MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI

Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
minn Kampanja Ħelsien Nazzjonali CNI
GĦID LILL-KANDIDAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
Fis-seba’ snin 2007 – 2013 il-Maltin u l-Għawdxin se jkunu ħallsu lill-Unjoni Ewropea €360,000,000
Wara d-deċiżjoni tad-delegati, nappella
minn
Karmenu Mifsud Bonnici
Sitt mija, disa’ u disgħin delegati Laburista vvotaw favur li l-Partit jgħid “IVA” għar-ratifika tal-Kostituzzjoni ta’ l-Unjoni Ewropea.
118
delegat ivvotajna li l-Partit m’għandux jgħid “IVA”.
Skond il-prinċipju tad-demokrazija, ir-rieda tal-maġġoranza tad-delegati
titwettaq u għalhekk il-Partit Laburista se jivvota favur il-Kostituzzjoni.
Skond l-istess prinċipju tad-demokrazija, ir-rieda tal-minoranza tad-delegati
għandha tiġi rispettata.
Li
tiġi rispettata tfisser qabel kollox minna stess.
Biex aħna stess nirrispettawha, rridu nkomplu nħaddnuha bla biża’.
U hekk għandi d-dmir nagħmel.
Fi
ħsiebi minn dmiri ma nonqosx.
Nemmen li din il-Kostituzzjoni ta’ l-Unjoni Ewropea hija ħażina għall-poplu
tagħna u speċjalment għall-ħaddiema.
La vera nemmen dan, sakemm ikolli s-saħħa u s-setgħa, m’għandix
nibqa’ passiv, iżda għandi nkun militanti u dmiri huwa li naħdem
ħalli din il-Kostituzzjoni ta’ l-Unjoni Ewropea ma tidħol qatt
fis-seħħ f’pajjiżna.
Bis-saħħa tal-poplu Franċiż u tal-poplu Olandiż, din
il-Kostituzzjoni mhix se tidħol fis-seħħ kif kien ippjanat.
Ħabat
li ma’ dan l-intopp, l-Unjoni Ewropea ġarrbet id-disgrazzja l-oħra
tan-nuqqas ta’ qbil dwar il-baġit.
Dawn iż-żewġ ġrajjiet ħolqu kriżi profonda fl-Unjoni Ewropea.
Il-konsegwenza
hija li l-Unjoni Ewropea ma tistax tibqa’ miexja kif kienet miexja u l-Kostituzzjoni
li fasslet, m’hix meqjusa sodisfaċenti aktar għat-tibdil radikali li
l-Unjoni Ewropea jkollha tagħmel jekk trid tkompli teżisti.
Hemm bżonn ta’ tibdil kbir fl-Unjoni Ewropea.
Huwa ż-żmien opportun li jsir it-tibdil meħtieġ.
Nittama
li fil-Partit Laburista Malti nsibu żgħażagħ kuraġġużi,
motivati u mħeġġin biex jaħdmu maż-żgħażagħ
progressivi tal-pajjiżi ta‘ l-Unjoni Ewropea biex jirriformaw l-Unjoni
radikalment.
Jaħdmu ħalli jbiddlu l-politika kapitalista bla ruħ soċjali
tagħha, li qiegħda tħarbat in-nies tax-xogħol u l-familji
tagħhom.
Din hiija t-tama llum ta’ 118 delegati Laburisti.
Għada tkun ta’ ħafna aktar.
U pitgħada, tkun it-tama tal-maġġoranza tad-delegati.
Meta
t-tama ssir realtà, tkun tista’ titfassal Kostituzzjoni oħra li ma
jkollhiex in-nuqqasijiet li l-popli Ewropej qegħdin isofru minnhom..
Din hija opportunità unika li għandu l-Partit Laburista Malti biex ikun ta’
ġid għall-Unjoni Ewropea, barra li għal Malta.
La nemmen li teżisti din l-opportunità, inħossni fid-dmir li ma
niskotx, iżda fid-dmir li nħeġġeġ liż-żgħażagħ
Laburisti biex jidħlu għal din il-ħidma ta’ fejda għall-poplu
Malti u għall-popli kollha ta’ l-Ewropa.
IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA
It-Tnejn, 4 ta’ Lulju, 2005.
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat Lm2 flimkien ma' din il-formola liċ-
Chairman
CNI,
Dr
Karmenu Mifsud Bonnici B.A. LL.D.
81,
Triq Ġuże Pace,
Ħamrun.
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ