MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI


Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
L-Unjoni Ewropea ordnat li mis-sena
€182,192 kuljum misruqa minn ħalq uliedek
minn Karmenu Mifsud Bonnici
Alternattiva għall-immigrazzjoni
L-immigrazzjoni
illegali qiegħda tagħmlilna ħsara enormi kemm lokalment f’pajjiżna kif ukoll
internazzjonalment mal-barranin.
Fl-aħħar
ġranet dan l-aspett internazzjonali tal-kwistjoni ħa prominenza kbira meta l-midja
barranija xxalat tkasbarna għax saħqet li ħallejna ’l fuq minn 70 immigrant
mill-Eritrea jegħrqu għax ma ridniex inġibuhom f’pajjiżna u ridniehom jibqgħu
sejrin Lampedusa, fejn waslu biss ħamsa minnhom.
Għalxejn ċħadna dan, għax xorta waħda l-impressjoni ħażina tal-kefrija tagħna baqgħet tingħata mill-midja barranija.
B’dan l-inċident il-problema tal-immigrazzjoni illegali issa ħadet dimensjoni
oħra għalina.
M’għadhiex biss aktar problema kbira soċjali għall-poplu tagħna, iżda saret issa problema politika kbira għal pajjiżna fil-qasam internazzjonali.
U filwaqt li għandna mezzi jekk irridu, biex inrażżnu l-problema tal-immigranti illegali f’pajjiżna, m’għandniex mezzi u saħħa biex inrażżnu l-ħsara li l-midja internazzjonali tagħmlilna.
Fil-fehma
ta’ ħafna ġejna fil-qagħda mwiegħra tal-lum minħabba l-fatt li ma mxejniex f’din
il-kwistjoni bi trasparenza, anzi ħbejna mill-poplu ħalli nagħmlu dak li l-UE
riditna nagħmlu, u mhux dak li kien fl-interess suprem tal-poplu Malti.
Ma fissirniex lill-poplu li l-kwistjoni tal-obbligu tal-għoti tal-ażil hija
kwistjoni differenti mill-obbligu ta’ salvataġġ mill-għarqa.
L-obbligu tagħna li nsalvaw mill-għarqa ma jikkontestah ħadd, kemm jekk ikunu immigranti li se jegħrqu, kif ukoll jekk ma jkunux.
Iżda dan l-obbligu ma jġibx miegħu l-obbligu li nagħtu l-ażil lil min insalvaw mill-għarqa.
L-obbligu ta’ salvataġġ mill-għarqa ma joħroġx mis-sħubija tagħna fl-UE, iżda mill-liġi internazzjonali li torbot lil kull pajjiż ċivilizzat.
Fil-każ
tal-għoti tal-ażil ma tikkonsidrax jekk persuna kinitx se tegħreq jew le.
Anke l-għoti tal-ażil huwa rregolat minn konvenzjoni internazzjonali, dik dwar ir-refuġjati, u pajjiżna kien aċċetta dik il-konvenzjoni fl-1971.
Iżda l-Gvern Malti (tal-Prim Ministru Borg Olivier) kien għamel għadd ta’ riservi għall-konvenzjoni, għax iċ-ċokon ta’ pajjiżna u l-kobor tal-popolazzjoni ma jippermettux li naċċettaw refuġjati mingħajr limitu.
Meta
mbagħad il-Gvern Malti
* (tal-Prim Ministru Fenech Adami)
* beda jinnegozja biex pajjiżna jissieħeb fl-UE,
*
l-Unjoni inisistiet li Malta tneħħi r-riservi kollha
* għall-konvenzjoni dwar ir-refuġjati,
* inkella l-UE ma taċċettax li ssieħeb lil Malta.
U
l-Gvern Malti ċeda u b’hekk ittradixxa l-interessi nazzjonali tagħna.
Agħar minn hekk,
* l-UE rabtet lil Malta bir-regoli tal-ftehim ta’ Dublin II,
* li jobbligawlna li nikkunsidraw l-għoti tal-ażilu
* lill-immigranti illegali li jiġu f’pajjiżna,
* u jekk ma jikkwalifikawx għall-istatus ta’ refuġjati,
* rridu nikkunsidraw jekk humiex intitolati
* li jingħataw protezzjoni umanitarja,
* li tfisser li l-immigranti jkollna nżommuhom f’pajjiżna.
B’dan il-mod,
* bil-pressjoni tal-UE
* bid-dgħufija tal-Gvern Malti,
*
il-poplu Malti bla ma jaf għax ħadd ma qallu,
* sab li pajjiżna fetaħ il-bibien
* għall-invażjonijiet tal-immigranti illegali.
U bla ma qalu lill-poplu,
* biddlu l-liġi li kienet tqis bħala delitt
* min jidħol f’pajjiżna bla permess,
* u għamlulha li ma baqgħetx bħala att illegali,
* iżda saret biss irregolaritŕ amministrattiva.
Għalhekk waqt li
tbiddlet il-liġi,
* min kien jinqabad bla permess f’pajjiżna,
* il-Qorti kienet tordna li jkun ddeportat.
Dan kollu seħħ mingħajr ħadd ma fisser lill-poplu x’se ikunu l-konsegwenzi –
* eluf ta’ immigranti illegali jiġġerrew mat-toroq ta’ pajjiżna.
It-tattika ta’ ħabi mill-poplu wasslet biex għal numru ta’ snin il-parlament
Malti qatt ma jiddiskuti l-problema tal-immigrazzjoni illegali.
Saħansitra
ntqal
* li kien hemm kunsens nazzjonali dwarha,
* meta l-maġġoranza kbira tal-poplu
* żgur ma kinitx taqbel bil-mod
* kif eluf ta’ immigranti illegali
* kienu qegħdin jinżammu f’pajjiżna.
Sabiex iħawdu aktar lill-poplu,
* bdew iħalltu d-dmir li għandna
* li nittrattaw tajjeb lill-immigranti,
* ma jekk għandniex dmir li nżommuhom hawn
* u nintegrawhom fis-soċjetŕ Maltija,
* kif l-UE tridna nagħmlu,
* u lesta tagħtina l-flus biex nagħmlu dan.
Inqasna li nfehmu lill-poplu li l-UE tħares lejn l-immigrazzjoni b’mod għal
kollox differenti minn kif il-poplu tagħna jikkunsidra din il-problema.
L-UE
għandha bżonn l-immigranti,
* u sakemm tħejji programmi li jiżgurawha minn immigranti illegali,
* lesta taċċetta immigranti illegali biex isostnu l-ekonomija tagħna.
Aħna bil-maqlub tal-Unjoni,
* mhux m’għandniex bżonn l-immigranti,
* iżda lanqas nistgħu naċċettawhom.
Għalhekk fil-każ tagħna,
* qegħdin nagħmlu żball kbir
* li nimxu bl-istess politika
* u regoli tal-Unjoni f’dan il-qasam,
* meta nafu li dawn ma jgħoddux għaċ-ċirkostanzi tagħna.
Lill-poplu għandna ngħidulu li l-immigranti illegali għandhom dritt għal
trattament xieraq għad-dinjitŕ umana tagħhom, u fl-ewwel lok għad-dritt
għall-ħajja.
Iżda
għandna ngħidu lill-poplu wkoll li l-immigranti illegali m’għandhomx dritt li
jgħixu f’Malta.
Lanqas l-UE ma għandha dritt tatihom id-dritt li jgħixu u jaħdmu f’pajjiżna, għalkemm għandha dritt tesiġi li nistmaw id-dinjitŕ umana tagħhom.
Aħna għandna d-dmir li sa kemm l-immigranti llegali jkunu hawn, niprovdulhom
bl-ikel, u nagħtuhom alloġġ diċenti, ilbies u servizz tal-kura tas-saħħa.
Iżda ma għandniex dmir niprovdulhom xogħol.
La
darba l-immigranti llegali
* huma f’pajjiżna mingħajr awtorizazzjoni,
* għandna dritt li nagħmlu restrizzjonijiet
* fuq il-moviment ħieles tagħhom,
*
billi inżommuhom f’ċentri magħluqin.
Ma aħniex obbligati li naraw jekk l-immigranti llegali li jsibu ruħhom
f’pajjiżna mingħajr ma jridu waqt li jkunu sejjrin lejn l-Ewropa, jikkwalifikaw
għall-għoti tal-istatus ta’ refuġjati, u jekk ma jikkwalifikawx, jekk għandhomx
jingħataw protezzjoni umanitarja.
Inkunu obbligati nikkunsidraw dan, jekk l-immigranti llegali jiġu f’pajjiżna biex jitolbu ażilu.
Tista’ tgħid li ħadd minnhom ma jrid ażilu f’Malta meta jaf li biħ ma jkun jista’ jmur jaħdem f’ xi pajjiż kbir tal-Unjoni Ewropea.
Għandna
wkoll nfissur lill-poplu x’inhi sewwa l-missjoni tal-Frontex tal-Unjoni Ewropea.
X’għandhom jagħmlu l-laneċ tal-Frontex meta jilmħu dgħajsa bl-immigranti llegali?
Għandhom jilqgħuha u jreġġghuha lura,
* jew għandhom jakkompanjawha fi trieqta lejn pajjiż tal-Ewropa?
Jekk
ma għandhom ireġġgħu lura dgħajjsa bl-immigranti llegali,
*
ir-rondi tal-Frontex mhumiex qegħdin irażżnu l-immigrazzjoni llegali,
*
iżda qegħdin jgħinuha.
Jekk ir-rondi tal-laneċ tal-Frontex ma għandhomx iħallu lid-dgħajjes
tal-immigranti legali sejrin fi triqithom lejn l-Ewropa, lill-immigranti jkunu
qegħdin iċaħħduhom mill-opportunitŕ li jitolbu l-ażilu.
Din hija d-dilemma tal-missjoni tal-Frontex
* u hemm bżonn li lill-poplu ngħidulu ċar u tond
* jekk il-Frontex twaqqfetx biex trażżan l-immigrazzjoni llegali,
* jew inkella biex tinkoraġġiha.
Rajna
dan l-aħħar li uffiċċjali tal-Unjoni Ewropa joġġezzjonaw lit-Taljani li reġġgħu
lura lejn il-Libja immigranti legali.
Saret oġġezzjoni lil Malta wkoll.
It-Taljani waqqfuha lill-unjoni u heddew li jużaw il-veto fil-każ ta’ kull deċiżjoni li l-Unjoni tkun trid tieħu.
Mhux
magħruf x’kienet ir-reazzjoni tal-Gvern Malti.
Li hu ċert hu li,
* kieku kien għall-maġġoranza tal-poplu Malti,
lill-Unjoni għandna ngħidulha
* li jekk veramnet irridu nrażżnu l-immigrazzjoni llegali,
* nridu inwaqqfu lid-dgħajjes tal-immigranti
* milli jwassluhom fil-pajjiżi tal-Unjoni.
Għax jekk l-immigranti jkunu jafu li se jintbagħtu lura, ma jkunux lesti jkomplu jħallsu l–flus u jissugraw ħajjithom għal xejn.
Hemm bżonn li lill-poplu nfemhuħ li jekk ma nridux inkomplu ngħinu
lill-organizazzjonijiet kriminali li n-negozju tagħhom jikkonsisti fi “human
trafficking”, għandha nibgħatu lura lill-immigranti.
Sakemm
nibqgħu naċċettawhom, l-organizazzjonijiet kriminali jkomplu jagħmlu l-flus minn
fuq it-tamiet tal-immigranti llegali li jsibu ħajja ġdida fl-Ewropa.
Jekk niskuraġġixxu l-immigrazzjoni llegali, nevitaw ukoll li mijiet ta’ immigranti jitilfu ħajjithom fl-ibħra tagħna, minkejja li nagħmlu kull sforz biex dawn it-traġedji ma jseħħux.
Anke hawn tidħol
l-etika morali –
* li nevitaw l-okkazjonijiet li fihom l-immigranti llegali jistgħu jitilfu ħajjithom,
*
billi niskuraġġixxu l-immigranti milli ibaħħru lejn l-Ewropa klandestinament.
Għandna ngħidu lill-poplu li meta nibgħatu lura lill-immigrnati llegali, ma
nċaħħduhomx mill-ikel u xorb u ħwejjeġ essenzjali li jkollhom bżonn fil-vjaġġ.
Niżguraw ukoll li l-mezzi bihom jintbagħtu lura jkunu tajbin u mhux ta’ periklu, tkun kemm tkun l-ispiża biex niżguraw dan.
L-alternattiva li
l-immigranti llegali nibagħatuhum lura,
* mhix li nżommuhom f’pajjiżna,
* iżda li ngħinuhom li jibqgħu sejjrin fejn iridu fl-Ewropa.

Lill-Unjoni
Ewropea għandha ngħidulha li jekk ma tridnix nibgħatuhom lura, għandha tħallina
ngħinuhom jibgħu sejjrin fejn iridu fl-Unjoni.
M’hemmx dubbju li l-maġġoranza kbira ħafna tal-poplu tagħna taqbel li ttieħed
din il-linja mal-Unjoni Ewropea fuq l-immigrazzjoni llegali.
U tistenna li l-Parlament Malti jsostni din il-linja għall-ġid u fl-interess
tal-poplu tagħna, u mhux iħalli li ssir il-ħsara enormi internazzjonali li
pajjiżna qiegħed iġarrab u l-ħsara enormi soċjali li l-poplu tagħna qiegħed
ibati.

Min jaf kemm ħbewlu lill-poplu
minn Eddy Privitera

Il-membru
parlamentari Ewropew, Dr Simon Busuttil – dak li kien imexxi ċ-Ċentru ta’
Informazzjon (MIC) rigward in-negozjati li kienu qegħdin isiru bejn il-Gvern
Malti u l-UE biex Malta tissieħeb fl-UE – dan l-aħħar inqabad kemm seta’ kien
qiegħed jgħawweġ il-veritŕ tal-fatti meta kien imexxi l-MIC.
F’artiklu li kiteb f’ġurnal lokali bl-Ingliż fil-5 ta’ Awwissu, Dr Busuttil
ikkritika wieħed mill-punti li l-Kap tal-Oppożizzjoni ppropona biex jitrażżan l-għoli
tal-ħajja.
Il-proposta li qabad magħha l-eks-mexxej tal-MIC kienet tirreferi għal prodotti
u servizzi li l-Gvern diġŕ qiegħed jimporta, bħal per eżempju, il-petrol, id-diżil
u żjut.
Perň Dr Busuttil ra ċ-ċans li jislet biss l-ewwel sentenza tal-paragrafu li kien jirrigwarda din il-proposta, li kienet tgħid:
“Il-Gvern jimporta prodotti u servizzi huwa stess u jimbiegħu lill-pubbliku b’mod differenti.”
U ħalla barra l-bqija tal-paragrafu waqt li akkuża lill-PL li jrid li l-Gvern jibda jimporta l-istess oġġetti u servizzi bħalma kien isir fi żmien tal-“Bulk Buying’, għexieren ta’ snin ilu!
Il-punt tiegħu hu dan.
Kif Dr Busuttil qabad u interpreta kif jaqbel lilu u lill-partit tiegħu fil-Gvern dak li l-Kap tal-Oppożizzjoni ppropona, ma setgħax Dr Busuttil għamel l-istess rigward in-negozjati li kienu saru bejn il-Gvern Malti u l-UE biex Malta tissieħeb fl-UE?
Fil-fatt wieħed mill-konsulenti tal-Gvern li kellu sehem importanti f’dawk in-negozjati
rigward l-ambjent u l-kwistjoni tal-kaċċa u l-insib, kien is-sur Saviour Balzan.
Is-Sur Balzan stess kien kixef l-ingann li kien sar waqt dawk in-negozjati biex
Malta tissieħeb fl-UE, meta fis-7 ta’ Mejju, 2007, kiteb hekk:
“I would remind Simon (Busuttil) that there were countless untruths about Europe that were presented to the public so as to give the impression that Europe was a bed of roses.”
Bil-Malti:
“Nista’ nfakkar lil Simon kemm gideb intqal bla qies biex tingħata l-impressjoni li l-Ewropa kienet xi ġenna tal-art.”
Jien kemm-il darba kelli skontri ma’ Dr Busuttil kemm fuq il-ġurnali u anki
fil-programm “Xarabank”.
Darba waħda Dr Busuttil (li personalment ma għandi xejn kontrih) qalli:
“Ed, għaliex dejjem taqbad miegħi?”
Għedtlu;
“jien naqbad miegħek l-aktar mhux fuq dak li tgħid, iżda fuq dak li tħalli barra u ma tgħidux.”
Alla biss jaf kemm affarijiet ma ntqalux lill-poplu Malti qabel ir-Referendum u
li issa l-poplu qiegħed isibhom ma’ wiċċu. Semmuhomlhom dawn l-affarijiet meta
l-appostli tal-UE jiġu fil-pjazza tar-raħal tagħkom.
Il-Ħamis, 3 ta’ Settembru, 2009
Fittex li tiffirma l-petizzjoni popolari lill-Parlament Malti biex jgħaddi miżuri li jrażżnu l-immigrazzjoni illegali f’pajjiżna.
IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-
Segretarju Finanzjarju
CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ