MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI

Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
minn Kampanja Ħelsien Nazzjonali CNI
GĦID LILL-KANDIDAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
Fis-seba’ snin 2007 – 2013 il-Maltin u l-Għawdxin se jkunu ħallsu lill-Unjoni Ewropea €420,000,00
Malta tilfet il-vu
Ħadd
ma sema’ l-vuċi ta’ Malta fil-laqgħa ta’ l-Organizzazzjoni
Dinjija tal-Kummerċ (World Trade Organisation, WTO) li għadha kif
saret f’Cancun, fil-Messiku u li ntemmet f’falliment sħiħ.
L-Unjoni Ewropea laqtet kritika ħarxa għas-sehem tagħha fil-laqgħa
tal-WTO f’Cancun.
Il-Kummissarju Pascal Lamy mexxa’ r-rappreżentanti
ta’ l-Unjoni Ewropea li nsistew li l-laqgħa kellha tiddiskuti l-erba’
suġġetti li kienu tqajmu f’laqgħa qabel li kienet saret
f’Singapore.
L-erba’
suggetti huma
* r-regoli li jikkontrollaw il-kompetizzjoni fil-kummerċ,
* ir-regoli li għandhom x‘jaqsmu ma’ l-investiment f’pajjiżi barranin,
* ir-regoli tat-trasparenza fl-għoti tal-kuntratti ta’ xiri u ta’ xogħol mill-gvernijiet u
*
l-faċilitajiet li għandhom jingħataw
biex ikun hemm aktar kummerċ mill-Unjoni Ewropea.

Fil-laqgħa ta’ Cancun l-Unjoni Ewropea dehret li ma riditx tilħaq kompromess dwar dawn l-erba’ suġġetti.
Sa 24 siegħa qabel il-laqgħa ntemmet, il-Kummissarju Ewropew Lamy baqa’ jinsisti li kellhom isiru negozjati dwar dawn l-erba’ suġġetti.
Kien biss fl-aħħar jum tal-laqgħa, fil-għodu, li huwa ċeda li jiġu diskussi tnejn biss mill-erba’ suġġetti.
Meta deher li l-laqgħa kienet sejra tintemm ħesrem b’falliment, l-Unjoni Ewropea tat ħjiel li kienu taċċetta li suġġett wieħed biss mill-erba’ jkun diskuss.
Iżda din kienet mossa li saret tard wisq u saret għalxejn.
Il-pajjiżi fqar u dawk li qegħdin jiżviluppaw kienu deċiżi li lill-Unjoni Ewropea din id-darba ma jċedulhiex.
Għalihom,
is-suġġetti li kellhom jiddiskutu kienu għal kollox differenti
minn dawk li l-Unjoni riedet tiddiskuti.
Il-pajjiżi
fqar u dawk li qegħdin jiżviluppaw talbu lill-Unjoni Ewropea
* tnaqqas is-sussidji li tagħti lill-biedja tagħha,
* taqta’ d-dazji li timponi fuq l-importazzjoni tal-prodotti tal-biedja,
* ma tkomplix tissussidja l-esportazzjoni tal-prodotti tal-biedja tagħha,
*
li tbaxxi d-dazji fuq l-importazzjoni tal-ħwejjeġ
maħduma fil-fabbriki u
*
tneħħi l-kontrolli fuq l-għoti ta’ servizzi lill-pajjiżi
ta’ l-Unjoni minn pajjiżi barra l-Unjoni.
Il-pajjiżi fqar u li qegħdin jiżviluppaw sostnew li l-Unjoni
Ewropea fil-laqgħa tal-WTO li kienet saret f’Doha, il-belt kapitali tal-Qatar,
fis-sena 2001, kienet qablet li tiddiskuti dawn il-ħwejjeġ kollha.
Iżda
l-Unjoni Ewropea f’Cancun ma ħarġitx li kienet lesta tieħu
passi dwarhom u ċaħdet li hija kienet xi darba aċċettat li
ma tkomplix tagħti sussidji għall-esportazzjoni tal-prodotti
tal-biedja tagħha.
Il-miżuri li l-Unjoni Ewropea tħaddem ifissru li l-prodotti tal-biedja
tagħha jkunu orħos fis-swieq tal-pajjiżi barra l-Unjoni li
jimpurtawhom u b’hekk joqtlu l-prodotti tal-biedja mkabbra f’dawk il-pajjiżi.
U jfissru wkoll li l-pajjiżi barra l-Unjoni ma jitħallewx ibiegħu fis-swieq ta’ l-Unjoni minħabba d-dazji għolja li l-Unjoni tagħmel.
B’dan
il-mod il-pajjiżi fqar u li qegħdin jiżviluppaw ma jistgħux
jikkompetu ma’ l-UE fil-bejgħ tal-prodotti tal-biedja tagħhom.
Fil-laqgħa ta‘ Cancun l-irvell kontra l-Unjoni Ewropea tmexxiet minn
alleanza ġdida ta’ pajjiżi li saret magħrufa bħala “G
21” għax hija magħmula minn 21 pajjiż.




Dawn
huma:
* l-Arġentina,
* il-Bolivja,
* il-Brażil,
* iċ-Ċili,




*
iċ-Ċina,
* il-Kolombja,
* il-Costa Rika,
* Kuba,




*
l-Ekwador,
* l-Eġittu,
* il-Gwatemala,
* l-Indja,




*
l-Indoneżja,
* il-Messiku,
* in-Niġerja,
* il-Pakistan,

*
il-Paragwaj,
* il-Perù,
* il-Filippini,
* l-Afrika t’Isfel,
* it-Tajlandja u
*
l-Venezwela.
Numru ta’ pajjiżi tal-Punent ta’ l-Afrika wkoll appoġġjaw
bis-sħiħ l-alleanza tal-G 21.
Il-pajjiżi ta’ l-alleanza tal-G 21 (li tfisser il-grupp tal-21 pajjiż)
flimkien għandhom nofs il-popolazzjoni tad-dinja u tnejn minn kull tlieta
tal-bdiewa fid-dinja.
Għalhekk
il-vuċi tagħhom għandha saħħa u huma għarfu jużaw
din is-saħħa fil-laqgħa ta‘ Cancun.
F’Cancun fl-istess żmien inġemgħu eluf ta‘ imsieħba ta’
għaqdiet mhux governattivi (magħrufa bhala NGO’s) biex jipprotestaw
kontra l-politika tal-World Trade Organisation.
Dawn kienu l-istess nies u għaqdiet li erba’ snin ilu fi Seattle, fl-Istati Uniti, irnexxielhom iħarrbtu l-laqgħa bid-dimostrazzjonijiet vjolenti li għamlu.
Wara l-falliment tal-laqgħa ta’ Cancun, fi stqarrija għall-istampa, dawn l-NGO’s ftaħru li l-falliment tal-laqgħa kienet tfisser rebħa għall-popli (Victory to the people).
L-NGO’s ħeġġew lill-pajjiżi fqar u li qegħdin jiżviluppaw biex ma jċedux għall-pressjoni ta’ l-UE u l-Istati Uniti, il-Ġappun u pajjiżi oħra avvanzati.
Issa
wieħed jista’ jistenna li kull meta jkun hemm laqgħa tal-WTO, se
jkun hemm protesti u dimostrazzjonijiet kbar kontra.
Hawn f‘Malta l-Gvern ftit deher li ħa interess f‘dak li seħħ
fil-laqgħa tal-World Trade Organisation f’Cancun.
Il-vuċi ta’ Malta ma setgħetx tinstema’ għax Malta tilfet il-vuċi fil-laqgħat fejn l-UE tieħu sehem.
L-UE titkellem għall-pajjiżi membri kollha tagħha.
Dan
ifisser ukoll li Malta ħarġet telliefa mil-laqgħa ta’ Cancun għaliex
l-UE tilfet il-partita.
L-agħar ħaġa li Malta setgħet jiġrilha hija li f’għajnejn
il-pajjiżi fqar u li qegħdin jiżviluppaw Malta dehret waħda
mill-għedewwa tagħhom u dehret tagħmel parti mill-pajjiżi
sinjuri ta’ l-UE, li bil-politika kummerċjali tagħhom qegħdin
jagħmlu ħsara lil u jżommu milli jimxu ’l quddiem, il-pajjiżi
u li qegħdin jiżviluppaw.
L-aħħar
skandlu fl-Unjoni Ewropea
L-Unjoni Ewropea reġgħet qiegħda titriegħed b’terrimot ta’ frodi u korruzzjoni fl-uffiċċju ta’ l-Istatistika ta’ l-Unjoni, magħruf bl-isem ta’ Eurostat.
F’dan l-uffiċċju hemm madwar 730 impjegat.


Id-direttur
ta’ l-Eurostat, Yves Franchet, tneħħa minn postu f’Lulju li għadda
minħabba l-iskandlu li faqqa’ f’April ta’ qabel.
Il-ġimgha l-oħra l-President tal-Kummissjoni Ewropea, Romano Prodi,
deher quddiem il-presidenti tal-gruppi tal-partiti politiċi li hemm
fil-Parlament Ewropew u quddiem il-Kummissjoni tal-Parlament li tissorvelja l-kontijiet
ta’ l-UE, biex jagħtihom rendikont dwar l-iskandlu ta’ frodi u
korruzzjoni li nstab s’issa fl-Eurostat.

L-Eurostat
jaqa’ taħt ir-responsabbiltà diretta tal-Kummissarju tal-ħwejjeġ
monetarji u ekonomiċi, l-Ispanjol Pedro Solbes.
Jiżfnu fl-inkwiet maħluq mill-iskandlu ta’ l-Eurostat jinsabu mhux
biss il-Kummissarju Pedro Solbes, iżda anki l-Vici President
tal-Kummissjoni Ewropea, l-Ingliż Neil Kinnock u saħansitra l-istess
President, Romano Prodi.
Numru
ta’ deputati tal-Parlament Ewropew qegħdin jixlu lil Romano Prodi u Neil
Kinnock li ma ħadux il-passi meħtieġa kontra min kien
responsabbli, meta huma saru jafu bil-frodi u l-korruzzjoni.
Skond
rapporti li saru mill-uffiċċju ta’ kontra l-frodi mwaqqaf mill-Unjoni
Ewropea u magħruf bl-isem ta’ OLAF, il-Eurostat għamlet kuntratt
frawdolenti ma’ kumpaniji privati li tqabbdu jagħmlu
* xogħol ta’ statistika dwar l-ekonomija,
* il-finanzi,
* il-popolazzjoni,
* l-industrija,
* kummerċ u
* oqsma oħra ta’ l-Unjoni.
Tnejn
minn dawn il-kuntratti huma kbar, wieħed ta’ għaxar miljuni u nofs
Euro u ieħor ta’ erba’ miljuni u sitt mitt elf Euro.
Jingħad li l-qerq fil-kuntratti sar billi l-kuntratti ngħataw valuri
aktar milli kienu jiswew.
Id-differenza marret jew f’kontijiet bankarji ta’ uffiċjali ta’ l-Eurostat jew fi ħlas ta’ vjaġġi u vaganzi tagħhom jew inkella f’benefiċċji oħra mogħtija lilhom.
Instab
li ma kienx hemm kontroll tajjeb tal-kontijiet u ta’ l-infieq tal-flus u l-għoti
ta’ kuntratti lill-kumpaniji ta’ l-istess uffiċjali ta’ l-Eurostat
jew li l-uffiċjali għandhom interess qawwi fihom.
F’Lulju tas-sena l-oħra l-OLAF, l-uffiċċju ta’ kontra l-frodi
ta’ l-UE, wissa lill-Kummissjoni Ewropea li aktarx kien hemm frodi
f‘kuntratti mogħtija mill-Eurostat lill-kumpaniji privati Eurogramme u
Eurocost.
F’Marzu ta’ din is-sena l-Parlament Ewropew talab lill-Kummissjoni Ewropea
tagħmel inkjesta dwar il-kuntratti kollha ta’ l-Eurostat sa mis-sena
1999.

F’Lulju li għadda, Romano Prodi ħabbar li waqqaf “task force”
biex tagħmel investigazzjoni tal-kuntratti u l-kontijiet ta’ l-Eurostat u
ħa miżuri drastiċi biex jikkontrolla l-ħidma tagħha
fosthom billi ssospenda lid-direttur ta’ l-Eurostat, Yves Franchet.
Il-Parlament Ewropew xejn ma deher sodisfatt li l-Kummissjoni Ewropea kienet
qdiet dmirha sew fit-tmexxija ta’ l-Uffiċċju ta’ l-Istatistika, l-Eurostat,
li tiegħu l-Kummissjoni hija responsabbli.
Il-Parlament talab li jisma’ lil
* Romano Prodi,
* lill-Viċi tiegħu Neil Kinnock u
* lill-Kummissarju responsabbli ta’ l-Eurostat, Pedro Solbes.
Xi membri tal-Parlament jidhrilhom li l-Kummissarju Solbes għandu jirriżenja għaliex ma kkontrollax kif kellu jagħmel l-Ufficcju ta’ l-Istatistika.
Mentri
oħrajn jgħidu li anki l-Viċi President Kinnock għandu jirriżenja
għax dan kellu d-dmir li jagħmel ir-riformi meħtieġa wara l-iskandli
ta‘ korruzzjoni li waqqgħu l-Kummissjoni Ewropea fl-1999 li kienet
imexxija minn Jacques Santer, tal-Lussemburgu.
Anki Romano Prodi huwa mhedded flimkien mal-Kummissjoni Ewropea kollha għaliex
huma mixlija li kaxkru saqajhom u ma ħadux passi mill-ewwel hekk kif saru
jafu bil-każi ta’ frodi u korruzzjoni ta’ Eurostat.
La Solbes u lanqas Kinnock m’huma mdaħħla personalment fil-każi ta’ frodi u korruzzjoni.
Huma
mixlija biss li naqsu milli jagħmlu dmirhom kif mistennija minnhom.
Romano Prodi, meta fil-25 ta’ Settembru deher quddiem il-kapijiet tal-gruppi
tal-partiti politiċi tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni Parlamentari
li tikkontrolla l-infieq ta‘ l-Unjoni, saħaq li l-akbar każi ta’
frodi u korruzzjoni ġejjin minn qabel l-1999 taħt il-Kummissjoni
Ewropea li kienet imġagħla tirriżenja.
Huwa insista wkoll li ma kienx hemm traskuragni min-naħa tal-Kummissarju Solbes u lanqas nuqqasijiet mill-Viċi President Kinnock.
Huwa
warrab għal kollox il-ħsieb li l-Kummissjoni Ewropea kollha tirriżenja
minhabba l-iskandlu ta’ l-Eurostat.
Għad mhux magħruf x‘se jiddeċiedi l-Parlament Ewropew dwar din
il-ġrajja ta’ għajb li tkompli ddgħajjef il-fiduċja
tal-pubbliku fl-UE.
Lanqas m’huwa magħruf kemm miljuni ta‘ Euros tħallsu żejda
mill-UE bi frodi u b’korruzzjoni.
Il-fondi ta‘ l-UE ġejjin kollha mit-taxxi taċ-ċittadini tal-pajjiżi membri.
IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA
Il-Ħamis, 2 ta’ Ottubru, 2003
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola liċ-
Segretarju Finanzjarju
CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ