MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI


Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
L-Unjoni Ewropea ordnat li mis-sena 2010 il-Maltin u l-Għawdxin iħallsuha
€182,192 kuljum misruqa minn ħalq uliedek
minn Karmenu Mifsud Bonnici KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI
Malta jaqblilha toħroġ mix-Schengen

Min
daħħalna fil-basla taż-Żona Schengen,
* għamel gwaj kbir lil pajjiżna,
* għax it-tneħħija tal-kontroll tal-passaporti
* u tad-Dwana fuq il-barranin
* u l-prodotti li jiġu mill-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea
* u tax-Schengen,
* dgħajjef ħafna l-ħarsien
* u s-sigurtà tal-poplu tagħna mill-kriminalità,
* il-kutrabandu
* u l-importazzjoni illegali.
Il-vantaġġi
tat-tneħħija tal-bżonn tal-passaporti u tal-kontroll tad-Dwana huma żgħar ħafna
meta jitqiesu mal-iżvantaġġi għall-ħarsien u s-sigurtà li l-poplu tagħna ġarrab.
Huwa għajb għall-politiċi li ħbew lill-poplu r-riskji serji tas-sħubija fiż-Żona
Schengen, billi minflok, intilfu f’orġja ta’ ftaħir fieragħ dwar it-tneħħija
tal-inkonvenjenzi żgħar tal-kontroll tal-passaport u tad-Dwana.
Min
jistma l-ħarsien u s-sigurtà tal-poplu aktar mill-kisba tal-voti popolari, ma
jistax ma jistqarrx li mhux fl-aħjar interessi tal-poplu tagħna li Malta tkun
imsieħba fiż-Żona Schengen.
Huwa
ttamat li jerġgħu jitfaċċaw politiċi patrijottiċi li jkollhom id-dehen u l-kuraġġ
li jissagrifikaw il-popolarità għall-interessi nazzjonali billi jgħidu l-verità
lill-poplu, mhux jitmawh il-propaganda.
Żgur ħadd mill-politiċi li jiftaħru bix-Schengen
* ma fisser lill-poplu li bis-sħubija fix-Schengen
* tlifna d-dritt li ngħidu min jista’,
* u min ma jistax jidħol f’pajjiżna.
Għax jekk wieħed mill-pajjiżi imseħbin ma jkunx irid iħalli persuna tidħol
fil-pajjiż, aħna ma nkunux nistgħu ndaħħluha f’pajjiżna.
B’dan il-mod ħaddieħor għandu dritt ma jħallix jiġi Malta lil min jidhirlu hu,
allavolja aħna ma jkollniex raġuni biex ma nħalluhx jiġi.
Bis-sħubija fix-Schengen, ċedejna parti mis-sovranità, li m’għadux ħieles dwar il-kontroll tad-dħul tal-barranin.
Imissna ma dhalniex fix-Schengen
Daħħluna
fix-Schengen
* wara li daħħluna fl-UE,
* għalkemm mhux bilfors kellna nagħmlu dan,
* għax hemm pajjiżi membri tal-UE
* li ma ssieħbux fix-Schengen,
* bħal mhuma l-Ingilterra,
* l-Irlanda,
* ir-Rumanija
* u l-Bulgarija.
Parti oħra mis-sovranità ta’ pajjiżna ċedejniha wkoll
* meta bis-sħubija fl-UE tlifna d-dritt
* li ma nħallux jibqgħu f’pajjiżna immigranti illegali,
* li l-UE ġġegħelna ma nħalluhomx jibqgħu sejrin
* lejn il-pajjiżi l-oħrajn tal-UE.
B’hekk spiċċajna li mhux aħna nikkmandaw
* min ma jidħolx f’pajjiżna
* u min ma jibqax joqgħod hawn,
* u dwar dan ikollna naċċettaw
* dak li jridu minna l-pajjiżi tax-Schengen u tal-UE.
M’għadniex la indipendenti u lanqas ħielsa.
Kemm pajjiżna m’għadux sovran u ħieles jiddeċiedi x’jaqbel u x’ma jaqbilx
għall-poplu tagħna, narawh mill-kwistjoni li nqalgħet mal-ħbieb ġirien tagħna l-Libjani
li, wara li għadd minn nieshom ma ngħatawx il-visa biex jidħlu f’pajjiż taż-Żona
Schengen, waqqfu liċ-ċittadini kollha tax-Schengen, inklużi l-Maltin, milli
jidħlu fil-Libja.
Lil-Libjani li pajjiż ieħor ma ħarġilhomx visa,
* ma nistgħux inħalluhom jiġu Malta
* minkejja li aħna m’għandna ebda oġġezzjoni għalihom
* u m’għandniex għax inbarruhom.
Dan ifisser li pajjiż ieħor ta’ Schengen qiegħed jiddeċiedi għalina.
Tajna l-muftieħ tal-bieb tagħna lill-barranin, biex żgur nuru li rajna mhux aktar f’idejna.
Hekk ġabuna dawk fostna li dejjem stmaw aktar lill-barranin milli jirrispettaw lill-ħuthom Maltin.
Nohorgu mill-"basla" ta' Schengen
Din il-kwistjoni bejn il-pajjiżi tax-Schengen u l-Libja
* turi li sirna poplu mitruħ
* li m’għandniex is-saħħa nħarsu l-interessi nazzjonali tagħna
* u rridu lil tal-UE biex jaqbżu għalina
* anki mal-ġirien ħbieb tagħna.
Infatti l-ministri Maltin qegħdin jitolbu lill-UE biex tara kif jintlaħaq ftehim
bejn il-pajjiżi tax-Schengen u l-Libja, minflok li nittrattaw direttament aħna
mal-Libjani.
Ħadd aktar minna m’għandu x’jitlef li ċ-ċittadini tiegħu ma jistgħux imorru l-Libja.
Għadd kbir ta’ Maltin għandhom xogħol fil-Libja,
* jew jagħmlu negozju hemm,
* u l-AirMalta u kumpaniji oħrajn Maltin
* se jġarrbu telf minħabba t-tnaqqis fit-trasport tal-passiġġieri
* u fil-kummerċ bejn iż-żewġ pajjiżi.
Huwa fl-interess nazzjonali
li nfittxu noħorġu minn din il-basla li s-sħubija fix-Schengen daħħlitna fiha.
Il-Gvern Malti stqarr li hu abbuż li l-ftehim ta’ Schengen jintuża għal
raġunijiet politiċi biex ma jinħarġux visi.
B’dankollu minkejja li nistqarru li sar abbuż,
* m’għandniex il-kuraġġ nieħdu l-passi meħtieġa
*
biex ma nbatux il-konsegwenzi ta’ abbuż ta’ ħaddieħor.
Jekk il-pajjiżi tax-Schengen
* mhumiex lesti jġiegħlu lill-pajjiż li abbuża,
* ibiddel id-deċiżjoni abbużiva tiegħu,
* Malta jmissha taħsel idejha mill-ftehim ta’ Schengen
* u toħroġ miż-Żona Schengen.
B’hekk nerġgħu nkunu ħielsa li nħarsu l-interessi nazzjonali tagħna, kif jixraq lill-poplu tagħna.
L-UE tappoggja c-cahda tal-visa
Minkejja li l-Gvernijiet ta’ Malta,
* l-Italja,
* Spanja
* u l-Portugall
* ikkundannaw il-fatt li pajjiż juża l-ftehim ta’ Schengen
* mhux għal skop ta’ sigurtà,
* iżda għal skop politiku,
* l-UE tat l-appoġġ tagħha li dak il-pajjiż li abbuża mix-Schengen.
Għalhekk, Malta la hi msieħba fl-UE, qiegħda titqies li hi wkoll tat l-appoġġ tagħha għan-nuqqas tal-għoti ta’ visa lil-Libjani.
Dan il-fatt qiegħed iħarbat ir-relazzjonijiet ta’ ħbiberija ta’ pajjiżna mal-Libja,
u jista’ jwassal għal konsegwenzi ħafna agħar.
Għaliex jekk it-tilwmia titwal u tiħrax,
* se nsibu ruħna fl-inkwiet mal-ġirien tagħna
* li jkun dovut għas-sħubija tagħna fl-UE
* u fiż-Żona Schengen.
Dan ma jkunx fl-interess tal-poplu,

* u min tassew ifittex il-ġid tal-poplu,
* għandu d-dmir li jieħu l-passi kollha meħtieġa
*
ħalli dan l-inkwiet nevitawh.
Biex neħilsu mill-inkwiet
*
li s-sħubija fl-UE
* u fix-Schengen
* qiegħda ġġib lill-poplu tagħna,
* għandna niksbu lura d-dritt
* li bħala nazzjon niddeċiedu liberament aħna,
* mhux il-maġġoranza tal-pajjiżi tal-UE
* jew taż-Żona Schengen,
* x’jaqbel għalina
* u x’relazzjonijiet ikollna mal-ġirien tagħna.
Hekk inkunu nistgħu minnufih inneħħu l-ħtieġa tal-ħruġ ta’ visa għall-Maltin li jridu jmorru l-Libja u għal-Libjani li jridu jiġu Malta.
Tgħid l-ewro għad tisfaxxa kif bassar il-Prof. De Grauwe?
minn Eddy Privitera, Kampanja Helsien Nazzjonali
Dan l-aħħar fl-aħbarijiet fuq il-BBC World, il-Kanċellier Ġermaniża Angela
Merkel ġiet ikkwotata li qalet li jekk wieħed mill-istati membri tal-UE (referenza
ċara għall-Greċja) kien jonqos li jħallas (‘defaults’) pagamenti ta’ djun li
jkollu, dan il-fatt jista’ jfisser it-tmiem tal-ERM (li huwa l-mekkaniżmu li
jirregola r-rata tal-kambju tal-ewro), li huwa l-bażi li fuqu teżisti l-munita
ewro bħala l-munita tal-istati membri fiż-Żona Ewro.

Din l-aħbar fakkritni x’kien qal il-Professur Paul de Grauwe fil-ġurnal Belġjan
“De Morgan” xi żmien ilu.
Prof. De Grauwe stqarr li jekk mhux se jkun hemm “għaqda politika”, f’tul ta’ żmien, l-ewro ma tistax tibqa’ teżisti.
Huwa kompla jgħid“issa li ħadd ma jidher li jrid għaqda politika, wieħed jibda
jitħasseb kemm l-għaqda monetarja kienet idea tajba.
Nazzarda nipprevedi li, f’tul ta’ żmien, l-għaqda monetarja tikkollassa (‘will
collapse’).
Mhux is-sena d-dieħla, iżda fi żmien ta’ 10 jew 20 sena.”

Il-Professur de Grauwe kien u forsi għadu konsulent ekonomiku tal-President
tal-Kummissjoni Ewropea, Josè Manuel Baroso.
Ta’ min ifakkar li kliem bħal ta’ de Grauwe kien intqal qabel mill-Kap
Ekonomista tal-Bank Ċentrali Ġermaniż, il-Bundesbank, Ottmar Issing, meta qal
“m’hemm ebda eżempju fl-istorja ta’ għaqda monetarja li baqgħet teżisti li ma
kinitx marbuta ma’ stat wieħed.”
Romano Prodi stess kien stqarr
“issa rridu niffaċċjaw ix-xogħol diffiċli li
nimxu lejn ekonomija waħda u entità politika waħda.”
Meta wieħed jikkonsidra x’qed jiġri fil-Greċja,
*
fejn instab li l-Gvern Grieg
Konservattiv ta’ Karamalis
* kien ħeba bil-kbir il-qagħda finanzjarja ħażina tal-Greċja lill-UE
* u kixef dan il-ħabi l-gvern Soċjalista ta’ George Papandreou,
* kif ukoll il-qagħda ekonomika ħażina kemm ta’ Spanja u tal-Portugall
* u min jaf kemm għad nisimgħu b’ħabi minn gvernijiet oħrajn,
* fosthom anki dwar il-Gvern Malti,
* faċilment jista’ jseħħ dak li bassar il-Professur de Grauwe,
* li l-ewro tisfaxxa fis-snin li ġejjin.

U għalhekk nidħak meta nisma’ min jgħid,
* bħal ma ġieli qal il-Prim Ministru Gonzi,
* li kieku ma kellniex l-ewro
* konna nfallu f’din il-kriżi ekonomika
*
u
finanzjarja li laqtet id-dinja.
Anzi qiegħed jidher li ċerti pajjiżi qegħdin ifallu,
* preċiżament għax għandhom l-ewro
* u b’hekk ma jistgħu jagħmlu xejn,
* bħal li jiżvalutaw il-munita,
* biex jirranġaw il-qagħda finanzjarja
* u ekonomika tagħhom,
* għax bl-ewro dan ma jistgħux jagħmluh.
Il-Ħamis, 4 ta’ Marzu, 2010

Fittex li tiffirma l-petizzjoni popolari lill-Parlament Malti biex jgħaddi miżuri li jrażżnu l-immigrazzjoni illegali f’pajjiżna.
IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-
Segretarju Finanzjarju
CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ