MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI

Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
L-Unjoni Ewropea ordnat li mis-sena 2010 il-Maltin u l-Għawdxin iħallsuha
€182,192 kuljum misruqa minn ħalq uliedek
Il-ħrafa tat-855 miljun Ewro għal Malta
Min jiftaħar li l-poplu Malti se jdaħħal mill-Unjoni Ewropea 855 miljun Ewro f’perjodu ta’ seba’ snin, ma jkunx qed jgħid il-verità, saħaq iċ-Ċermen tas-CNI fil-konferenza ta’ l-aħbarijiet li saret nhar it-Tnejn, 1 ta’ Ottubru, fl-uffiċċju tas-CNI, il-Belt.
Dan għax, kif huwa spjega, il-poplu Malti se jkollu jagħti lill-Unjoni
* 358 miljun Ewro fl-istess perjodu ta’ seba’ snin, f’forma ta’ kontribuzzjonijiet li Malta tagħti lill-Unjoni, kull sena.
Għalhekk l-ammont li l-poplu Malti se jibqagħlu mill-fondi ta’ l-UE, huwa ta’
* 497 miljun Ewro, u mhux l-ammont ta’
*
855 miljun Ewro.
Fil-Konferenza, il-kelliemi qal ukoll li skond rapport maħruġ mill-Kummissjoni Ewropea fl-aħħar ta’ Settembru li għadda, Malta nefqet biss 69 fil-mija tal-fond ta’ l-UE allokati lilha għas-snin 2004-2006.
Jekk din ir-rata ta’ nfiq tal-fondi tibqa’ fil-każ ta’ dawk allokati għas-snin 2007-2013, l-ammont li pajjiżna se jiggwadanja mill-UE, ikun biss ta’ 240 miljun ewro f’seba’ snin, wara li jinqata’ l-ammont ta’ 358 miljun Ewro li se jitħallsu lill-Unjoni.
Iċ-Ċermen
tas-CNI
staqsa jekk dawn il-fondi ta’ l-UE hux qegħdin jaslu għand il-kotra
tal-poplu, jew parti kbira minnhom tispiċċa għand il-ftit biss?
L-immigranti
Dwar
l-immigrazzjoni f’pajjiżna, huwa fakkar li l-liġi Maltija tipprovdi
li l-barranin li jkun f’pajjiżna bla permess, jintbagħtu lura
f’pajjiżhom.
* Bis-sħubija fl-UE, eluf ta’ ċittadini mill-pajjiżi ta’ l-Unjoni ġew u ħadu x-xogħol tal-Maltin.
* U minħabba li eluf ta’ immigranti llegali baqgħu f’pajjiżna bl-għajnuna tal-Forzi Armati li suppost għandhom jilqgħuhom milli jinżlu fl-art ta’ Malta, il-liġi Maltija mhix qiegħda tkun applikata.
Minflok,
l-immigranti illegali qegħdin jinżammu milli joħorġu minn
pajjiżna, meta l-akbar għajnuna li tista’ tingħatalhom, hija li
l-għaqdiet volontarji li jgħinuhom, jitħallew jipprovdulhom
trasport ’safe’ ħalli jmorru fejn jixtiequ jmorru fl-Ewropa.
Iċ-Ċermen tas-CNI
fakkar li l-Gvern stqarr li kull immigrant illegali jqumlu
* Lm13 kuljum.
* Għal 2500 immigrant, l-ispiża tlaħħaq
* Lm11,800,000 fis-sena.
Kieku
kull immigrant kellu jingħata Lm2000 biex iħalli Malta, il-Gvern
jiffranka aktar min-nofs ta’ dik is-somma li qed jonfoq għall-immigranti
illegali.
L-Ewro
u t-Trattat ta’ Riforma

Il-kelliemi kkundanna l-mijiet ta’ l-eluf li qegħdin jintefqu għalxejn fi propaganda dwar id-dħul ta’ l-Ewro, meta kulma huwa meħtieġ hu, li l-poplu jitgħallem ir-rata tal-konverżjoni tal-lira Maltija għall-munita ta’ l-Ewro.
Il-’converters’ elettroniċi li qegħdin jitqassmu, jagħmlu dan ix-xogħol għan-nies.
Għalhekk
il-kampanja ta’ propaganda hija maħsuba biss biex tinfluwenza l-poplu
favur is-sħubija fl-Unjoni Ewropea.
Il-kelliemi tas-CNI
kkundanna wkoll il-ħasil ta’ l-imħuħ (brain-washing) li qed
isir lit-tfal ta’ l-iskejjel primarji u studenti żgħażagħ
li daħħluhom suġġett ġdid dwar l-Ewro
fil-kurrikulu.
Dan
mhux biss se jtellef mill-ħin għal suġġetti oħra, iżda
se jkun eżerċizzju ta’ propaganda dwar l-UE, u anki
misinformazzjoni, għaliex mhux se jiġu mfissra l-iżvantaġġi
ta’ l-Ewro, flimkien mal-vantaġġi.
Dwar it-Trattat ta’ Riforma li għandu jkun finalizzat fil-laqgħa għolja
tal-mexxejja tal-pajjiżi ta’ l-Unjoni fit-18 u d-19 ta’ Ottubru, mingħajr
ma l-poplu jingħata tagħrif dwaru, iċ-Ċermen tas-CNI
qal li dan se jagħmel għajb kbir lill-Unjoni, li tibża’ tressqu
għall-approvazzjoni tal-poplu f’referendum, għaliex taf li ma jgħaddix.
It-Trattat
il-ġdid agħar mill-Kostituzzjoni
Jens
Peter Bonde, il-membru Daniż tal-Parlament Ewropew, qal li d-deċiżjoni
tal-Gvern Olandiż li ma jagħmilx referendum dwar it-Trattat ġdid
ta’ Riforma ta’ l-Unjoni Ewropea, tfisser li l-maġġoranza
tal-membri tal-Parlament Olandiż sejrin imorru kontra r-rieda tal-maġġoranza
ta’ l-Olandiżi, li kienu
*
62 fil-mija li vvutaw kontra t-Trattat
tal-Kostituzzjoni ta’ l-Unjoni, fir-referendum ta' l-2005.
Bonde kkummenta li huwa aġir ħażin li jista’ jdawwar votanti
kontra s-sistema tad-demokrazija parlamentari.
Jidher li anki l-Olandiż Frits Bolkestein, li qabel kien membru tal-Kummissjoni Ewropea, qal li l-poplu għandu jingħata l-opportunità li jivvota f’referendum dwar it-Trattat il-ġdid.
Ta’
l-istess fehma huwa Max Van Den Berg, li qabel kien il-mexxej tal-membri Soċjalisti
Olandiżi fil-Parlament Ewropew.
Kemm Bolkestein, kif ukoll Van Den Berg huma favur it-Trattat il-ġdid li
qiegħed jirrevedi t-Trattat ta’ l-2005 tal-Kostituzzjoni, iżda
t-tnejn jemmnu li l-poplu għandu dritt jiġi mitlub jgħid jaqbilx
miegħu jew le.
Huma
jifhmu li l-Unjoni Ewropea jeħtieġilha l-appoġġ tal-poplu, u
li hija tista’ biss tikseb dan l-appoġġ jekk tikkonsulta lill-poplu
u tisma’ x’jgħid f'referendum.
Jens Peter Bonde jsostni li l-Gvern Olandiż ma jistax jitwemmen meta jgħid
li t-Trattat il-ġdid
ta’ Riforma m’għandux l-elementi ta’ Kostituzzjoni.
Anki
l-eks-President ta’ Franza, Valery Giscard d’Estaing, li kien mexxa
l-Konvenzjoni li fasslet il-Kostituzzjoni ta’ l-2005, qal li l-elementi
Kostituzzjonali li t-Trattat ta’ l-2005 kellu, jinsabu moħbija
fit-Trattat il-ġdid u mogħtija dehra oħra.
Bonde juri kif it-Trattat il-ġdid fih elementi tal-Kostituzzjoni ta' l-2005.
L-ewwel element huwa li r-regoli li l-Unjoni tagħmel, jiġu fuq il-liġijiet tal-pajjiżi membri.
Dan
il-prinċipju huwa moħbi f''footnote' fit-Trattat il-ġdid.
It-tieni element Kostituzzjonali huwa li t-Trattat jagħmel lill-Unjoni
Ewropea bħala stat legali bis-setgħa li jinnegozja ma’ stati oħrajn
dwar kulma għandha x’taqsam l-Unjoni.
Fit-tielet lok, Bonde jinsisti li m'hemm ebda differenza fis-sustanza bejn
l-obbligi legali li kien hemm fil-Kostituzzjoni tal-2005 u dawk li hemm
fit-Trattat ta' Riforma.
Bonde jkompli juri li t-Trattat il-ġdid jagħmilha possibbli għall-mexxejja
tal-pajjiżi ta' l-Unjoni li
* jagħtuha s-setgħa tagħmel taxxi fuq iċ-ċittadini tal-pajjiżi membri,
*
mingħajr ma l-Unjoni
titlob l-approvazzjoni tagħhom.
Bit-Trattat il-ġdid il-Kummissjoni Ewropea xorta waħda se żżomm
il-monopolju li hija tipproponi liġijiet ġodda, filwaqt li mhux
il-pajjiżi membri kollha jkollhom dejjem membru fil-Kummissjoni.
Fil-fatt il-liġijiet ta’ l-Unjoni jitfasslu f’madwar
* 3000 ‘working groups’ sigrieti ta’ ‘civil servants’ li l-Kummissjoni Ewropea għandha, u
* l-liġijiet jiġu approvati fil-madwar 300 'working groups' sigrieti li l-Kunsill tal-Ministri ta' l-Unjoni għandu.
Il-membri
parlamentari jistgħu jipproponu biss emendi għal-liġijiet ta’
l-Unjoni.
Skond
it-Trattat ta’ Riforma l-Kummissjoni Ewropea tista’ tirtira abbozz ta’ liġi
minnha proposta, jew taċċetta emendi għaliha, jekk ħamsa
fil-mija tal-parlamenti tal-pajjiżi membri joġġezzjonaw għall-abbozz,
jew jagħmlu emendi għalih.
Bonde jsostni li kemm il-Kostituzzjoni ta’ l-2005 u t-Trattat il-ġdid jagħtu
* 105 setgħat ġodda lill-Unjoni Ewropea.
Il-Kostituzzjoni ta’ l-2005 kienet tipprovdi li
* tittieħed deċiżjoni b’maġġoranza minflok bl-unanimità,
* f’61 qasam,
* waqt li fit-Trattat il-ġdid, deċiżjoni b'maġġoranza tittieħed fi
* 62 qasam.

Huwa jgħid ukoll li l-Kostituzzjoni ta’ l-2005 kienet ħoxna
* b’560 paġni.
Il-President Sarkozy ta' Franza kien talab li jkun hemm trattat iqsar u eħfef biex inqara.
It-Trattat il-ġdid issa daħħal dak li kien hemm
* fil-560 paġni tal-Kostituzzjoni ta’ l-2005,
bħala emendi għal
* 2800 paġni li s-17-il trattati li l-Unjoni għandha, fihom.
B’kollox it-trattati ta' l-Unjoni issa se jkollhom
*
3000 paġna.
Id-differenza
ewlenija bejn il-Kostituzzjoni ta’ l-2005 u t-Trattat ta’ Riforma hija li
dan ta’ l-aħħar huwa wisq aktar diffiċli biex taqrah.
Jens Peter Bonde hu tal-fehma li għandu jkun hemm referendum dwar
it-Trattat il-ġdid f’kull pajjiż membru ta’ l-Unjoni.
L-Unjoni
iżda ma tridx dan għax tibża’ li l-poplu jivvota kontra
t-Trattat il-ġdid.
Aktar
tagħrif dwar l-Unjoni Ewropea
FRODI
Skond
il-magazin Ġermaniż Der Spiegel, fl-Unjoni Ewropea madwar miljun Ewro
kuljum jittieħdu bi frodi.
Bħalissa
hemm
* 400 uffiċjali ta' l-Unjoni li qegħdin jiġu nterrogati dwar frodi,
*
70 minnhom huma uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea.
Il-membru Ingliż tal-Parlament Ewropew, Daniel Hannan, qal li l-Kummissarji
Ewropej kollha kienu jispiċċaw il-ħabs minħabba l-ammont
ta’ frodi li hemm, li kieku l-Kummissjoni kienet kumpanija kummerċjali.
Skond il-Kummissjoni stess, fis-sena li għaddiet,
* 1,155 biljun Ewro ntilfu f’irregolaritajiet li saru, xi wħud minnhom mingħajr ħsieb ħażin.
Iżda l-Kummissjoni ammettiet li
* 320 miljun Ewro minnhom insterqu.
Dawn iġibu li nsterqu madwar
*
1 miljun Ewro kuljum.
PARTNERSHIP
Il-Kummissarju
ta' l-Affarijiet barranin ta’ l-Unjoni Ewropea, l-Awstrijaka Benito
Ferrero-Waldner, qalet li tittama li l-Unjoni tagħmel ftehim ta’
‘partnership’ ma’ l-Ukrajna, il-Moldova u l-Eġittu, li jirregolaw
l-immigranti minn dawn il-pajjiżi.
Il-Kummissarju qalet ukoll li ma sarx progress fin-negozjati dwar ftehim ta’
‘partnership’ bejn l-Unjoni u r-Russja.
Il-President Franċiż Nicolas Sarkozy qal li jemmen li ftehim ta’
‘partnership’ privileġġjat bejn l-Unjoni Ewropea u t-Turkija jkun
aħjar għal dan il-pajjiż, minn ftehim ta’ sħubija sħiħa.
Lil Malta l-Unjoni kienet qaltilha li ftehim ta’ ‘partnership’ magħha
ma kinux jeżistu.
Il-Ħamis, 4 ta' Ottubru, 2007.
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-
Segretarju Finanzjarju
CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ