MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI

Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
Mill-Kampanja Ħelsien Nazzjonali CNI
GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
Fis-seba’ snin 2007 – 2013 il-Maltin u l-Għawdxin se jkunu ħallsu lill-Unjoni Ewropea €360,000,000
Ftehim
ta’ sħubija insostenibbli
Il-ftehim ta’ sħubija
fl-Unjoni Ewropea li l-Gvern Malti għamel, la huwa ekonomikament
sostenibbli għal pajjiżna, la huwa soċjalment sostenibbli għall-poplu
Malti u lanqas huwa politikament sostenibbli għal nazzjon li jgħozz l-indipendenza, il-ħelsien
u n-newtralità
tiegħu.
Il-maġġoranza ta’ ftit eluf li fl-2003 kienet favur is-sħubija
fl-Unjoni, fi ftit ta’ żmien tinqaleb f’maġġoranza kontra għax
tintebah li tqarrqet biha u ġġarrab il-konsegwenzi ħżiena
tal-politika u tar-regoli li l-ftehim ta’ sħubija fl-Unjoni jgħakkisna
bihom.
Il-mod kif l-Unjoni hija magħmula u titmexxa huwa mħawwad u ħali.
Il-politika ta’ l-Unjoni f’ħafna oqsma hija ħażina u soċjalment inġusta.
Min jgħid li
m’għandu xejn kontra l-UE juri li huwa xieref għat-taħwid,
il-korruzzjoni u l-ħela tagħha u jħossu komdu bil-politika ħażina
u soċjalment inġusta tagħha.
It-twemmin
tagħna
Aħna, is-CNI m’aħniex ta’ dan it-twemmin.
Lill-UE
nikkundannawha għat-taħwid, korruzzjoni u ħela tagħha u għall-politika
ħażina u soċjalment inġusta tagħha.
Dan ma jfissirx li aħna kontra l-għanijiet ta’ paċi u
koperazzjoni fost il-pajjiżi msieħba li l-Unjoni tistqarr li għandha.
Aħna nemmnu
li hemm modi oħrajn tajbin kif l-għanijiet ta’ paċi u
koperazzjoni jintlaħqu bejn il-popli Ewropej u l-popli l-oħrajn
tad-dinja.
Aħna, is-CNI m’aħniex kontra l-pajjiżi l-oħrajn
ta’
l-Ewropa.
Irridu li l-poplu tagħna jaħdem u jikkopera bis-sħiħ magħhom fis-sliem u fil-ġid.
Aħna ma’
l-UE, minkejja li nikkritikawha, rridu li l-poplu tagħna, bla ma jkun maħkum
minnha, jaħdem u jikkopera kemm jista’ magħha.
Iżda ma naqblux li jkollna ftehim ta’ sħubija fl-UE.
Naqblu li jkollna ftehim ta’ sħubija magħha.
Mhux
ikollna sħubija fl-Unjoni, iżda sħubija ma’
l-Unjoni, ħalli
nibqgħu indipendenti,
ħielsa u
newtrali, u nfasslu l-politika tagħna
kif l-aktar taqbel lilna u mhux ikollna nimxu b’politika magħmula mill-maġġoranza
tal-pajjiżi barranin imsieħba fl-Unjoni.
Naghmlu
ftehim ieħor
L-Unjoni Ewropea stess taf li r-regoli u l-kundizzjonijiet ta’ sħubija fl-Unjoni se jagħmlu ħsara lil xi pajjiżi li ssieħbu fl-Unjoni u li llum jew għada l-politiċi ta’ dawk il-pajjiżi ma jkunux iridu jibqgħu aktar imxekklin b’dawk ir-regoli u l-kundizzjonijiet.
L-UE tant taf dan, li hija ħasbet ħalli ddaħħal fil-Kostituzzjoni li fasslet x’għandu jagħmel pajjiż membru biex ma jibqax imsieħeb fl-Unjoni.
L-Artiklu 59
tal-Kostituzzjoni mhux biss jaħseb għall-ħruġ mill-Unjoni
ta’ pajjiż membru, iżda jaħseb ukoll kif pajjiż li kien
membru fl-Unjoni u ħareġ minnha, jekk irid, jerġa’ jidħol
fl-Unjoni.
Ikollna
relazzjoni privileġġjata
L-Unjoni Ewropea taf ukoll li l-aħjar għal xi pajjiżi huwa li jagħmlu ftehim ta’ sħab magħha, mhux li jissieħbu fiha.
Tant tafu dan, li
l-Unjoni ħasbet ħalli fl-Artiklu 56 tal-Kostituzzjoni tagħha tgħid
li hija għandha tiżviluppa relazzjoni privileġġjata ma’
l-istati ġirien tagħha, bil-ħsieb li tistabbilixxi żona
ta’ prosperità u rapport ta’ ħbiberija bejn il-ġirien, ibbażata
fuq il-valuri ta’ l-Unjoni u karatterizzata minn relazzjonijiet mill-qrib u paċifiċi
bbażati fuq il-koperazzjoni.
L-istess Artiklu 56 tal-Kostituzzjoni ta’ l-UE jkompli jgħid li għal
dan il-fini, l-Unjoni tista’ tikkonkludi u timplimenta arraġamenti speċifiċi
mal-pajjiżi kkonċernati.
Dawn il-ftehim
jistgħu jkollhom drittijiet u obbligi reċiproċi kif ukoll
il-possibbiltà li jittieħdu azzjonijiet flimkien u l-implimentazzjoni tagħhom
għandha tkun soġġetta għal konsultazzjonijiet perjodiċi.
L-Artikli 56 u 59 tal-Kostituzzjoni li l-UE għadha kif
fasslet, għandhom
jimlew bil-kuraġġ lil dawk kollha, li bħas-CNI, mhux lesti jaċċettaw
li l-ftehim ta’ sħubija fl-UE li sar huwa finali u ma jinbidilx.
Min qata’
nifsu jew tilef il-kuraġġ m’għandux ifixkel lill-Maltin u l-Għawdxin
kollha li lesti jagħmlu kull sagrifiċċju ħalli l-poplu tagħna
jerġa’ jkun ħieles li jmexxi lil pajjiżna fil-progress u
fis-sliem.
Dan jista’ jseħħ bir-rieda tal-maġġoranza li se tifhem li
l-ftehim ta’ sħubija fl-UE għandu jinbidel fi ftehim ta’ sħubija
ma’ l-UE.
Għal dan l-għan se taħdem
is-CNI.
Il-Ħamis, 5 ta’ Awissu, 2004.
IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat Lm2 flimkien ma' din il-formola liċ-
Chairman
CNI,
Dr
Karmenu Mifsud Bonnici LL.D.
81,
Triq Ġuże Pace,
Ħamrun.
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ