MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI

Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
JEKK TIRRISPETTA L-KOSTITUZZJONI TA' PAJJIŻEK GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK JIRRISPETTA L-FEHMIET TIEGĦEK U MA JIVVOTAX FAVUR IL-KOSTITUZZJONI TA' L-UNJONI EWROPEA LI TKASBAR IL-KOSTITUZZJONI TA' MALTA.
Mill-Kampanja Ħelsien Nazzjonali CNI
GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
Fis-seba’ snin 2007 – 2013 il-Maltin u l-Għawdxin se jkunu ħallsu lill-Unjoni Ewropea €360,000,000
Malta jaqblilha ma tirratifikax il-Kostituzzjoni ta’ l-UE
Nhar
il-Ġimgħa li għaddiet il-mexxejja tal-pajjiżi membri ta’
l-Unjoni Ewropea u ta’ tliet pajjiżi oħrajn li qegħdin jitolbu
li jissieħbu fl-Unjoni ffirmaw il-Kostituzzjoni ġdida ta’ l-Unjoni
li l-popli tal-pajjiżi membri ma jafux x’fiha u għad iridu jgħidu
jriduhiex jew le.
X’jiġri jekk il-poplu ta’ xi pajjiż membru jivvota kontra
l-Kostituzzjoni ġdida?
Jiġri li l-Kostituzzjoni ġdida ma tidħolx fis-seħħ.
F’dak
il-każ, sakemm jintlaħaq ftehim ieħor, l-Unjoni tibqa’ titmexxa
bir-regoli li hemm fis-seħħ illum, l-istess kif se tibqa’ titmexxa
sakemm il-Kostituzzjoni ġdida tiġi approvata mill-pajjiżi membri
kollha sas-sena 2006.
Skond
min jivvota kontriha
Iżda
osservaturi politiċi midħla sew ta’ l-Unjoni Ewropea jsostnu li
x’jiġri jekk mhux il-pajjiżi membri kollha japprovaw (jirratifikaw)
il-Kostituzzjoni ġdida, jiddependi minn liema pajjiż ma jkunx
approvaha.
Jekk il-poplu Franċiż ma jivvotax favur il-Kostituzzjoni ġdida
ta‘ l-UE, l-osservaturi politiċi ma jarawx kif l-Unjoni tkun tista’
tkompli miexja, għax Franza hija l-qalb ta’ l-Unjoni Ewropea.
Jekk ikun il-poplu Ingliż li jivvota kontra l-Kostituzzjoni ġdida
ta’ l-UE, l-osservaturi politiċi jaħsbu li aktarx isiru taħditiet
biex titfassal Kostituzzjoni oħra li ma jkollhiex dawk il-ħwejjeġ
li ma jogħġbux lill-Ingliżi.
Iżda jekk ikun xi pajjiż żgħir li ma jirratifikax
il-Kostituzzjoni ġdida ta’ l-UE, l-osservaturi politiċi jgħidu
li l-Unjoni aktarx tiftiehem mal-pajjiż membru żgħir biex
il-partijiet tal-Kostituzzjoni li ma jkunux aċċettabbli għalih,
ma jkunux japplikaw għalih (jiġifieri, ikun hemm dak li jsejhu
“opt-outs”).
X’jaqblilha
Malta
Għalhekk
Malta jaqblilha li ma tirratifikax il-Kostituzzjoni ġdida ta’ l-UE halli
l-Unjoni Ewropea taċċetta li teħles lil Malta minn dawk
il-partijiet tal-Kostituzzjoni ġdida li ma jaqblux għal Malta.
Fis-snin l-imgħoddija, l-Unjoni Ewropea ikkonċediet “opt-out”
mit-trattati tagħha lil numru ta’ pajjiżi membri, fosthom
id-Danimarka u lill-Ingilterra.
L-istess
ħaġa l-Unjoni tista’ tagħmel dwar il-Kostituzzjoni ġdida
tagħha li fiha stess hemm xi provedimenti tagħha ma japplikawx għal
xi wħud mill-pajjiżi membri, fosthom il-Ġermanja stess (jew aħjar,
il-parti tal-Lvant tagħha).
Malta jaqblilha li tinnegozja ma’ l-Unjoni Ewropea dwar il-Kostituzzjoni
ġdida biex tuża l-okkażjoni li tikseb it-tibdil meħtieġ
għal Malta fil-ftehim li għamlet ma’ l-Unjoni, li qiegħed jagħmel
ħsara kbira lil pajjiżna.
Ġurament ta' lealta` li jieħdu l-Membri Parlamentari kollha
Jiena ................................................ solennement naħlef / niddikjara li nkun tassew fidili u leali lejn il-Poplu u r- Repubblika ta’ Malta u l-Kostituzzjoni tagħha. (Hekk Alla jgħini).
Ġurament għall-qadi xieraq tal-kariga ta’ Prim Ministru jew Ministru ieħor jew Segretarju Parlamentari.
Jiena ................................................ solennement naħlef / niddikjara li naqdi fedelment u skond il-kuxjenza d-dmirijiet tiegħi bħala (Prim Ministru/Ministru/Segretarju Parlamentari) skond il-Kostituzzjoni u l-liġijiet ta’ Malta, mingħajr biża’ jew favur. ( Hekk Alla jgħini).
Ġurament għall-qadi xieraq tal-kariga ta’ President.
Jiena ..............................................., solennement naħlef / niddikjara li naqdi fedelment il-kariga ta’ President (li naqdi fedelment il-funzjonijiet tal-President) ta’ Malta, u li, skond l-aħjar ħila tiegħi nikkonserva, inħares u niddefendi l-Kostituzzjoni ta’ Malta. (Hekk Alla jgħini).
Sezzjoni 6 tal-Kostituzzjoni ta' Malta
6. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikoli (7) u (9) ta’ l-artikolu 47 u ta’ l-artikolu 66 ta’ din il-Kostituzzjoni, jekk xi liġi oħra tkun inkonsistenti ma’ din il-Kostituzzjoni, din il-Kostituzzjoni għandha tipprevali u l-liġi l-oħra għandha, safejn tkun inkonsistenti, tkun bla effett.
Artiklu I-6 tal-Kostituzzjoni ta' l-Unjoni Ewropea
Dritt ta' l-Unjoni
Il-Kostituzzjoni u l-liġijiet adottati mill-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni fl-eżerċizzju tal-kompetenzi konferiti lilha għandhom jipprevalu fuq id-dritt ta’ l-Istati Membri.
L-Erbgħa, 3 ta’ Novembru, 2004.
Tista' tafda lil min jikser il-ĠURAMENT tiegħu/tagħha?
IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat Lm2 flimkien ma' din il-formola liċ-
Chairman
CNI,
Dr
Karmenu Mifsud Bonnici B.A. LL.D.
81,
Triq Ġuże Pace,
Ħamrun.
Isem .......................................................
Indirizz ..................................................
ID Numru...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ