MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI

Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
Mill-Avukat Karmenu Mifsud Bonnici
Chairman
Kampanja Ħelsien
Nazzjonali CNI
IL-KOSTITUZZJONI TA' L-UNJONI EWROPEA TKASBAR IL-KOSTITUZZJONI TA' MALTA
Ghaliex l-Oppozizzjoni Laburista ghandha tastjeni (1)
Għaddew ftit ġimgħat
minn mindu l-Partit Laburista xandar ir-rapporti
kkummissjonati minnu dwar it-Trattat li jistabbilixxi Kostituzzjoni għall-Ewropa.
F’dawn il-ftit ġimgħat, minflok l-affarijiet iċċaraw,
iktar tħawdu.
Min-naħa tiegħi,
m’ghandix skop li nhawwad.
Jinteressani li nkun car u li
niftiehem sewwa.
Għalhekk nerġa’
nfisser kif naħsibha dwar din il-kwistjoni.
Fid-29 ta’ Ottubru 2004, f’Ruma, il-Prim Ministru Malti ffirma t-“Trattat
li Jistabbilixxi Kostituzzjoni għall-Ewropa”.
Aktar tard f’din is-sena,
il-Parlament Malti se jintalab jirratifika dak it-Trattat li jistabbilixxi
Kostituzzjoni għall-Ewropa.
Jekk il-25 pajjiż membri ta’ l-Unjoni Ewropea jirratifikaw dak it-Trattat
li jistabbilixxi Kostituzzjoni għall-Ewropa,
l-Unjoni Ewropea tkun imwaqqfa
u jkollha l-Kostituzzjoni tagħha, skond dak it-Trattat iffirmat fid-29
ta’ Ottubru 2004, f’Ruma.
Is-suġġett tat-Trattat ta’ Ruma tad-29 ta’ Ottubru 2004 huwa l-Kostituzzjoni ta’ l-Unjoni Ewropea ġdida li tiġi stabbilita skond
dik il-Kostituzzjoni.
Il-Parlament Malti se jkun mitlub
jiddiskuti dak is-suġġett, u huwa dak is-suġġett li l-Partit
Laburista qiegħed jiddiskuti biex jiddeċiedi kif għandha
ġġib ruħha l-Oppożizzjoni parlamentari
dwar dak it-Trattat
li jistabbilixxi Kostituzzjoni għall-Ewropa, jiġifieri, jekk għandhiex
tivvota favur tiegħu, jew kontra tiegħu, jew tastjeni dwaru.
Dejjem sostnejt li l-Oppożizzjoni Laburista m’għandhiex tivvota
favur it-Trattat li jistabilixxi Kostituzzjoni għall-Ewropa.
Qiegħed infisser għaliex
m’għandhiex tivvota favur u għaliex għandha tastjeni (u għalhekk,
mhux tivvota kontra).
Huwa fatt magħruf li l-Membri Parlamentari Nazzjonalisti se jivvutaw favur
il-mozzjoni tar-ratifika.
Bil-35 vot tagħhom,
il-Parlament Malti qiegħed jiżgura li se jirratifika t-Trattat li
jistabilixxi Kostituzzjoni għall-Ewropa.
Jekk l-Oppożizzjoni Laburista tastjeni, ma tintlaħaqx maġġoranza
kwalifikata fil-Parlament, li trid li jkun hemm żewġ terzi (2/3)
tal-Membri Parlamentari kollha li jivvutaw favur.
Jekk ir-ratifika ma ssirx b’maġġoranza, ħadd ma jkun jista’
jargumenta li r-ratifika tat-Trattat li jistabbilixxi Kostituzzjoni għall-Ewropa
tegħleb dawk l-artikoli tal-Kostituzzjoni ta’ Malta li jistgħu
jinbidlu biss jekk ikun hemm 2/3 (żewġ terzi) jew aktar tal-Membri
Parlamentari kollha li jivvutaw it-tibdil tagħhom.
Fost dawk l-artikoli tal-Kostituzzjoni Maltija li jistgħu jinbidlu biss
b’maġġoranza ta’ żewġ terzi jew aktar, hemm l-Artikolu 6
li jgħid li l-Kostituzzjoni Maltija hija suprema u tipprevali fuq kull liġi
f’Malta.
Sakemm l-Artikolu 6 tal-Kostituzzjoni Maltija ma jitqies li ntegħleb
bir-ratifika b’maġġoranza kwalifikata tat-Trattat li jistabbilixxi
Kostituzzjoni għall-Ewropa (li tista’ tissejjah għall- konvenjenza
“Kostituzzjoni Ewropea”), kull liġi li l-Unjoni Ewropea
tista’ tagħmel
li ma tkunx taqbel mal-Kostituzzjoni Maltija, ma tkunx tiswa u ma jkollhiex
effett f’Malta.
Biex il-Kostituzzjoni Maltija tibqa’ suprema fuq kull liġi li tista’
ssir mill-Unjoni Ewropea, huwa għalhekk essenzjali li
l-Oppożizzjoni
Laburista tastjeni u mhux tiftiehem mal-Gvern ħalli tivvota favur
il-mozzjoni tar-ratifika mressqa mill-Gvern Nazzjonalista.
Barra mill-kwistjoni tas-supremazija tal-Kostituzzjoni Maltija fuq il-liġijiet
ta’ l-Unjoni Ewropea, hemm ħafna raġunijiet oħrajn għaliex
l-Oppożizzjoni Laburista għandha tastjeni dwar
il-Kostituzzjoni Ewropea.
Dawn ir-raġunijiet
niddiskutuhom aktar ’l quddiem.
Ġurament ta' lealta` li jieħdu l-Membri Parlamentari kollha
Jiena ................................................ solennement naħlef / niddikjara li nkun tassew fidili u leali lejn il-Poplu u r- Repubblika ta’ Malta u l-Kostituzzjoni tagħha. (Hekk Alla jgħini).
Ġurament għall-qadi xieraq tal-kariga ta’ Prim Ministru jew Ministru ieħor jew Segretarju Parlamentari.
Jiena ................................................ solennement naħlef / niddikjara li naqdi fedelment u skond il-kuxjenza d-dmirijiet tiegħi bħala (Prim Ministru/Ministru/Segretarju Parlamentari) skond il-Kostituzzjoni u l-liġijiet ta’ Malta, mingħajr biża’ jew favur. ( Hekk Alla jgħini).
Ġurament għall-qadi xieraq tal-kariga ta’ President.
Jiena ..............................................., solennement naħlef / niddikjara li naqdi fedelment il-kariga ta’ President (li naqdi fedelment il-funzjonijiet tal-President) ta’ Malta, u li, skond l-aħjar ħila tiegħi nikkonserva, inħares u niddefendi l-Kostituzzjoni ta’ Malta. (Hekk Alla jgħini).
Sezzjoni 6 tal-Kostituzzjoni ta' Malta
6. Bla ħsara għad-disposizzjonijiet tas-subartikoli (7) u (9) ta’ l-artikolu 47 u ta’ l-artikolu 66 ta’ din il-Kostituzzjoni, jekk xi liġi oħra tkun inkonsistenti ma’ din il-Kostituzzjoni, din il-Kostituzzjoni għandha tipprevali u l-liġi l-oħra għandha, safejn tkun inkonsistenti, tkun bla effett.
Artiklu I-6 tal-Kostituzzjoni ta' l-Unjoni Ewropea
Dritt ta' l-Unjoni
Il-Kostituzzjoni u l-liġijiet adottati mill-istituzzjonijiet ta’ l-Unjoni fl-eżerċizzju tal-kompetenzi konferiti lilha għandhom jipprevalu fuq id-dritt ta’ l-Istati Membri.
Tista' tafda lil min jikser il-ĠURAMENT tiegħu/tagħha?
It-Tlieta, 3 ta' Mejju, 2005.
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat Lm2 flimkien ma' din il-formola liċ-
Chairman
CNI,
Dr
Karmenu Mifsud Bonnici B.A. LL.D.
81,
Triq Ġuże Pace,
Ħamrun.
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar