MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI

Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
minn Kampanja Ħelsien Nazzjonali CNI
GĦID LILL-KANDIDAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
Fis-seba’ snin 2007 – 2013 il-Maltin u l-Għawdxin se jkunu ħallsu lill-Unjoni Ewropea €360,000,000
Għaliex l-Oppożizzjoni Laburista għandha tastjeni (1)
minn
Karmenu Mifsud Bonnici
Għaddew
ftit ġimghat minn mindu l-Partit Laburista xandar ir-rapporti
kkummissjonati minnu dwar it-Trattat li jistabbilixxi Kostituzzjoni għall-Ewropa.
F’dawn il-ftit ġimgħat, minflok l-affarijiet iċċaraw,
iktar tħawdu.
Min-naħa tiegħi, m’għandix skop li nħawwad.
Jinteressani li nkun ċar u li niftiehem sewwa.
Għalhekk
nerġa’ nfisser kif naħsibha dwar din il-kwistjoni.
Fid-29 ta’ Ottubru 2004, f’Ruma, il-Prim Ministru Malti ffirma t-“Trattat
li Jistabbilixxi Kostituzzjoni għall-Ewropa”,
Aktar
tard f’din is-sena, il-Parlament Malti se jintalab jirratifika dak it-Trattat
li jistabbilixxi Kostituzzjoni għall-Ewropa.
Jekk il-25 pajjiż membri ta’ l-Unjoni Ewropea jirratifikaw dak it-Trattat
li jistabbilixxi Kostituzzjoni għall-Ewropa, l-Unjoni Ewropea tkun imwaqqfa
u jkollha l-Kostituzzjoni tagħha, skond dak it-Trattat iffirmat fid-29 ta’
Ottubru 2004, f’Ruma.
Is-suġġett tat-Trattat ta’ Ruma tad-29 ta’ Ottubru 2004 huwa l-Kostituzzjoni
ta’ l-Unjoni Ewropea ġdida li tiġi stabbilita skond dik
il-Kostituzzjoni.
Il-Parlament
Malti se jkun mitlub jiddiskuti dak is-suġġett, u huwa dak is-suġġett
li l-Partit Laburista qiegħed jiddiskuti biex jiddeċiedi kif għandha
ġġib ruħha l-Oppożizzjoni parlamentari dwar dak it-Trattat
li jistabbilixxi Kostituzzjoni għall-Ewropa, jiġifieri, jekk għandhiex
tivvota favur tiegħu, jew kontra tiegħu, jew tastjeni dwaru.
Dejjem sostnejt li l-Oppożizzjoni Laburista m’għandhiex tivvota favur it-Trattat li jistabilixxi Kostituzzjoni għall-Ewropa.
Qiegħed
infisser għaliex m’għandhiex tivvota favur u għaliex għandha
tastjeni (u għalhekk, mhux tivvota kontra).
Huwa fatt magħruf li l-Membri Parlamentari Nazzjonalisti se jivvutaw favur
il-mozzjoni tar-ratifika.
Bil-35
vot tagħhom, il-Parlament Malti qiegħed jiżgura li se jirratifika
t-Trattat li jistabilixxi Kostituzzjoni ghall-Ewropa.
Jekk l-Oppozizzjoni Laburista tastjeni, ma tintlaħaqx maġġoranza
kwalifikata fil-Parlament, li trid li jkun hemm żewġ terzi (2/3)
tal-Membri Parlamentari kollha li jivvutaw favur.
Jekk ir-ratifika ma ssirx b’maġġoranza, ħadd ma jkun jista’
jargumenta li r-ratifika tat-Trattat li jistabbilixxi Kostituzzjoni għall-Ewropa
tegħleb dawk l-artikoli tal-Kostituzzjoni ta’ Malta li jistgħu
jinbidlu biss jekk ikun hemm 2/3 (żewġ terzi) jew aktar tal-Membri
Parlamentari kollha li jivvutaw it-tibdil tagħhom.
Fost dawk l-artikoli tal-Kostituzzjoni Maltija li jistgħu jinbidlu biss
b’maġġoranza ta’ żewġ terzi jew aktar, hemm l-Artikolu 6
li jgħid li l-Kostituzzjoni Maltija hija suprema u tipprevali fuq kull liġi
f’Malta.
Sakemm
l-Artikolu 6 tal-Kostituzzjoni Maltija ma jitqies li ntegħleb bir-ratifika
b’maġġoranza kwalifikata tat-Trattat li jistabbilixxi Kostituzzjoni
għall-Ewropa (li tista’ tissejjaħ għall-konvenjenza
“Kostituzzjoni Ewropea”), kull liġi li l-Unjoni Ewropea tista’ tagħmel
li ma tkunx taqbel mal-Kostituzzjoni Maltija, ma tkunx tiswa u ma jkollhiex
effett f’Malta.
Biex il-Kostituzzjoni Maltija tibqa’ suprema fuq kull liġi li tista’
ssir mill-Unjoni Ewropea, huwa għalhekk essenzjali li l-Oppożizzjoni
Laburista tastjeni u mhux tiftiehem mal-Gvern ħalli tivvota favur
il-mozzjoni tar-ratifika mressqa mill-Gvern Nazzjonalista.
Barra mill-kwistjoni tas-supremazija tal-Kostituzzjoni Maltija fuq il-liġijiet
ta’ l-Unjoni Ewropea, hemm ħafna raġunijiet oħrajn għaliex
l-Oppożizzjoni Laburista għandha tastjeni dwar il-Kostituzzjoni
Ewropea.
Dawn
ir-raġunijiet niddiskutuhom aktar ’l quddiem.
IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA
It-Tlieta, 3 ta’ Mejju, 2005.
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat Lm2 flimkien ma' din il-formola liċ-
Chairman
CNI,
Dr
Karmenu Mifsud Bonnici B.A. LL.D.
81,
Triq Ġuże Pace,
Ħamrun.
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ