MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI

KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI

   

Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin

u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea

 

NAĦILFU LI NEĦILSU LIL MALTA MILL-JASAR, IL-KOLONJALIŻMU U L-ĦAKMA DITTATORJALI ILLEGALI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!

 

L-Unjoni Ewropea ordnat li mis-sena 2010 il-Maltin u l-Għawdxin iħallsuha

€182,192 kuljum misruqa minn ħalq uliedek

 

Telf ta’ mpjiegi u xogħol

 

La s-sħubija fl-Unjoni Ewropea u lanqas id-dħul tal-ewro m’huma se jeħilsuna mir-riċessjoni ekonomika li se ttellifna ħafna mpjiegi u tikkaġunalna aktar qgħad.

 

L-UE mhux se tgħin la biex insalvaw l-impjiegi u lanqas biex noħolqu postijiet alternattivi ta’ xogħol għall-ħaddiema li jiġu ssensjati.

Ma jiswa xejn li l-Gvern jgħid li qed isegwi mill-qrib x’inhu jiġri fil-qasam tal-impjieg.

 

Li huwa meħtieġ hu li l-Gvern jipprovdi impjiegi temporanji lill-ħaddiema qgħeda sakemm tgħaddi l-emerġenza ekonomika u s-settur privat ikun f’qagħda li jħaddimhom.

Din hija l-politika li pajjiżna għandu bżonn f’dawn iż-żminijiet, minkejja li mhix politika li l-UE tapprova.

 

Anzi, il-politika Ewropea twassalna biex neqirdu l-impjiegi,

* bħalma l-Gvern għamel fil-każ tat-Tarzna fejn,

* biex jikkuntenta lill-UE,

* ħarbat 1,700 impjieg u

* tellef lil pajjiżna d-dħul ta’ miljuni mill-klijenti barranin li kienu jsewwu fit-Tarzna tagħna.

 

 

L-istess ġara fil-każ tal-kumpanija Sea Malta,

* li skont il-politika tal-UE l-Gvern Malti kellu jipprivatizzaha.

* Dan tellef l-impjiegi tal-baħħara Maltin u

* ċaħħad lil pajjiżna mid-dħul li l-kumpanija nazzjonali kienet tikseb mit-trasport tal-merkanzija minn Malta u lejn Malta.

Il-politika tal-UE tal-moviment ħieles tal-ħaddiema hija l-kaġun ta’ inkwiet kbir fil-pajjiżi tal-Unjoni, li huma diġà mifnijin bil-qgħad ta’ miljuni ta’ ħaddiema.

 

F’dawn il-ġranet

* eluf ta’ ħaddiema fl-Ingilterra qegħdin jistrajkjaw

* bi protesta kontra l-għoti ta’ kuntratt ta’ bini ta’ raffinerija taż-żejt

* lil kumpanija Taljana li qiegħda timpjega ħaddiema Taljani

* b’pagi u kundizzjonijiet tax-xogħol

* inferjuri għal dawk li għandhom ħaddiema bħalhom Ingliżi.

L-UE hija inġusta mal-ħaddiema tal-pajjiżi li ttellfilhom ix-xogħol billi tagħti d-dritt li ħaddiema barranin jinġiebu fil-pajjiż u jieħdu x-xogħol tal-ħaddiema lokali.

Aktar u aktar din hi inġustizzja soċjali għax il-Qorti Ewropea qatgħet li skont il-liġi tal-UE,

* it-trejdunjins tal-pajjiż m’għandhomx dritt jorganizzaw azzjonijiet industrijali

* biex jipproteġu lill-ħaddiema lokali

* kontra l-impjieg ta’ ħaddiema barranin

* b’pagi u b’kundizzjonijiet tax-xogħol

* inqas minn dawk normali fil-pajjiż fejn jinġiebu jaħdmu.

 

Mhix ħaġa flokha li l-UE tinsisti li kuntratti kbar ta’ xogħol ikunu miftuħin għal kuntratturi tal-pajjiżi kollha tal-Unjoni, minflok li jkunu riservati għal kuntratturi lokali li jkollhom il-mezzi biex jaħdmuhom u fil-pajjiż ikun hemm ħaddiema qgħeda li kapaċi jagħmlu x-xogħlijiet ta’ dawk il-kuntratti.

 

Meta kuntratt jingħata lill-barranin,

* il-qligħ minnu jmur barra l-pajjiż, u

* jekk jinġiebu ħaddiema barranin biex jagħmlu x-xogħol tal-kuntratt,

* parti kbira mill-pagi tmur barra l-pajjiż għand il-familji tal-ħaddiema barranin.

B’dan il-mod,

* filwaqt li l-pajjiż ikun qed joħroġ il-flus għall-kuntratt,

* parti kbira min-nefqa tintilef għall-ekonomija tal-pajjiż

* għax tispiċċa fil-bwiet tal-barranin u

* tmur barra mill-pajjiż.

Dan kollu juru li la ekonomikament u lanqas soċjalment m’għandu pajjiż iħaddem il-politika Ewropea tal-moviment ħieles tal-ħaddiema u tas-servizzi, meta fil-pajjiż ikun hemm ħaddiema bla xogħol u meta l-ekonomija tal-pajjiż teħtieġ għajnuna u mhux li titlef flus li jmorru barra l-pajjiż.

Dan jgħodd ħafna fil-każ ta’ pajjiżna u speċjalment fiż-żminijiet imwiegħra li għaddejjin minnhom.

 

Fl-interess nazzjonali għandna nwarrbu r-regoli tal-UE

* u niżguraw li kulma jista’ jinħadem f’Malta,            

* ma nġibuhx minn barra, u                                          

* dak kollu li nistgħu nagħmlu bil-ħaddiema Maltin,  

* ma jsirx bil-ħaddiema barranin.                                

 

* Huwa sagrileġġ soċjali li filwaqt li żammejna mijiet ta’ ħaddiema barranin jaħdmu fit-Tarzna,

* temmejna l-impjieg ta’ mijiet ta’ ħaddiema Maltin li kienu ilhom is-snin jaħdmu fit-Tarzna.   

 

Hekk taf tagħmel l-UE – ittellef il-ħobż lill-ħaddiema Maltin u ssallab lill-familji tagħhom.

 

L-Istat isalva l-banek u l-kumpaniji

 

Il-krizi finanzjarja u l-kriżi ekonomika kixfu kemm il-politika finanzjarja u l-politika ekonomika tal-Unjoni Ewropea huma dgħajfin, jekk mhux ukoll ħżiena.

 

Ir-regoli tas-suq tal-Unjoni ma swew xejn biex iħarsu lill-banek mit-theddida ta’ falliment u biex jiżguraw li l-kumpaniji kbar tal-Unjoni ma jiġġarrfux.

 

Is-suq komuni kbir tal-UE ma ħelishiex mir-riċessjoni, u lanqas id-dħul tal-munita komuni l-ewro ma swiet xejn.

Bla ma riedet, l-UE kellha taċċetta li l-gvernijiet tal-pajjiżi membri milqutin bil-kriżi, jieħdu dawk il-miżuri li ħassew meħtieġa, mingħajr ma jobdu r-regoli u mingħajr ma jsegwu l-politika tal-Ewropea.

 

Għalhekk, kontra r-regoli tal-UE, il-gvernijiet iddeċidew li jagħtu għajnuniet finanzjarji lill-kumpaniji li kienu qegħdin jiffaċċjaw telf ta’ bejgħ tal-prodotti tagħhom.

 

L-UE ma setgħetx twaqqafhom milli jagħmlu dan, minkejja li dan imur kontra r-regoli tal-kompetizzjoni u jagħti lill-kumpaniji mgħejjunin vantaġġ fuq il-kompetituri tagħhom.


Il-ġimgħa l-oħra, il-Kummissjoni Ewropea stqarret li kellha bilfors tillaxka r-regoli tagħha u tagħti l-kunsens tagħha ħalli l-gvernijiet ifasslu l-miżuri ta’ għajnuna skont ma jitolbu ċ-ċirkostanzi partikolari tal-kumpaniji tagħhom, u dan bla ma l-gvernijiet iġibu l-approvazzjoni tal-kummissjoni għall-miżuri.

 

Fost il-miżuri li ttieħdu mill-gvernijiet biex jilqgħu għar-riċessjoni u l-kriżi ekonomika, hemm li l-Istat jagħti għajnuna finanzjarja lill-banek u lill-kumpaniji li mingħajrha ma jkunux jistgħu jkomplu joperaw.

 

B’hekk l-UE aċċettat il-prinċipju ta’ għajnuna statali, meta qabel ma kinitx tammettih.

 

Dan ifisser li meta l-interess nazzjonali jitlob li tingħata għajnuna tali, din m’għandhiex tiġi rrifjutata mill-UE, għax hija kontra r-regoli tal-kompetizzjoni.

 

L-interessi nazzjonali huma superjuri għar-regoli tal-kompetizzjoni u tas-suq, mhux kif tippriedka l-UE li r-regoli tas-suq u l-kompetizzjoni huma sagrosanti.

F’dawn iż-żminijiet il-poplu jista’ jifhem li huwa għal kollox żbaljat dak li l-UE tgħid kontra l-indħil tal-Istat fil-qasam finanzjarju u fil-qasam ekonomiku.

 

Huwa biss l-Istat li jista’ jiżgura li l-banek ma jfallux u li l-kumpaniji jkomplu jaħdmu u li l-kummerċ jibqa’ għaddej.

 

Mela l-indħil tal-Istat hu fattur pożittiv, mhux negattiv.

 

Il-banek privati u l-kumpaniji privatizzati għandhom bżonn l-indħil tal-Istat, inkella jiġġarrfu.

 

L-indħil tal-Istat isaħħaħhom, mhux ixekkilhom.

 

Din hi t-tagħlima kbira li ħadna mill-kriżi u r-riċessjoni tallum.

 

 L-Unjoni tkabbrilna l-kriżi tal-klandestini

 

Ninsabu fl-eqqel tax-xitwa u minkejja l-baħar qawwi u l-maltemp, diġà ġew mijiet ta’ immigranti illegali f’pajjiżna fl-ewwel ġimgħat tas-sena.

 

Nistgħu nbassru li

* fir-rebbiegħa u fis-sajf,

* fil-bnazzi u baħar kalm,

* din is-sena ġejjin eluf ta’ immigranti illegali,

* jekk ma nwaqqfuhomx milli jiġu.

 

* Jiżdiedu mal-eluf ta’ immigranti illegali li diġà hawn

* ħalli jkabbrulna l-kriżi li għandna fejn se nżommuhom u

* kif se nikkontrollawhom.

Fl-aħħar ġimgħat għadd ta’ immigranti illegali fiċ-ċentri magħluqin ta’ detenzjoni,

* aktar minn darba,

* qajmu storbju u

* għamlu protesti għax qegħdin jinżammu maqfulin fit-tul u

* għax mhux qegħdin jingħataw l-istatus ta’ refuġjati.

 

Kellhom jissejħu għadd kbir ta’ pulizija u suldati ħalli jrażżnuhom.

Fix-xhur li ġejjin nistennew aktar storbju u protesti mill-immigranti ladarba l-għadd tagħhom jiżdied u l-iffollar fiċ-ċentri jħażżen aktar il-kundizzjonijiet li fihom jinżammu.

 

Nibżgħu li ’l quddiem

* l-inkwiet se jikber għall-pulizija u s-suldati li jieħdu ħsieb l-immigranti,

* kif ukoll jiżdiedu l-każi ta’ immigranti li jkunu mdaħħlin f’aċċidenti serji ma’ pajżani Maltin.

 

Mhux qagħda ta’ serħan il-moħħ għall-poplu tagħna meta l-għadd ta’ immigranti illegali f’pajjiżna huwa aktar minn tliet darbiet l-għadd totali flimkien ta’ pulizija u suldati li għandna f’pajjiżna.

 

L-għadd kbir ta’ immigranti illegali f’pajjiżna

* qed joħolqilna problemi ta’ sigurtà u

* problemi soċjali,

* kif ukoll piż finanzjarju u

* piż fuq is-servizzi tas-saħħa, u

* qed jagħmel isem ħażin lil Malta ma’ organizzazzjonijiet barranin

* li jixluna bi trattament inuman u bi ksur tad-drittijiet umani.

Dan rajnieh wara ż-żjara ta’ uffiċjali tal-Ġnus Magħquda l-ġimgħa l-oħra, fejn ikkundannawna bl-aħrax għall-mod kif nittrattaw lill-immigranti illegali.

Jisgħobbina ngħidu li m’aħniex nagħmlu dak li jeħtiġilna nagħmlu biex insolvu din il-kriżi tal-immigranti illegali f’pajjiżna.

 

* Jeħtieġ li nagħlqu l-bibien għal kollox u

* ma nħallux l-immigranti illegali jibqgħu f’pajjiżna,

* billi nibgħatuhom lura f’pajjiżhom mingħajr eċċezzjoni.

 

Pajjiżna ma jiflaħx jaċċetta immigranti, jiġu minn fejn jiġu.

M’għandniex noqogħdu għal dak li trid minnha l-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-immigranti illegali.

 

Ma tridniex nibgħatuhom lura f’pajjiżhom u lanqas tridna nħalluhom imorru fil-pajjiżi tagħha fejn iridu jmorru.

 

Tridna nżommuhom f’pajjiżna u nintegrawhom magħna u qiegħda tagħtina l-fondi biex nagħmlu dan.

 

B’hekk qiegħda tkabbrilna l-kriżi li għandna bl-immigranti illegali.

 

L-UE taħti għall-kriżi li għandna tal-immigranti illegali,

* għax ġiegħlet lill-Gvern Malti,

* meta kien qed jinnegozja l-ftehim tas-sħubija ta’ pajjiżna,

* biex iwarrab ir-riservi kollha li l-Gvern Malti kien għamel

* meta ffirma l-Konvenzjoni dwar ir-Refuġjati fl-1971.

Il-Gvern Malti kien għamel dawk ir-riservi ħalli l-immigranti illegali ma jkollhomx id-dritt jiġu f’pajjiżna u jitolbu li nżommuhom jew bħala refuġjati, jew nagħtuhom protezzjoni umanitarja u xorta jibqgħu f’pajjiżna.

 

Biex isseħibna fl-2003,

* il-Gvern Malti mar kontra l-interessi nazzjonali tal-poplu tagħna u

* ċeda biex jittratta l-immigranti illegali kif trid l-Unjoni Ewropea.

Jekk il-poplu tagħna irid bis-serjetà iwaqqaf l-immigranti illegali milli jibqgħu f’pajjiżna,

* irid jinjora l-politika u

* d-direttivi tal-UE dwar l-immigrazzjoni illegali, u

* jinsa l-Frontex,

* il-‘burden sharing’, u

* l-integrazzjoni tal-immigranti fis-soċjetà Maltija, u

* jaddotta politika deċiża li ma tippermettix immigranti illegali jibqgħu f’pajjiżna.

 

Nemmnu li l-maġġoranza l-kbira tal-poplu hija favur din il-politika li tassew tħares l-interessi nazzjonali.

 

IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Ħamis, 5 ta’ Frar, 2009

<< Lura <<

 

e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk 

 

Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna

 

Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien

 

Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien? 

Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.

Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola liċ-

Segretarju Finanzjarju  CNI,

60A, Triq id-Dejqa,

Valletta

 

Isem .......................................................

Indirizz ...................................................

ID Numru ...............................................

 

Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek

 

Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ