MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI


Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA
L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
L-Unjoni Ewropea ordnat li mis-sena 2010 il-Maltin u l-Għawdxin iħallsuha
€182,192 kuljum misruqa minn ħalq uliedek
minn Karmenu Mifsud Bonnici KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI
Korruzzjoni, frodi u serq fl-UE
Mhux minnu li ma nistgħux noħorġu mill-Unjoni Ewropea.
Araw dan il-video tal-Parlament Ewropew kif nistgħu noħorġu

L-Unjoni Ewropea hi ddominata b’każi ta’ frodi u serq tal-fondi tagħha.
Il-każ fir-raħal ta’ San Lawrenz f’Għawdex, fejn l-UE kienet se tiġi ffrodata
€1,000 fuq kull dar li kienet tinstalla apparat li jiffranka l-konsum
tal-elettriku, mhux xi każ iżolat.
Hu wieħed mill-ftit li jiġru kull sena madwar l-Ewropa.
Rapport maħruġ dan l-aħħar mill-Uffiċċju tal-UE Kontra l-Frodi (OLAF), isemmi
għadd ta’ każi ta’ frodi u serq tal-fondi tal-UE.
F’każ
minnhom, il-European Regional Development Fund tal-UE tat għajnuna ta’ €2 miljun
biex titwaqqaf fabbrika li kellha timpjega ’l fuq minn 100 ħaddiem, u fiha s-sidien
kellhom jinvestu €3.4 miljun.
Is-sidien ħadmu skema li biha nefħu l-prezz tal-impjant b’mod li huma ma investew xejn.
Impjegaw ftit ħaddiema u wara ftit taż-żmien, iddikjaraw falliment u għalqu l-fabbrika.
Instab li s-sidien kienu ffalsifikaw il-prezzijiet tal-impjant, u parti mill-fondi mogħtija lilhom spiċċaw iddepożitawhom f’banek ‘off-shore’.
Issa l-UE qiegħda tipprova bil-Qorti tiġbor lura l-għotja ta’ €2 miljun.
Il-ġimgħa
l-oħra nkixef li l-UE qiegħda tinvestiga l-proċess li ntuża f’Malta fl-għoti
tal-kuntratt tal-power station ġdida f’Dellimara, fejn waqt il-proċess
tal-għażla tal-offerti, inbidlu regolamenti li jippermetti li l-kuntratt
jingħata lill-kumpanija li ngħata.
Ir-rapport
tal-OLAF isemmi każ ta’ manipulazzjoni fil-proċeduri ta’ sejħa għall-offerti u
ta’ korruzzjoni fi proġett li jiswa €10 miljun.
Mill-investigazzjonijiet li saru, irriżulta li kien hemm kollużjoni bejn wieħed mill-uffiċjali tekniċi li kien qiegħed jaħdem fuq is-sejħa għall-offerti u l-kumpanija li lilha ngħata l-kuntratt.
L-uffiċjal tekniku kien ta tagħrif kunfidenzjali u preferenzjali lill-kumpanija
biex din tkun tista’ tagħmel l-orħos offerta, u huwa ngħata bi ħlas kummissjoni
ta’ 5% fuq il-valur tal-proġett, jiġifieri kummissjoni ta’ nofs miljun ewro.
L-UE waħħlet multa ta’ miljun ewro u eskludiet lill-kumpanija milli tingħata kuntratti oħrajn.
F’każ ieħor li jissemma fir-Rapport tal-OLAF, il-European Regional Development
Fund u l-European Social Fund tal-UE kellhom jagħtu għajnuniet ta’ €14-il miljun
lil kumpanija kbira li tipprovdi servizzi u tagħmel materjal għall-kostruzzjoni
tal-bini.
Instab li l-kumpanija kienet talbet fondi għal servizzi li ma kinitx tat, talbet
għajnuna aktar milli qamu flus is-servizzi li tat, u għajnuna għax-xiri ta’
makkinarju ġdid meta xtratu ‘second hand’.
L-UE talbet li jittieħdu proċeduri ġudizzjarji kontra l-kumpanija.
Kazi ta' frodi
Ir-Rapport
tal-OLAF isemmi każi oħrajn ta’ frodi mogħtijin mill-iSpecial Accession Programm
for Agricultural and Rural Development (SAPARD) tal-UE għax-xiri ta’ impjant
tal-ipproċessar tal-ikel, bħal-laħam, fejn ġew iddikjarati prezzijiet ħafna
ogħla minn dawk li verament tħallsu.
Instab li din kienet sistema mifruxa li ntużat f’ħafna okkażjonijiet u kinet tinvolvi miljuni ta’ ewro.
Każ ieħor li jissemma fir-Rapport tal-OLAF kien ta’ organizzazzjoni mhux governattiva (NGO) li ngħatat fondi mill-Kummissjoni Ewropea għal proġett ta’ taħriġ għall-esperti.
Mill-investigazzjoni li saret, irriżulta li mill-attivitajiet li l-NGO qalet li għamlet ftit kienu fil-fatt saru, u l-ftit li saru ma sarux skont l-obbligi tal-għotja tal-għajnuna, filwaqt li r-rendikont mogħti mill-NGO kellu tagħrif ħażin u saħansitra ġew iffalsifikati anke firem.

Qegħdin jittieħdu passi kriminali kontra d-direttur tal-NGO.
F’każ ieħor, Membru tal-parlament Ewropew inqabad li f’sena fforda lill-UE madwar €50,000 billi ddikjara li ħallashom lill-assistenta tiegħu, mentri kien ħallasha madwar €8,000 u l-bqija ħadhom hu.
Il-membru ammetta l-frodi u ntbagħat sejntejn ħabs.
F’każ ieħor, uffiċjal tal-Kummissjoni Ewropea għamel talba biex jogħla fil-grad,
u biex isostni t-talba tiegħu ppreżenta dokumenti li kien iffalsifika.
Meta kien interrogat, l-uffiċjal ammetta li ffalsifika d-dokumenti, u l-Kummissjoni Ewopea niżżlitu fil-grad tal-impieg, mingħajr ma jista’ jogħla fil-grad qatt.
Irregolaritajiet
Ir-Rapport
tal-OLAF jikxef għadd ta’ irregolaritajiet gravi fil-ħidma ta’ Aġenzija mwaqqfa
mill-UE.
Instab li kien hemm taħlita sħiħa bejn ix-xogħol tal-aġenzija u x-xogħol privat tal-uffiċjali tagħha.
Ma kienx hemm kontroll fuq l-użu tal-‘credit cards’ tal-aġenzija, u l-uffiċjali tagħha kienu abbużivament jitfgħu l-kera ta’ djarhom fuq l-aġenzija u jużaw il-karozzi tagħha għal skopijiet privati tagħhom.
Instab
ukoll li ma ngħatawx raġunijiet għal xi ħlasijiet li l-aġenzija għamlet, u l-mowbajls
tal-aġenzija kienu qegħdin jintużaw għal skopijiet privati tal-uffiċjali.
Dan kollu kien qed iseħħ bi ksur tar-regolamenti ffinazjanti mill-UE kontra l-prinċipji ta’ tmexxija serja.
Fir-rapport tal-OLAF insibu provi ta’ kif isir serq kbir tal-fondi tal-UE.
L-Unjoni tagħti ‘export refunds’ lil min jesporta mill-UE lejn pajjiżi barra l-UE prodotti agrikoli li l-UE għandha żejda u l-prezzijiet tagħhom fis-suq internazzjonali huma orħos minn dawk ta’ l-UE.
L-UE tħallas id-differenza fil-prezzijiet bħala ‘refund’ lill-esportatur biex ikun jista’ jikkompeti fis-suq internazzjonali.
Instab mill-OLAF li madwar 3,400 tunellata zokkor li ġew esportati mill-UE
lejn ir-Russja u li fuqhom l-UE kellha tħallas madwar €2.7 miljun ‘refunds’,
mir-Russja ntbagħtu lejn il-Kroazja li ma kinitx intitolata li tingħata
‘refund’.
Eżempju ieħor ta’ kif isir qerq fl-UE, ingħata fir-Rapport tal-OLAF.
L-UE
kellha tagħmel limitu fuq l-ammont ta’ ħwejjeġ tessili importati miċ-Ċina,
minħabba l-kwantità kbira tagħhom u l-ħsara lill-industrija tal-ħwejjeġ
fil-pajjiżi tal-UE.
Iżda l-istess kwantitajiet ta’ ħwejjeġ tessili bdew jiġi importati mill-Bangladesh.
Meta l-UE investigat, sabet li fil-Bangladesh m’hemmx fabbriki biżżejjed li kienu kapaċi jesportaw dawk il-kwantitajiet ta’ ħwejjeġ, u li ħafna miċ-ċertifikati dwar fejn inħadmu l-ħwejjeġ, kienu foloz.
Abbużi bħal dawn kienu jsiru dwar prodotti oħrajn, u meta dawn l-abbużi twaqqfu, l-UE ġabret madwar €30 miljun f’dazji tad-dwana.
Każ ieħor irrapportat mill-OLAF, li wkoll iċ-Ċina kellha x’taqsam miegħu, kien
dak ta’ ‘hand pallet trucks’.

L-UE imponiet dazji (‘anti-dumping duties’) fuq ‘hand pallet trucks’ li l-prezz tagħhom kien jinżamm baxx artifiċjalment.
L-UE sabet li biex jeħles mid-dazju, l-esportatur Ċiniż beda jibgħat l-‘parts’ tal-‘hand pallet trucks’ lill-kumpaniji fit-Tajlandja, u hemm kienu jibnu t-trakkijiet u jesportawhom lejn l-UE bla ma jħallsu dazju għax ma jgħidux minn fejn kienu oriġinaw il-parts.
Iżda l-UE xorta waħda kellha tiġbor dazju fuqhom għax hi kienet tqis li
ġejjin miċ-Ċina.
Dawn il-każi ta’ korruzzjoni u ta’ frodi u serq tal-fondi tal-UE huma biss ftit
mill-ħafna mijiet li jseħħu kull sena.
L-istruttur tal-istituzzjonijet tal-UE, u s-sistemi tal-ħlas tal-fondi tal-UE jagħtu lok għal korruzzjoni mifruxa u għall-frodi u serq fuq skala kbira ta’ mijiet ta’ miljuni ta’ ewro fis-sena.
Dawn il-mijiet ta’ miljuni ġejjin mit-taxxi li jħallsu il-popli tal-pajjiżi tal-UE.
Ma għandniex niskantaw jekk insibu li f’pajjiżna qegħdin iseħħu abbużi bħal dawk imsemmijin fir-Rapport tal-OLAF, għax il-mard morali tal-UE ma jistax ma jinfirexx ukoll f’pajjiżna.
L-Unjoni Ewropea tagħmel gwerra kontra l-ħaddiema
minn Charles Micallef, Kampanja Helsien Nazzjonali
Ma
hemmx x’tara x’inhu jiġri fl-Unjoni Ewropea.
Qiegħda ssir gwerra kontra l-ħaddiema.
L-ewwel dgħajfulhom is-saħħa tat-trejd unjin
* u issa qegħdin iħallu bla saħħa lill-ħaddiema
* bit-theddid ta’ tkeċċija mill-impjieg,
* tnaqqis tal-pagi
* u l-kundizzjonijiet tax-xogħol
* u biż-żieda fit-taxxi
* u fit-tariffi.
L-Unjoni Ewropea saret biċċa għodda f’idejn il-forzi kapitalisti Ewropew
miġbudin bl-ispaga mill-kapitalisti Amerikani.
L-ewwel
is-sinjuri u l-kbarat tal-banek u tal-istituzzjonijiet finanzjarji abbużaw kemm
felħu mill-flejjes fdati għandhom mill-poplu, u stagħnew minn fuqhom.
Imbagħad ingħataw il-biljuni f’‘bail-outs’ biex ma jfallux.
U issa bil-wiċċ tost kollu qegħdin jinsistu li l-klassi tal-ħaddiema timla l-ħofra tad-djun tal-pajjiżi u tagħmel tajjeb għad-difiċit tal-gvernijiet, biex huma jkomplu jgawdu u jistagħnew.
L-Unjoni Ewropea qiegħda tagħmel kollox bil-maqlub ta’ x’għandha tagħmel.
Jixraq li tibda tissejjaħ “Ewropa Maqluba”, għax minflok tipproteġi lill-ħaddiema li bix-xogħol ta’ kuljum tagħhom joħolqu l-ġid, qiegħda tipproteġi lill-kapitalisti u tgħinhom ikattru ġidhom.
L-Unjoni Ewropea qiegħda tisħaq biex jitrażżnu l-liġijiet soċjali industrijali li jħarsu d-drittijiet u l-interessi tal-ħaddiema u biex jirrenja l-prinċipju ta’ “hire and fire” minflok tas-sigurtà fl-impjiegi.
Daqshekk l-UE tistma lill-ħaddiem fl-ekonomija liberali u sfrenata kapitalista tagħha, tużaħ u imbgħad tarmiħ bħal-lumija magħsura.
Lill-ħaddiem l-ewwel joqogħdu jġennuhom biex jiddejnu biex ikollhom id-dar
tagħhom, jixtru dgħajsa, jixtru karozza, isiefru xi safra u jagħmlu kapriċċi.
Imbgħad meta l-pagi ma jaħħqux mad-djun u l-ħaddiema jkunu nqabdu fin-nases, isejjħulom b’kelma ġdida “gamers” u mhux aktar konsumaturi.
Mhux hekk biss. Hawn terroriżmu ġdid fl-UE… id-“deficit terrorism”.
Issa l-UE qiegħda titterrorizza lill-ħaddiema bil-kobor tad-djun tal-pajjiżi u tad-defiċits tal-gvernijiet.
Bl-iskuża
tal-kobor tad-dejn u tad-defiċit
* qiegħda tkeċċi lill-ħaddiema mill-impjieg,
* tnaqqsilhom il-pagi
* u l-kundizzjonijiet tax-xogħol
* u l-pensjonijiet,
* iżżarma l-benefiċċji soċjali
* u tgħolli t-taxxi u t-tariffi
* biex tonqos l-ispiża
* u jikber id-dħul tal-gvern,
* biex tniżżel id-defiċit bin-nofs
* u d-dejn ma jiżdiedx.
L-UE qiegħda tħaddem politika ġdida tal-ekonomija moderna tas-suq ħieles
tal-ekonomisti Amerikani, kontra l-politika ta’ Keynes favur aktar xogħol.
B’din
il-politika,
* ta’ fuq fis-soċjetà li diġà għandhom ħafna,
* ikomplu jżidu ġidhom
* minn fuq dahar tal-kotra ta’ taħt
* li qegħdin jitfaqqru aktar.
U b’hekk qiegħed jinħoloq inkwiet soċjali kbir.
Dan qiegħed iseħħ
fil-Greċja,


* fi Spanja,
*
fil-Portugall,



* fl-Italja,
* fi Franza,
*
fir-Rumanija,

*
fil-Bulgarija,


* fl-Ungerija
* u f’partijiet oħrajn tal-UE.
Mhux magħruf fejn se jwassal dan l-inkwiet soċjali, iżda jidher ċar li fl-UE ġejja taqliba soċjali kbira.
L-UE
mhix mixja tajjeb.
* Sejra kontra l-loġika tar-raġuni.
* Minflok min għandu ħafna jgħin lil min m’għandux,
*
min għandu ftit qiegħed jiġi mġiegħel jgħin lil min għandu aktar.
Fl-imgħoddi, dawn il-ħwejjeġ taw lok għal rewwixti u tqanqil popolari kbir.
Il-miżuri
ta’ awsterità li l-UE qiegħda timponi,

* minflok itejbu l-qagħda ekonomika,
* qegħdin jaggravaw il-qagħda soċjali
* li tista’ ssir bla kontroll.
Il-qagħda soċjali fl-UE qiegħda sejra għall-agħar bil-preżenza ta’
miljuni ta’ klandestini, li qegħdin jitħaddmu b’pagi u kundizzjonijiet
tax-xogħol agħar minn dawk tal-ħaddiema lokali.
Dan huwa fattur li qiegħed ikabbar il-qgħad fost il-ħaddiema Ewropej (inkluż
il-ħaddiema Maltin) u qiegħed ikompli jbaxxilhom il-pagi u l-kundizzjonijiet
tax-xogħol.
Hemm il-perikolu
li l-qagħda soċjali fl-UE
* tkompli teħżien jekk kif dejjem jiġri,
* tidħol fl-UE s-sistema l-ġdida li l-Amerikani vvintaw,
* li liż-żgħażagħ li twieldu fil-kompjuters,
* iħallsulhom bil-‘Virtual Paycheque online’,
* fejn ta’ seba’ sigħat xogħol qegħdin iħallsuhom ħames dollari.
Imma għal dawn iż-żgħażagħ l-aqwa li qegħdin fuq il-kompjuters u ma jafux jaraw l-isfruttament kapitalista.
Il-ħaddiema żgħażagħ ma tantx jistgħu jistennew mingħand l-UE ħarsien tad-drittijiet tagħhom meta fl-ebda laqgħa ma tissemma l-ħtieġa li jintefqu l-miljuni biex jinħoloq ix-xogħol, meta qatt ma jiġi deċiż li togħla l-paga minima u jitnaqqsu s-sigħat tax-xogħol.
Minflok prosperità l-UE issa toffrilhom biss awsterità u tnaqqis fil-beneffiċċji soċjali.
Mhux futur aħjar, iżda agħar.
Il-Ħamis, 05 ta’ Awwissu, 2010

Fittex li tiffirma l-petizzjoni popolari lill-Parlament Malti biex jgħaddi miżuri li jrażżnu l-immigrazzjoni illegali f’pajjiżna.
IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-
Segretarju Finanzjarju
CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ