MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI


Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
L-Unjoni Ewropea ordnat li mis-sena 2010 il-Maltin u l-Għawdxin iħallsuha
€182,192 kuljum misruqa minn ħalq uliedek
minn Karmenu Mifsud Bonnici KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI
L-UE tkompli tgħabbina bil-piżijiet


Il-mijiet
ta’ sidien tax-xarabanks
* li kellhom iċedu ħwejjiġhom u xogħolhom
* huma vittmi oħrajn
* tas-sħubija ta’ pajjiżna fl-Unjoni Ewropea,
*
bħall-eluf ta’ ħaddiema tat-Tarzna li tħarbtet
* u tal-fabbriki li kellhom jagħlqu.
Qabel l-aħħar
elezzjoni,
* il-Gvern wiegħed lill-assoċjazzjoni tas-sidien tax-xarabanks
* kuntratt għal għaxar snin.
Iżda wara l-elezzjoni,
*
fit-13 ta’ Mejju tas-sena l-oħra,
* il-Ministru Gatt stqarr
* li ma setax jagħti l-kuntratt tat-trasport pubbliku
* lill-assoċjazzjoni tas-sidien,
* għax l-Unjoni Ewropea ma ħallietx lill-Gvern
* jonora l-wegħda ta’ qabel l-elezzjoni,
* u ġiegħlitu joħroġ sejħa pubblika għall-offerti
*
miftuħa wkoll għal kumpaniji barranin.

Issa
l-Gvern ġiegħel lis-sidien iċedu l-liċenzji u jbiegħu l-vetturi tagħhom, u ta’
dan se jitħallsu s-somma ta’ €53,824,800.
Mill-400 xarabank li l-Gvern xtara, 125 biss se jkun jista’ jbiegħ lill-kumpanija li se tingħata l-kuntratt tat-trasport pubbliku, waqt li se jarmi 315-il xarabank qadima.
Għal-liċenzji li l-Gvern ħa u għax-xarabanks qodma li se jarmi, se tkun tħallset
is-somma ta’ €38,449,800.
Filwaqt li fil-każ ta’ 125 xarabank, il-Gvern jista’ jiġbor lura mingħand
il-kumpanija li tingħata l-kuntratt, is-somma ta’ €1,625,000 mis-somma ta’
€15,375,000 mħallsa għalihom, l-ammont akbar ta’ €38,449,000 mhux se jkun jista’
jirkuprah u għalhekk se jiżdied mad-dejn nazzjonali tal-pajjiż.
Ftaħir vojt
Il-Gvern
qiegħed jiftaħar li l-pajjiż jaqbillu bit-tibdil li se jsir fit-trasport
pubbliku għax mhux se jkompli jħallas is-sussidju ta’ madwar €8 miljun fis-sena.
Iżda dan mhux minnu u l-pajjiż se jitlef u mhux jiggwadanja, u t-tort hu kollu tal-Unjoni Ewropea u tas-servili f’Malta li jaqduha u jittradixxu l-interessi nazzjonali.
Għax jekk il-Gvern kellu l-għan li ma jkomplix iħallas sussidju għat-trasport pubbliku, kien jilħaq dak il-għan kieku onora l-wiegħda ta’ qabel l-elezzjoni u ta l-kuntratt tat-trasport pubbliku lill-assoċjazzjoni tas-sidien tax-xarabanks.
Ma
kellux għalfejn jagħti l-kuntratt lill-barranin, ħlief biex jissodisfa
lill-Unjoni Ewropea kontra l-interessi tal-pajjiż.
Għax il-kumpanija barranija se tieħu f’idejha t-trasport pubbliku f’pajjiżna, biex tagħmel qligħ minn fuqna.
Il-qligħ se jsir minn fuq in-nollijiet li l-poplu Malti se jkollu jħallas għat-trasport u se jmur għand il-barranin.
Kieku l-kuntratt ingħata lill-assoċjazzjoni tas-sidien tax-xarabanks,
* il-qligħ kien jibqa’ għand il-Maltin
* u ma kienx la jitħallas sussidju
* u lanqas is-somma ta’ €38,449,000
* li qiegħda titħallas għat-teħid tal-liċenzji
* u għax-xiri tax-xarabanks qodma li se jintremew,
* u t-€13,750,000 għal 125 xarabank li l-Gvern se jżomm.
Il-kumpanija barranija li se tingħata l-kuntratt tat-trasport pubbliku għal
għaxar snin trid tagħmel mhux biss qligħ, imma trid tifdi l-kapital li toħroġ
fix-xiri ta’ 125 xarabank mingħand il-Gvern, li tagħhom dan ħallas €1,625,000, u
fix-xiri ta’ xarabanks oħrajn biex tgħaqqad il-flotta meħtieġa għas-servizzi
tat-trasport pubbliku f’pajjiżna.
Il-qligħ u l-irkuprar lura tal-kapital li l-kumpanija barranija trid tagħmel, iridu jiġu min-nolijiet li l-pubbliku Malti se jkollu jħallas.
Bħal Ġaħan
Il-Gvern qiegħed iġib ruħu bħal Ġaħan f’din il-kwistjoni tat-trasport pubbliku.
Qiegħed jiftaħar li l-pajjiż se jiffranka, mentri l-pajjiż se jitlef.
Għax barra l-qligħ li se jmur għand il-barranin, il-pajjiż qiegħed jitgħabba b’dejn ta’ €52,199,000, u l-imgħaxijiet li jridu jitħallsu kull sena fuqhom.
Jekk l-imgħax
ikun ta’ 6 fil-mija,
* kull sena,
* il-Gvern se jkollu jħallas is-somma ta’ €3,131,940,
* li tiżdied mad-dejn nazzjonali ta’ aktar minn €4 biljun,
*
li l-pajjiż diġà għandu.
Din
il-ħsara se sseħħ kapriċċ tal-Unjoni Ewropea u tal-kompliċità kriminali
tal-Gvern Malti.
Ma’ dan il-pajjiż se jitgħabba bil-piż tal-ħlas kull sena tal-pensjonijiet lil
numru ta’ sidien tax-xarabanks li għażlu li jirtiraw mix-xogħol qabel jagħlqu l-età
normali tal-irtirar.
Din
il-fakultà li l-Gvern tahom, tfisser ukoll li kull sena se jonqos id-dħul
tal-kontribuzzjonijiet li huma kienu jħallsu għas-Sigurtà Soċjali.
Dan ma jgħinx biex tittaffa l-problema tal-piż tal-pensjonijiet akbar mid-dħul tal-kontribuzzjonijiet li jitħallsu għas-Sigurtà Soċjali.
Quddiem dan l-isfreġju finanzjarju kollu li l-pajjiż se jġarrab bit-tibdil
li se jsir fit-trasport pubbliku, il-Gvern qiegħed jinganna lill-poplu għax mhux
qiegħed jistqarr il-verità li mhux fl-interess nazzjonali li mhux qiegħed jonora
l-wegħda elettorali li kien għamel li jagħti l-kuntratt għat-trasport pubbliku
lill-assoċjazzjoni tas-sidien tax-xarabanks għal għaxar snin.
It-titjib kollu li l-Gvern jgħid li jrid iseħħ fis-servizz tat-trasport pubbliku,
xorta waħda l-Gvern seta’ jiżgura li jseħħ billi jimponih fil-kundizzjonijiet
tal-kuntratt il-ġdid lill-assoċjazzjoni tas-sidien.
Gvern responsabbli kien iżomm kelmtu mas-sidien tax-xarabanks, tgħid x’tgħid l-Unjoni
Ewropea, u ma kienx jaqsmilhom qalbhom u jesproprjalhom ħwejjiġhom, u jgħabbi
lill-poplu Malti b’piżijiet finanzjarji kbar għal żmien twil.
Marta Andreasen tikxef beraħ lill-UE
minn Eddy Privitera, Kampanja Ħelsien Nazzjonali

Marta
Andreasen hi l-eks-Chief Accountant tal-Kummissjoni Ewropea.
Hi tkeċċiet mill-pożizzjoni tagħha ta’ importanza kbira għax ma riditx tagħlaq għajnejha għall-atti ta’ fondi, korruzjoni u immaġinar skandaluż tal-frodi tal-Unjoni Ewropea.
Ir-raġuni banali li l-Kummissjoni Ewropea tat biex ħelset minn Marta Andreasen kienet li “hi ma kinitx leali” lejn il-Kummissjoni Ewropea.
Marta Andreasen ppubblikat ktieb f’Mejju 2009, eżatt qabel l-elezzjonijiet
tal-Parlament Ewropew.
F’dan il-ktieb li t-titlu tiegħu hu “Brussels laid bare” (Brussels, jew l-UE mikxufa berah), Marta Andreasen tagħti dettalji li żgur ibellħu lil min jemmen li l-UE hi xi istituzzjoni serja u trasparenti.
Għax il-fatti li kixfet, jagħtu stampa kompletament differenti.
Mhux ta’ b’xejn raw kif ivvintaw kull skuża biex jeħilsu minn Andreasen biex ħadd aktar ma jiftaħ ħalqu u jikxef il-mod skandaluż kif il-flus li ċ-ċittadini jħallsu f’taxxi li jintbagħtu lill-UE, qegħdin jinsterqu.
Biex
tieħu idea ta’ x’se ssibu jekk takkwistaw u taqraw dan il-ktieb, se nirrepeti
dak li hemm miktub fuq il-qoxra ta’ wara tal-ktieb “Brussles laid bare”.
“Dan
il-ktieb jista’ jkun li hu l-aktar importanti li qatt inkiteb dwar l-UE. Għax
waqt li oħrajn ipprovaw jikxfu x’għaddej fil-qalba korrotta ta’ Brussels, ma
kien ħadd tal-livell ta’ Marta Andreasen, li kienet iċ-Chief Accountant
responsabbli għall-Baġit kollu tal-UE.
Bħala ħlas għall-isforzi tagħha biex tagħmel il-finanzi tal-UE trasparenti u kontabbli, l-apparat korrott ta’ Brussels l-ewwel ħadem biex jgħalqilha ħalqha, imbagħad jumiljaha, u fl-aħħar jeqridha.
Possibilment l-ebda każ ieħor ma juri b’mod aktar ċar kif l-UE, permess tal-ħabi (stealth), ingann u bullying, saret tirannija moderna."
Għal kull min hu inkwietat dwar il-poter tal-biża’ tal-UE, dan il-ktieb huwa ta’ bżonn.
Nissuġġerixxi
* kemm lill-Kummissarju John Dalli
* u lill-MEPs Maltin,
* lill-Membri Parlamentari Maltin,
* kif ukoll lill-Maltin u l-Għawdxin
* li ma jridux li flusna li nħallsu f’taxxi
* jinsterqu bil-mod skandaluż
* kif qed jiġri fl-UE,
* li jakkwistaw dan il-ktieb.
Fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew, Marta ġiet eletta mal-partit tal-United Kingdom Independence, li jrid li r-Renju Unit joħroġ mill-UE.
Mank li Andreasen tiġi wkoll f’pajjiżna u tinforma lill-poplu Malti.
Min jaf kieku s-CNI jistiednuha?
Mela flok li l-Kummissjoni Ewropea irnexxielha tagħlaq ħalq Marta Andreasen, illum din qiegħda f’pożizzjoni li aktar tista’ tkompli tikxef lill-UE beraħ.
Il-Ħamis, 4 ta’ Frar, 2010

Fittex li tiffirma l-petizzjoni popolari lill-Parlament Malti biex jgħaddi miżuri li jrażżnu l-immigrazzjoni illegali f’pajjiżna.
IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-
Segretarju Finanzjarju
CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ