MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI

Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
GĦID LILL-KANDIDAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
Fis-seba’ snin 2007 – 2013 il-Maltin u l-Għawdxin se jkunu ħallsu lill-Unjoni Ewropea €420,000,000
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew kontra l-valuri Nsara
X’ifisser
il-ftehim ta’ Malta ma’ l-Unjoni Ewropea
minn Kampanja Ħelsien Nazzjonali CNI
Araw kif tassew nistgħu nitilqu mill-Unjoni Ewropea
Dan huwa video tal-Parlament Ewropew
Il-kritiċi tal-ftehim li l-Gvern Nazzjonalista għamel ma’ l-Unjoni Ewropea jixlu lill-Gvern li qiegħed jaħbi mill-poplu dak li l-Unjoni tridu jagħmel jekk Malta tissieħeb fl-Unjoni.
Huma
jsostnu li esperti ta’ l-Unjoni Ewropea ġew Malta u ddiskutew mad-dipartimenti
tal-Gvern id-dħul f’Malta tat-taxxa fuq id-djar.
Din it-taxxa titħallas kull sena fuq l-istima tal-valur tad-dar.
Min bena daru jew xtara daru, se jsib li jkollu jħallas taxxa fuq il-valur tagħha.
Aktar
ma l-valur jiżdied, akbar ikun l-ammont tat-taxxa li tkun trid titħallas.
Meta tidhol din it-taxxa, sid ta’ dar li tkun mikrija lil ħaddiehor,
ikollu jħallas it-taxxa mhux fuq il-kera li jdaħħal biss, iżda
fuq l-istima tal-valur tad-dar.
Huwa
mbagħad jgħaddi l-ammont tat-taxxa li jħallas lill-inkwilin billi
jżidlu l-kera bl-ammont tat-taxxa.
Il-kritiċi jsostnu wkoll li l-politika ta’ l-Unjoni Ewropea hija kontra
li jkun hemm kontroll mill-Gvern fuq il-kirjiet tad-djar.
Dan
ikun ifisser li l-kera togħla skond ma jrid is-suq.
Din il-politika ta’ ebda kontroll fuq il-kirjiet tad-djar, f’xi pajjiżi
tfisser li madwar nofs il-paga jew salarju tmur għall-ħlas tal-kera.
X’se
jiġri wara s-sena 2006?
Il-kritiċi
tal-ftehim ma’ l-Unjoni Ewropea jixlu lill-Gvern Malti li qiegħed jaħbi
mill-poplu l-fatt li wara s-sena 2006, Malta kull sena jkollha tħallas
lill-Unjoni aktar milli l-Unjoni tagħti lil Malta.
Skond iċ-ċifri li l-Gvern xandar, għas-snin 2004-2006, il-fondi
li l-Unjoni se tagħti lil Malta għall-proġetti se jlaħħqu
s-somma ta’ 57 miljun lira Maltija.
Għall-istess
tliet snin, il-pagamenti li Malta jkollha tagħmel lill-Unjoni huma 73
miljun lira Maltija.
Dan ifisser li fit-tliet snin, il-pagamenti li Malta trid tagħmel huma
Lm16-il miljun aktar mill-fondi li l-Unjoni tagħti lil Malta.
Dan
iġib li Malta trid kull sena tħallas Lm5 miljuni aktar milli tirċievi
mingħand l-Unjoni.
Wara s-sena 2006, l-Unjoni Ewropea ma tagħmilx pagamenti għall-budget
ta’ Malta.
L-għajnuna
għall-budget se tkun biss għall-ewwel tliet snin, sas-sena 2006.
X’se
jiġri mill-industrija lokali?
l-kritiċi
tal-ftehim tas-sħubija jixlu lill-Gvern Malti li qiegħed iqarraq
lill-imprendituri Maltin li jaħdmu għas-suq lokali, għax mhux
qiegħed igħidilhom li jekk Malta tissieħeb fl-Unjoni, il-Gvern ma
jkunx jista’ jkompli jagħtihom l-għajnuna li jista’ jagħtihom
illum.
Il-Gvern Malti aċċetta dak li l-Unjoni Ewropea trid, li Malta tħalli
jidħlu mingħajr ebda rażan u mingħajr ebda dazju jew levy,
il-prodotti li ġejjin mill-Unjoni Ewropea.
Il-prodotti importati f’Malta se jinbiegħu flok il-prodotti maħduma f’Malta mill-ħaddiema Maltin li jaħdmu ma‘ l-imprendituri lokali.
Inqas
bejgħ ta’ prodotti maħduma f’Malta, ifisser inqas ħaddiema jaħdmu
f’Malta.
Ifisser ukoll li imprendituri Maltin iżarmaw il-fabbriki u l-ħwienet
tax-xogħol tagħhom u minflok jimportaw l-oġġetti mill-Unjoni
Ewropea.
Għalhekk il-kritiċi jsostnu li l-politika ta’ l-Unjoni Ewropea
tiffavorixxi lill-fabbriki tagħha, b’dannu għall-fabbriki u l-ħwienet
tax-xogħol f’Malta.
X’se
jiġri mill-prezzijiet?
Il-propagandisti tal-ftehim tas-sħubija jiftaħru li bil-politika ta’ l-Unjoni Ewropea, il-konsumatur se jgawdi għax il-prezzijiet se jonqsu bit-tneħħija tad-dazji u l-levies.
Iżda
l-kritiċi tal-ftehim tas-sħubija jwieġbu li l-prezzijiet ta’ l-oġġetti
li nimportaw minn pajjiżi barra l-Unjoni, se jiżdiedu bid-dazji li fl-Unjoni
jġiegħelna nagħmlu ħalli nipproteġu l-prodotti ta’ l-Unjoni.
Il-kritiċi tal-ftehim tas-sħubija jsostnu li ħafna oġġetti
li nimportaw mill-Unjoni wkoll se jiżdiedu fil-prezz għax illum l-Unjoni
tissussidjahom jekk jinbiegħu lil pajjiż barra l-Unjoni, kif Malta
hija llum, iżda jekk Malta tissieħeb, l-Unjoni ma tibqax
tissussidjahom u għalhekk il-prezzijiet ikunu ogħla.
Il-kritiċi tal-ftehim iżidu jgħidu li l-iskuża li jġibu
l-propagandisti tal-ftehim tas-sħubija, fis-sens li l-konsumatur se jgawdi
bir-roħs fil-prezzijiet, hija vojta għax l-Unjoni mponiet li l-Gvern
jintaxxa bil-VAT kemm l-oġġetti ta’ l-ikel, kif ukoll il-mediċini.
Il-VAT
fuq kull oġġetti, kif l-Unjoni Ewropea trid, se tgħolli l-prezzijiet
li l-konsumatur Malti se jkollu jħallas.
X’se
jiġri mis-servizzi soċjali?
Il-propagandisti tal-ftehim tas-sħubija jgħidu li mhux se jkollu effetti ħżiena fuq is-servizzi soċjali f’pajjiżna.
Iżda
l-kritiċi tal-ftehim isostnu li l-Gvern Malti se jkun imġiegħel
mill-Unjoni Ewropea biex inaqqas is-servizzi jew benefiċċji soċjali
ħalli tonqos l-ispiża tal-Gvern u jonqos l-iżbilanċ tal-budget.
L-Unjoni Ewropea tagħmel pressjoni fuq il-gvernijiet tal-pajjiżi
membri ħalli jnaqqsu l-ispiża tagħhom.
Il-gvernijiet tal-pajjiżi membri jfittxu li jnaqqsu l-ispiża tagħhom
billi jnaqqsu s-servizzi u l-benefiċċji soċjali.
B’hekk,
għalkemm l-Unjoni Ewropea ma tiddettax il-politika soċjali tal-pajjiżi
membri, xorta waħda tindaħal fil-qasam soċjali tagħhom,
billi tinsisti magħhom li jnaqqsu l-ispiża tas-servizzi u benefiċċji
soċjali.
L-istess ħaġa tgħodd għall-pensjonijiet.
Il-propagandisti
tal-ftehim tas-sħubija jgħidu li l-Unjoni Ewropea ma tindaħalx
fil-pensjonijiet li jitħallsu fil-pajjiżi membri.
Iżda l-kritiċi ta’ l-Unjoni Ewropea jsostnu li l-Unjoni tagħmel
pressjoni kbira fuq il-pajjiżi membri ħalli jnaqqsu l-piż
tal-pensjoni fuq in-nefqa tal-gvernijiet tal-pajjiżi membri.
Għalkemm
l-Unjoni Ewropea għadha ma għamlitx regola kemm għandha tkun l-etŕ
ta’ l-irtirar għall-pensjoni, l-Unjoni Ewropea qiegħda tirrikmanda
li din għandha togħla għal 65 sena.
X’se
jiġri mis-suldati?
Il-propagandisti tal-ftehim tas-sħubija jgħidu li s-suldati Maltin li se jmorru fl-armata Ewropea, se jkunu volontiera u mhux se jieħdu sehem fi ġlied.
Iżda
l-kritiċi tal-ftehim tas-sħubija ma jaqblux ma’ dan.
Il-kritiċi jfakkru li l-Gvern Malti ntrabat li s-suldati Maltin li jmorru
fl-armata Ewropea se jagħmlu sehem mill-kontinġent tas-suldati Taljani.
Dan
ikun ifisser li se jkunu taħt fizzjali Taljani u jmorru kull fejn il-kontinġent
Taljan imur u jagħmlu dak li l-kontinġent Taljan jiġi ordnat li
jagħmel.
Il-kritiċi jfakkru wkoll li s-suldati li qegħdin jingaġġaw
illum fl-armata Maltija, qegħdin jingħataw jiffirmaw li jkunu lesti li
jservu barra minn Malta jekk ikunu ordnati jagħmlu dan.
Il-kritiċi
jgħidu li din ir-rabta li s-suldati ġodda qegħdin jintalbu
jiffirmaw, turi li jekk ma jkunx hemm suldati voluntiera, suldati mhux
voluntiera jkunu ordnati jmorru jservu barra minn Malta fl-armata Ewropea.
X’se
jiġri mill-kaċċaturi u n-nassaba?
Il-kritiċi
tal-ftehim tas-sħubija joġġezzjonaw li l-Unjoni Ewropea ġagħlet
lill-Gvern Malti jikser il-wegħda elettorali li kien għamel qabel l-aħħar
elezzjoni lill-kaċċaturi u n-nassaba, li ma jnaqqsilhom xejn minn dak
li kellhom u li jikkonsultaw il-ħin kollu dwar in-negozjati li huwa jagħmel
ma’ l-Unjoni Ewropea dwar il-kaċċa u nsib f’Malta.
Il-mexxejja tal-kaċċaturi u nassaba jixlu lill-Gvern Nazzjonalista li
ma żammx kelmtu magħhom u ma kkonsultahomx f’kollox u lanqas ħalla
l-affarijiet kif inhuma llum.
Il-kaċċaturi
u nassaba jixlu lill-Gvern Malti li bil-ftehim li għamel ma’ l-Unjoni
Ewropea l-kaċċa u nsib f’pajjiżna, biż-żmien se
jinqerdu.
Il-kaċċaturi u n-nassaba jilmentaw li l-Gvern ma żammx sod kontra
l-Unjoni Ewropea u ma qalilhix li jkun ħafna u ħafna aħjar għaż-żgħażagħ
Maltin li jibqgħu mehdijin fil-kaċċa u fl-insib, mill-jinfexxu
fil-vizzji, fosthom tad-droga.
Il-kaċċaturi u nassaba jinsistu wkoll li l-Gvern naqas li juri
lill-Unjoni Ewropea kemm huma jieħdu ħsieb l-ambjent tal-kampanja fejn
imorru għall-kaċċa u għall-insib.
X’se jiġri mill-ħaddiema tax-xatt?
Il-propagandisti
tal-ftehim tas-sħubija u anki x’uħud mill-Ministri, qegħdin
jitqanżħu ħafna biex iqarrqu bil-ħaddiema tax-xatt, billi
jipprovaw jgħidulhom li d-direttivi ta’ l-Unjoni Ewropea m’humiex se
jagħmlulhom ħsara.
Iżda l-ħaddiema tax-xatt fehmu sewwa li d-direttivi ta’ l-Unjoni
Ewropea jfissru għalihom li se jħarrbtulhom is-sistema u d-drittijiet
li huma kisbu bil-ġlidiet li matul is-snin għamlu biex jakkwistaw id-dinjitŕ
u d-drittijiet li huma għandhom illum.
Il-liberalizzazzjoni tax-xogħol tal-portijiet tfisser għall-ħaddiema
tax-xatt telf tad-dħul li għandhom u telf ta’ drittijiet li għandhom.
Tfisser li x-xogħol fil-port jerġa’ jmur lura għaż-żmien meta l-ħaddiema la kienu żguri mix-xogħol u lanqas kellhom garanzija ta’ dħul diċenti u kienu jitqabbdu għax-xogħol mis-sidien, skond ma s-sidien kien jaqblilhom jagħmlu.
Ix-xatt
kien ġungla, fil-waqt li llum, ix-xogħol tax-xatt huwa mill-aktar
ordnat. Id-direttivi ta’ l-Unjoni Ewropea se jħarbtu l-ordni li hemm fix-xogħol
tax-xatt.
X’se
jiġri bir-ristrutturar?
Il-propagandisti tal-ftehim tas-sħubija ma’ l-Unjoni Ewropea jħobbu jgħidu li bis-saħħa ta’ l-Unjoni ħafna postijiet tax-xogħol u ħafna fabbriki se jirristrutturaw ruħhom.

Il-kritiċi
tal-ftehim iwieġbu li dan id-diskors jaħbi l-fatt li bil-politika u r-
regoli ta’ l-Unjoni Ewropea, ħafna postijiet tax-xogħol u
fabbriki jkollhom inaqqsu lill-ħaddiema u x’uħud mill-fabbriki u
postijiet tax-xogħol ikollhom jagħlqu u jżarmaw.
Il-kritiċi jgħidu li l-kelma ta’ ristrutturar taħbi l-kruha
tat-telf ta’ l-impjiegi lill-ħaddiema u tal-falliment ta’ l-impriżi
lis-sidien.
Skond il-kritiċi tal-politika ta’ l-Unjoni Ewropea, ir-regoli tas-suq ma jagħtux kas il-ħtieġa soċjali tax-xogħol u l-impjiegi, li huma s-sisien tad-dinjitŕ tal-bniedem.
L-Unjoni
Ewropea tqim is-suq aktar mill-bniedem u minħabba dan, tinġieb l-iskuża
li bil-globalizzazzjoni, trid isseħħ ristrutturar ta’ l-industrija u
ta’ l-impiegi.
Il-kritiċi tal-politika ta’ l-Unjoni Ewropea u tal-ftehim li l-Gvern
Malti għamel magħha, isostnu li jekk pajjiżna jħalli r-regoli
tas-suq jiddettaw x’jiġri mix-xogħol f’pajjiżna u mill-impjiegi
f’pajjiżna, nispiċċaw b’numru ħafna akbar ta’ nies qegħda
u ta’ żgħażagħ li ma jsibux xogħol. Ir-ristrutturar
ikun ifisser qgħad.
It-Tnejn, 3 ta’ Marzu, 2003
IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola liċ-
Segretarju Finanzjarju
CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ