MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI
Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
Fis-seba’ snin 2007 – 2013 il-Maltin u l-Għawdxin se jħallsu lill-Unjoni Ewropea €420,000,000
L-UE
tellfitilna l-ħarsien u s-sliem
Parti kbira mill-poplu tal-pajjiżi Musulmani u tal-pajjiżi Għarab jqisu lill-pajjiżi tal-Punent, kemm l-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Istati Uniti ta’ l-Amerika, bħala għedewwa tagħhom u tat-twemmin reliġjuż tagħhom, minkejja l-fatt li l-gvernijiet tal-pajjiżi tal-Punent u tal-pajjiż Għarab għandhom relazzjonijiet ta’ ħbiberija.
Is-sentimenti
tal-poplu ma jaqblux mar-rapporti ta’ bejn il-gvernijiet.
Il-politika
barranija tal-Gvern ta’ l-Istati Uniti qiegħda tkebbes in-nar fost
il-popli Musulmani u għarab u l-Unjoni Ewropea li ma tridx tikkundanna
l-politika aggressiva ta’ l-Istati Uniti ta’ l-Amerika, qiegħda tqiegħed
lill-pajjiżi ta’ l-UE fl-istess keffa ta’ l-Istati Uniti, f’għajnejn
il-popli Musulmani u Għarab.
Malta,
qabel ma sseħibna fl-UE, kienet meqjusa bħala pajjiż ħabib
tal-popli Musulmani u Għarab.
Issa li Malta
tifforma parti mill-UE qiegħda titqies bħall-pajjiżi l-oħrajn
tal-Punent li jappoġġaw il-politika imperjalista ta’ l-Istati Uniti
ta’ l-Amerika.
Tlifna
l-identita` tagħna
Meta sseħibna fl-UE, ħaddanna l-politika ta’ l-Unjoni u aktar minn hekk, biddilna d-dehra unika tagħna li ma kinitx dik tal-pajjiżi tal-Punent u ħadna d-dehra tal-pajjiżi l-oħrajn ta’ l-Unjoni Ewropea.
F’moħħ
il-popli Musulmani u Għarab, il-poplu Malti tbiegħed minnhom u sar
ħaġa waħda bħall-popli tal-pajjiżi tal-Punent.
Għalkemm wara li pajjiżna ssieħeb fl-Unjoni Ewropea, ir-rapporti bejn il-Gvern Malti u l-gvernijiet tal-pajjiżi Musulmani u Għarab baqgħu dawk ta’ ħbieb, il-popli ta’ dawn il-pajjiżi m’għadhomx iħarsu lejna bl-istess sentimenti ta’ ħbiberija li kellhom qabel magħna.
Meta
ma koniex imseħbin fl-Unjoni Ewropea konna differenti minnha u l-identita`
tagħna ma kinitx dik ta’ l-Unjoni.
Issa
tlifna dik l-identita` differenti tagħna u sirna l-istess bħall-Unjoni.
Meta
l-Unjoni titkellem, titkellem ukoll għal Malta.
Jekk
l-Unjoni tinbagħad, Malta tinbagħad.
Jekk
il-pajjiżi ta’ l-UE jitqiesu bħala għedewwa, Malta titqies bħalhom.
Tlifna
l-identita` tagħna li kienet tiddistingwina mill-popli l-oħrajn ta’
l-Ewropa.
Il-poplu
tagħna tilfu mhux kiseb ħarsien meta sseħibna mal-pajjiżi
l-oħrajn ta’ l-Unjoni Ewropea.
Il-pajjiżi
tal-Punent iqisu li t-theddiha għalihom ġejja mill-popli Musulmani u Għarab
u dawn min-naħa tagħhom, iqisu li l-pajjiżi tal-Punent iridu jerġgħu
jaħkmuhom, bħall-imgħoddi.
Iqisu
li d-drawwiet tal-popli tal-Punent huma ħżiena u ma jridux li dawn
it-tip ta’ drawwiet ħżiena jikkorrompu liż-żgħażagħ
Musulmani u Għarab.
Qabel
ma sseħibna fl-UE, għalkemm id-drawwiet tagħna ma kinux bħal
dawk tal-Musulmani u Għarab u għalkemm it-twemmin reliġjuż
Nisrani kien magħruf sewwa, il-Musulmani u Għarab xorta waħda
kienu jgħodduna bħala ħbieb kbar tagħhom.
Illum
qegħdin jgħodduna mal-popli l-oħrajn tal-pajjiżi tal-Punent.
Għalhekk
il-ħarsien li kellna tlifnieh u ma nistgħux ngħidu li ngawdu
l-istess sliem, meta m’għadniex ingawdu l-istess ħbiberija tal-popli
Musulmani u Għarab.
Meta
pajjiżna kien iħaddan tassew politika ta’ newtralita` u
non-allinjament, pajjiżna kien pubblikament jikkundanna l-indħil
militari fil-pajjiżi Musulmani u Għarab.
Ma
konniex naqblu ma l-indħil militarui fil-Libanu.
Tkellimna
pubblikament kontra l-ewwel, l-invażjoni tal-Kuwajt mill-Iraqqini u mbagħad
kontra l-invażjoni ta’ l-Iraq mill-Istati Uniti u l-allejati tagħhom.
Ħadniha
kontra l-attakki militari fuq il-Libja u tlabna lill-Kunsill tas-Sigurtra` tal-Ġnus
Magħquda biex iwaqqafhom.
Min-naħa
tagħha, l-Unjoni Ewropea appoġġat l-aggressjoni kontra
l-Afganistan u ma kkundannatx l-aggressjoni mill-ġdid kontra Iraq.
Issa
qiegħda tappoġġa t-theddid kontra s-Sirja u fiż-żnmien
li ġej, tista’ tieħu parti wkoll fil-miżuri li jittieħdu
kontra l-Iran li jistgħi jwasslu mhux biss għal sanzjonijiet kummerċjali
kontra dan il-pajjiż, imma anki għal attakk militari u forsi wkoll
b’armi nukleari.
F’dan
kollu, Malta, bħala membru ta’ l-Unjoni Ewropea, tkun trid tagħmel
l-istess li l-Unjoni tiddeċiedi.
Il-periklu
ta’ ġlied qed jikber u mhux jiċkien.
Għalhekk
il-periklu li Malta ssib ruħha fi ġlied kiber ħafna wara li sirna
membri sħaħ ta’ l-Unjoni Ewropea.
Minbarra
t-theddida ta’ ġlied bl-armi, spsss qegħdin naraw ifaqqsu inċidenti
ta’ inkwiet reliġjuż li jista’ jwassal għaal gwerra bejn
ic-civilta` Nisranija u dik Musulmana.
Xi
snin ilu kellna l-ktieb ta’ Rushdie dwar Mawmettu li qażżeż
lill-Musulmani tad-dinja kollha.
Din
il-ġimgħa rajna karikaturi ta’ Mawmettu li dehru f’ġurnali
Daniżiu li qajmu għadab
kbir fost il-Musulmani.
Saħansitra
wasslu biex żewġ gvernijiet, dak tal-Libja u dak tas-Sawdi Għarabja,
jirtiraw l-ambaxxaturi tagħhom mid-Danimarka.
Mad-Daniżi
jeħlu l-popli tal-pajjiżi Skandinavi l-oħrajn u tispiċċa
teħel l-Unjoni Ewropea kollha.
Malta
bħala pajjiż membru ta’ l-Unjoni ma tkunx tista’ teħlisha.
Ikun
ta’ ġid kbir għall-poplu tagħna jekk jinfatam mill-bqija ta’
l-Unjoni Ewropea u jerġa’ jikseb l-identita` u n-newtralita` tiegħu.
B’hekk
niksbu l-ħarsien u s-sliem.
Il-politika
kummerċjali żbaljata ta’ l-Unjoni Ewropea
L-Unjoni Ewropea la għandha r-rieda u lanqas il-ħila
tħaddem politika li ma tħallix il-globalizzazzjoni teqred l-impjiegi
fil-pajjiżi tagħha.
L-UE, fil-waqt li ma tridx u ma tafx tilqa’ għall-effetti ħżiena
tal-globalizzazzjoni fuq l-industriji tal-pajjiżi membri, hi stess tħeġġeġ
il-globalizzazzjoni ta’ l-investimenti u tal-kummerċ, minkejja li dawn
qegħdin jagħmlu ħafna ħsara lill-qasam tax-xogħol u
l-impjiegi fl-istati membri.
Il-politika kummerċjali ta’ l-Unjoni Ewropea hija l-ħtija tal-qgħad
kbir li hawn fil-pajjizi membri.
L-importazzjoni fil-pajjiżi ta’ l-Unjoni
Ewropea dejjem tikber u dan qiegħed iseħħ à spejjeż
tal-prodotti maħdumin fil-pajjiżi ta’ l-Unjoni u qed jispiċċa
li dawn dejjem jonqsu.
Għalhekk, fil-waqt li l-UE hija kuntenta li l-kummerċ tal-prodotti
importati qiegħed jikber, ma tiddejjaq xejn li l-impjiegi u x-xogħol
fil-pajjiżi tagħha qegħdin jonqsu.
Bis-sħubija fl-Unjoni Ewropea, pajjiżna jkollu jimxi b’din
il-politika kummerċjali ħażina ta’ l-Unjoni, li fis-6 ta’
Lulju tas-sena l-oħra, il-Parlament Malti vvota favuriha meta approva
l-Kostituzzjoni ta’ l-Unjoni Ewropea li torbot lill-pajjiżi msieħba
biex iwettqu dik il-politika.
Għalhekk qegħdin naraw li fil-waqt li
l-importazzjoni f’Malta dejjem tikber, il-bejgħ tal-prodotti maħdumin
lokalment dejjem jonqos, kif qiegħda tagħmel l-esportazzjoni minn
pajjiżna.
Din il-politika kummerċjali ta’ l-Unjoni, li pajjiżna
jkollu jwettaq sakemm jibqa’ msieħeb fiha, diġà kienet kaġun
ta’ għeluq ta’ ħafna impriżi u għoti ta‘ ħafna
sensji.
Il-propagandisti ta’ l-Unjoni Ewropea jgħidu li dan huwa riżultat
tar-ristrutturar li jeħtieġ isir f’pajjiżna.
Huma jaħbu
l-kruha tal-politika kummerċjali ta’ l-Unjoni Ewropea bl-iskuża
tar-ristrutturar.
Il-politika kummerċjali ta’ l-Unjoni ma tgħinx biex iseħħ
ir-ristrutturar ta’ l-industriji.
Għax jekk wieħed irid verament jirristruttura xi ħaġa, l-ewwel qabel ma jibda jħott, ifassal x’se jibni minflok dak li jkun se jħott.
L-UE ma tagħmilx dan.
Il-politika kummerċjali tagħha tħott l-industriji fil-pajjiżi membri, mingħajr ma taħseb li tibni oħrajn minflokhom.
F’pajjiżna qegħdin naraw
impriżi jagħlqu minħabba l-politika kummerċjali ta’ l-UE u
din mhix qiegħda toħloq oħrajn biex jieħdu post dawk li jżarmaw.
Din l-emoroġija ta’ l-impriżi u ta’ l-impjiegi l-aktar li narawha fl-industrija tal-manifattura u fil-qasam ta’ ċerti servizzi, l-aktar fil-qasam tat-tiswija u l-bini tal-vapuri.
Minħabba dan, qegħdin inġarrbu
telf kbir ta’ nies tas-snajja’ li huma tant meħtieġa biex pajjiż
jibqa’ fuq saqajh bla ma jkollu jiddependi f’kollox mill-barrani.
Is-Sibt, 4 ta’ Frar, 2006
IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-
Segretarju Finanzjarju CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ