien għall-poplu tagħna li noħorġu mix-Shengen, għax is-sigurtà tal-poplu hi aqwa mill-vantaġġi tan-nuqqas ta’ ħtieġa tal-passaporti u għan-nuqqas tal-kontroll mill-uffiċjali tad-Dwana.
Il-falliment politiku kbir tal-Unjoni Ewropea
Mhux
l-ewroxettiċi biss jikkritikaw lill-Unjoni Ewropea.
Vasilis
Margaras huwa favur l-għaqda tal-Ewropa, iżda għandu kliem iebes għall-UE u
ttmexxija u l-politika tagħha.
Qegħdin inġibu hawn il-punti ewlenin tal-kritika ta’ Margaras li dehret fil-Euobserver tad-19 ta’ Diċembru, 2010.
Ħafna jiddiskutu l-problemi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea.
Iżda għalkemm is-sitwazzjoni finanzjarja ta’ min jagħti kasha, ta’ min jagħti kas ukoll il-problema tal-vojt politiku u ideoloġika tal-UE.
Il-kriżi fl-Ewropa hi l-kriżi tal-valuri.
Fl-aħħar snin kien hemm nuqqas tal-idealiżmu li waqqaf il-proġett Ewropew fis-snin 50.
l-ideali jiswew, u l-Unjoni Ewropea ma tistax titmexxa biss minn persuni burokratiċi, ikunu kemm ikunu kompetenti.
It-teknokratiċi li jistgħu jkunu l-moħħ tal-proġett tal-UE (għalkemm dan hu diskutibbli), iżda ma jistgħux jagħtu ruħ.
U
bħalissa l-proġett tal-UE m’għandux ruħ.
Jeħtieġ li l-UE tagħmel eżami tal-kuxjenza, iżda min hemm biex jagħmel dan?
Skond Helmut Schmidt, li kien Kanċelier tal-Ġermanja, m’hemmx min imexxu l-Ewropa.
Il-Kanċillier
Ġermaniża tal-lum, Angela Merkel, hi bħal sindku, mhux kapaċi taħseb aktar lil
hinn mill-belt tagħha, u mhux bħala mexxejja tal-Ewropa.
Fil-pajjiżi l-oħrajn hemm l-istess storja.
Fi
Franza, il-President Sarkozy iddgħajjef bil-politika li mexa biha, u qiegħed
jipprova jikseb lura l-appoġġ politiku billi jogħġob il-poplu bit-tkeċċija
taż-zingari Rom.
FL-Italja
Berlusconi mhux mudell tajjeb ta’ tmexxija għal ħafna raġunijiet.
Fl-UE hemm kriżi tal-ideoloġija.
Il-politika tal-UE tas-suq ħieles minghajr kontrolli għamlet ħsara lill-ekonomija taż-Żona Ewro u ma tgħoddx aktar.
L-UE saret reġjun ikkapparrat mill-mentalità tas-suq ħieles u fejn mhemmx aktar diskussjonijiet u ħsieb dwaru.
Din hija l-linja li l-parti l-kbira ta’ l-uffiċjali tal-UE jieħdu f’kull qasam tal-politika tal-Unjoni.
Huma
kienu b’ħeġġa kbira jiftaħru kemm l-Irlanda (Il-Celtic Tiger) imxiet ‘il
quddiem, u riedu li l-pajjiżi tan-naħa t’isfel ta’ l-Ewropa jagħmlu bħalha.
Iżda issa li l-Irlanda falliet, min se jieħu l-ħtija?
Il-Parlament Ewropew li kellu jipprovdi l-istruzzjonijiet li tirrappreżenta ċ-ċittadini tal-UE, sar issa ċentru tal-interessi tal-industrijalisti.
Il-faqar ideoloġiku tas-soċjal deomokratiċi u d-djufija tax-xellug li mhux qegħdin joffru soluzzjoni għall-problemi li l-UE għandha, qegħdin iċaħħdu lill-poplu tal-Ewropa minn politika alternattiva.
In-nazzjon
għandu ħakma aktar fuq il-poplu mill-Ewropa magħquda u din il-ħakma qed tqajjem
sens ta’ nazzjonaliżmu fil-popli.
Kullimkien fl-Ewropa t-tħaddim ta’ politika li togħġob lil-poplu qiegħda twitti t-triq għal partiti estremi tal-lemin.

Hemm
inkwiet kbir fost il-poplu kullimkien,
* ibda mill-Isvezja fejn m’hemmx differenzi soċjali kbar,
* u ibqa sejjer sal-belt kapitali ta’ Katalonja, Barċellona.
Dan l-inkwiet popolari qiegħed iwelled movimenti politiċi li jxandru t-twemmin li ċerti razez huma superjuri għall-oħrajn.
L-UE għandha ħafna problemi għax mhix taħdem b’mod effiċjenti u mhix qiegħda tfassal politika b’saħħitha biżżejjed.
It-Trattat ta’ Lisbona ma saħħaħx it-tmexxija tal-UE, u l-UE l-ewwel imissha rat li s-suq wieħed komuni verament jaħdem tajjeb qabel ma daħħlet il-munita komuni ewro.
Biex il-mexxejja Ewropej jiksbu lura l-kredibilità,
* iridu jgħidu l-verità dwar il-problemi,
* mhux biex jaħbu l-iżbalji li huma għamlu fil-passat,



*
jikkritikaw ċertu pajjiżi
* bħall-Portugall,
* l-Irlanda,
* il-Greċja
* u Spanja.

Ma
ssibx ħafna uffiċjali tal-UE li jgħidulek li l-ewro qabel l-aktar lill-pajjiżi
kbar b’ekonomija kbira.
Għax la darba l-pajjiżi ż-żgħar li daħħlu l-ewro ma jistgħux jiżvalutaw biex jesportaw aktar, pajjiżi kbar bħall-Ġermanja li hi aktar kompetittiva, tkabbar l-esportazzjoni.

Minħabba dan waqt li l-Ġermanja tissaħħaħ ekonomikament, il-pajjiżi żgħar jibqgħu lura għax jidħlu fiċ-ċirku vizzjuż tar-riċessjoni minħabba t-tnaqqis fl-infieq soċjali.
U l-UE b’mod diżonest tisħaq li jittieħdu miżuri ta’ awsterità fl-oqsma tax-xogħol u servizzi soċjali, iżda ma tgħidx biex tonqos l-ispiża fix-xiri tal-armamenti mingħand il-pajjiżi kbar tal-UE.
Inti kellek tiddejjen biex tixtri r-rigali?
Minn Joseph M Cachia KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI
L-aqwa konferma tal-għerf hi dik li tagħraf x’hemm quddiemek
fil-ħajja ta’ kuljum, (John Milton).
F’dawn
iż-żmien ta’ festi u ċelebrazzjonijiet, ta’ anġli mdendlin mas-siġar tal-Milied
u ta’ kant glorjuż, tajjeb li wieħed iżomm saqajh mal-art u jiffaċċja ftit
ir-realtà li ħafna drabi tagħfas u toħnoq kull sens ta’ għarfien u viżjoni
tal-ħajja ta’ madwarna.
Meta konna tfal qatt ma nqasna li ngawdu l-użanzi ta’ żmienna għal dawn il-ġranet tas-sena, kif ukoll ma kienx jonqos xi rigal żgħir jew tnejn bħala strina.
Madankollu qatt ma kien ikollna xi rigali kbar jew ta’ lussu, imma żgur li dejjem kellna apprezzament u ferħ ferm aktar għoli u kbir.
Qatt ma kellna ħafna flus, imma l-infiq tagħna dejjem kien
aktar bil-għaqal u l-ebda Milied jew l-Ewwel tas-Sena għaddew mingħajr
l-attivitajiet ferrieħin u mqanqlin ta’ dawn il-festi.
Dak iż-żmien konna aktar inġemmgħu milli nonfqu u għalkemm konna niddependu mill-paga fqira (imma kburija u mistħoqqa) ta’ missieri, dejjem konna kapaċi ngawdu l-ferħ fil-kumpanija tal-familja u l-ħbieb tagħna.
Żgur
mhux inqas mil-lum.
Ċertament ix-xirja tar-rigali din is-sena sfurzatna li nħaffru fil-karus għall-inqas ċenteżmu u forsi wkoll nisselfu mill-ħbieb u l-ġenituri jew x’aktarx nkomplu nżidu l-piż fuq il-credit card li diġa tinsab mgħobbija bid-dejn tal-bank.
Jidher li ħadd mhu jonfoq aktar flus li issa m’għandux.
Madankollu qed inkomplu nonfqu flus ħaddieħor.
It-tamiet festivi ta’ ħafna sempliċiment qed jistrieħu fuq il-kreditu, self li lum jew għada jrid jitħallas.
Insomma, ma nistgħux ngħidu li ma konniex avżati.
Illum kulħadd kelma waħda.
“Qed nonfqu ħafna u fuq kollox".
Qed nonfqu l-flus bl-addoċċ.
Il-credit card waslet fl-għafja tal-mewt tagħha.
Kollox intemm!
Naturalment dan japplika biss għas-self tal-credit card tagħna.
Mhux
dik tal-Gvern tagħna, li minkejja d-dejn enormi tal-pajjiż daħal għal self
sfrenat biex jirregala lill-Greċja, l-Irlanda, u oħrajn.
Minn
fejn qed iġib il-fus?
Qatt mhu qed ikollna profitti u kull sena bid-defiċit.
Allura qed ikollu jinqeda bis-self.
Dan qed jikkaġuna l-akbar u aktar theddida għall-ekonomija ta’ pajjiżna.
Kif nistgħu nibqgħu għomja għal dan kollu?
Madankollu, il-jum tal-ġudizzju qed jersaq dejjem lejna.
Mhux se jibqa’ l-ebda għażla ħlief li jżidu l-miżuri ta’ awsterità li eventwalment jirriżultaw f’aktar tnaqqis u qtugħ tas-servizzi pubbliċi.
U l-istess biċ-ċittadini tiegħu, il-pajjiż dalwaqt jisiċċa fix-xifer tal-faqar!
Minkejja dan kollu, tonqosx li tagħti rigal lilek innifsek.

Il-Ministri
tagħna diġa’ għamlu dan!
Tajjeb infakkru fil-ħsieb ispirat ta’ Mark Twain.
“Fl-aħħarnett, f’dak iż-żmien meta kont tifel, kulħadd kien fqir imma ħadd ma kien jinduna u kulħadd kien komdu u kien konxju ta’ dan”.
“Wasalt fil-konklużjoni li l-politika hi materja wisq serja biex titħalla f’idejn il-politiċi” – Charles de Gaulle.
Il-Ħamis, 06 ta’ Jannar, 2011

Fittex li tiffirma l-petizzjoni popolari lill-Parlament Malti biex jgħaddi miżuri li jrażżnu l-immigrazzjoni illegali f’pajjiżna.
IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-
Segretarju Finanzjarju
CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ