MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI


Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA
L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
L-Unjoni Ewropea ordnat li fis-sena 2011 il-Maltin u l-Għawdxin iħallsuha €68,000,000
€186,000 kuljum misruqa minn ħalq uliedek
Suġġeriment
ta’ Karmenu Mifsud Bonnici dwar l-immigranti illegali:
Dgħajjes biex jitilqu minn Malta
Mhux minnu li ma nistgħux noħorġu mill-Unjoni Ewropea.
Araw dan il-video tal-Parlament Ewropew kif nistgħu noħorġu
Il-mexxej
tal-Kampanja għall-Ħelsien Nazzjonali, l-Avukat Karmenu Mifsud Bonnici,
il-bieraħ sostna li l-immigranti illegalii għandhom jiġu provduti
b’dgħajjes biex bihom “imorru fejn iridu jmorru”.
Huwa
sostna li madankollu dan ma jbiddel xejn mill-obbligu tagħna li nsalvawhom
minn fuq xi dgħajsa li tkun f’diffikultà u li ntuhom l-ikel.
Huwa u jindirizza konferenza ta’ l-aħbarijiet dwar il-“ħsara” li
qegħdin inġarrbu bis-sħubija fl-UE, Karmenu Mifsud Bonnici qal li
fejn trid l-UE tapplika r-ripatrijazzjoni u riċentement sar qbil bejnha u
s-Senegal fejn 18,000 immigrant illegali ntbagħtu lura mill-UE.
L-Avukat
Karmenu Mifsud Bonnici sostna li kieku lil kull immigrant illegali ntuh Lm2,000
biex jitlaq, dan jiġi jiswina nofs l-ispiża attwali għax kull
immigrant jiġi jiswa Lm13 kuljum, jiġifieri Lm4,745 fis-sena u għalhekk
2,500 immigrant jiġu jiswewna mal-Lm11 miljun fis-sena.
L-Avukat Mifsud Bonnici qal li din mhux biss tiffrankalna l-flus imma tevitalna
wkoll ċerti konsegwenzi soċjali fosthom immigranti illegali rġiel
li jiżżewġu nisa Maltin għall-konvenjenza, jibqa’ Malta
anke jekk iż-żwieġ jiġi annullat u l-mara tibda titlob
il-benefiċċji soċjali biex tmantni lil uliedha.
Dan, qal Karmenu Mifsud Bonnici huwa barra l-inkwiet u l-ġlied li jidħlu fihom uħud minnhom u l-mard.
Waqt li fisser il-wasla ta’ l-immigranti illegali bħala “invażjoni regolari u organizzata”, l-eks-Prim Ministru Malti qal li kieku napplikaw il-liġi lokali kien ikollna nkeċċuhom imma minħabba s-sħubija fl-UE ma nistgħux napplikawha.
L-Avukat Mifsud Bonnici semma kif waqt li l-UE qed tinsisti li wara tliet xhur
neħilsuhom u naċċettaw anke membri tal-familji tagħhom, issa
qed tikkritikana wkoll li mhux nagħmlu biżżejjed biex
nintegrawhom fis-soċjetà.
Il-kelliem qal li b’dan il-mod lill-immigranti illegalii se nħeġġuhom
biex jiġu aktar għax ma nistgħux nibagħtuhom lura minħabba
fiha.
Dan
qed jiġi jiswina l-flus meta l-Gvern missu jħallihom jitilqu.
Minbarra l-immigrazzjoni illegali, l-eks-Mexxej Laburista tkellem ukoll dwar
il-munita Ewro u qal li bħalissa qiegħda ssir kampanja ta’
propoganda li qed tiswina eluf ta’ liri meta b’rata tal-kambju stabbilità
l-poplu m’għandux iħabbel rasu ħlief li jagħmel il-konverżjoni
mill-munita għall-oħra.

Waqt li qal li bl-iskuża ta’ l-Ewro qed issir propoganda biex minn antagonista ta’ l-UE l-pajjiż isir favur, il-kelliem irrefera għall-fatt li l-Ewro se tidħol fil-kurrikulu ta’ l-iskejjel u qal li dan ifisser li se tieħu post suġġett ieħor.
Huwa
fisser dan il-pass bħala “ħasil ta’ l-imħuħ u
misinformazzjoni għax ċerti li ħadd ma jsemmi żvantaġġi
ta’ l-Ewro”.
L-Avukat Mifsud Bonnici qal li l-akbar problema ta’ l-Ewro hija li din mhux se
tgħin lill-kompetittività ta’ pajjiżna għax se żżidilna
l-ispejjeż.
Huwa
qal li pajjiżi Ewropej stess qegħdin jgħidu li r-rata għolja
ta’ l-Ewro qed tħalli impatt ħażin fuq l-esportazzjoni.
L-Avukat Mifsud Bonnici kkritika wkoll il-ħela fl-UE u qal li din qiegħda
fid-DNA tagħha tant li hija stess ammettiet li qegħdin jinsterqu mal-€1
miljun kuljum waqt li hemm diversi uffiċjali ta’ l-UE li qegħdin jiġu
investigati fuq frodi u serq fil-finanzi tagħha.
L-Avukat
Mifsud Bonnici saħaq li l-fondi ta’ l-UE mhux qegħdin jaġevolaw
lill-poplu imma qegħdin imorru biss fuq ċertu setturi li qegħdin
jistagħnew.
IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA
It-Tnejn, 2 ta’ Ottubru, 2007
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-
Segretarju Finanzjarju CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ