MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI

Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
minn Kampanja Ħelsien Nazzjonali CNI
GĦID LILL-KANDIDAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
Fis-seba’ snin 2007 – 2013 il-Maltin u l-Għawdxin se jkunu ħallsu lill-Unjoni Ewropea €360,000,000
Għaliex l-Oppożizzjoni Laburista għandha tastjeni (2)
minn
Karmenu Mifsud Bonnici
Kieku
l-Gvern kien tassew Nazzjonalista, mhux biss tal-kelma, kieku kien huwa stess
jara li r-ratifika tal-Kostituzzjoni Ewropea ma ssirx b'maġġoranza
kwalifikata (jigifieri, ta' żewġ terzi jew aktar) tal-Parlament Malti,
ħalli fil-waqt li l-Kostituzzjoni Ewropea tkun approvata, tkun ukoll
salvata s-supremazija tal-Kostituzzjoni Maltija.
Jekk l-Oppożizzjoni Laburista trid tassew tħares l-interessi
nazzjonali tal-Maltin, hija trid tiżgura li r-ratifika tal-Kostituzzjoni
Ewropea ssir b'maġġoranza sempliċi biss, ħalli l-liġijiet
ta' l-Unjoni Ewropea ma jkunux aqwa mill-Kostituzzjoni Maltija (kif tippretendi
li jkunu l-Kostituzzjoni Ewropea).
Għall-ebda raġuni u taħt ebda skuża ma huwa aċċettabbli
għal-Laburisti li għadna ngħozzu t-twemmin li l-interessi
tal-poplu Malti jiġu l-ewwel u qabel kollox, li nivvutaw favur id-dikjarazzjoni
tal-prinċipju li nsibu fl-Artikolu 6 tal-Kostituzzjoni Ewropea, li jgħid
li l-liġjiet ta' l-Unjoni jkunu aqwa mill-Kostituzzjoni tagħna l-Maltin.
Lanqas il-maġġoranza li vvutat kontra l-Partit Laburista u favur
il-ftehim Nazzjonalista ma' l-Unjoni Ewropea, ma kienet ivvutat favur li l-liġijiet
ta' l-Unjoni jkunu aqwa mill-Kostituzzjoni Maltija.
Għax
dan ma kienx prinċipju aċċettat u għadu sal-lum mhux aċċettat
u jibqa' mhux aċċettat jekk l-Oppożizzjoni Laburista ma tivvotax
favur il-Kostituzzjoni Ewropea billi tastjeni meta titressaq fil-Parlament Malti.
Jekk il-Gvern Nazzjonalista lest li mingħajr mandat mill-poplu, jaċċetta li l-liġijiet ta' l-Unjoni Ewropea jkunu aqwa mill-Kostituzzjoni tal-Maltin, l-Oppożizzjoni Laburista m'għandhiex tkun kompliċi f'dan it-tradiment tal-Kostituzzjoni tagħna.
Żgur ma tistax l-Oppożizzjoni Laburista tgħid li jekk tivvota favur dan il-prinċipju ġdid anti-nazzjonali, hija tkun qiegħda taċċetta r-rieda tal-maġġoranza.
Għax qatt ma kellna maġġoranza tal-poplu li vvutat favur xi ħaġa bħal din.
La
darba l-Oppożizzjoni Laburista tastjeni, dan il-prinċipju anti-nazzjonali
jibqa' ma jidħolx fis-seħħ f'pajjiżna.
Ma tagħmel ebda differenza jekk il-prinċipju ġdid li l-liġijiet
ta' l-Unjoni Ewropea jkunu aqwa mill-Kostituzzjoni Maltija jkunx miktub
f'Kostituzzjoni jew fi Trattat.
L-oġġezzjoni
tal-Partit Laburista għandha tkun għall-prinċipju fih innifsu
mhux għad-dokument, trattat jew kostituzzjoni, li dak il-prinċipju
jkun fih.
M'għandniex inħallu min jimpressjonana billi jgħid li jekk
il-Partit Laburista ma jivvutax favur li l-liġijiet ta' l-Unjoni Ewropea
jkunu superjuri għall-Kostituzzjoni ta' Malta, allura l-Partit jitqies li
huwa kontra s-sħubija fl-Unjoni Ewropea.
Huwa
faċli ħafna għall-Partit Laburista biex ixejjen ħlejqa falza
bħal din.
Sħubija fl-Unjoni Ewropea ma tfissirx li l-liġijiet ta' l-Unjoni jkunu aqwa mill-Kostituzzjoni ta' pajjiżek.
Lanqas
illum ma huwa hekk meta pajjiżna huwa msieħeb fl-Unjoni.
Fl-ewwel lok għandu jingħad li, kieku l-Kostituzzjoni Ewropea kellha
ma tidħolx fis-seħħ, xorta waħda pajjiżna jibqa' msieħeb
fl-Unjoni Ewropea.
Fit-tieni lok, meta l-Oppożizzjoni Laburista tastjeni, hija tkun qiegħda
tiżgura li, waqt li l-Kostituzzjoni Ewropea tkun se tiġi ratifikata
mill-Parlament Malti, il-Kostituzzjoni Maltija tibqa' mħarsa u tibqa'
suprema f'pajjiżna.
Aktar milli jkollha tiddefendi ruħha, l-Oppożizzjoni Laburista li
tastjeni, ikollha l-opportunità li hija tattakka lill-Gvern li ma ddefendiex l-interessi
nazzjonali billi aċċetta l-prinċipju li l-Kostituzzjoni tal-poplu
Malti ma tibqax suprema.
IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA
Il-Ħamis, 5 ta’ Mejju, 2005.
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat Lm2 flimkien ma' din il-formola liċ-
Chairman
CNI,
Dr
Karmenu Mifsud Bonnici B.A. LL.D.
81,
Triq Ġuże Pace,
Ħamrun.
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ