MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI

KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI

 

 

Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin

u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea

 

NAĦILFU LI NEĦILSU LIL MALTA MILL-JASAR, IL-KOLONJALIŻMU U L-ĦAKMA DITTATORJALI ILLEGALI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA

L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!

 

L-Unjoni Ewropea ordnat li mis-sena 2010 il-Maltin u l-Għawdxin iħallsuha

€182,192 kuljum misruqa minn ħalq uliedek

 

minn Karmenu Mifsud Bonnici KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI

 

Il-qerq tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea

 

Mhux minnu li ma nistgħux noħorġu mill-Unjoni Ewropea.

Araw dan il-video tal-Parlament Ewropew kif nistgħu noħorġu

 Video Parlament Ewropew

 

Spiss ixandru li se jsir proġett imħallas mill-fondi tal-UE.

 

Ovvjament, il-Prim Ministru jew xi ministru jintervjeni biex ifakkar li dawn il-fondi ġejjin bis-saħħa tal-UE.

Iżda ħadd ma tiġiħ id-diċenza, li xi darba jfakkar lill-poplu kemm miljuni ta’ ewro qegħdin nagħtu kull sena lill-UE.

 

Din is-sena biss se nagħtuha €66.5 miljun, u fis-sitt snin ta’ sħubija fl-UE, se nkunu tajnieha madwar €376 miljun.

Għalhekk għandna raġun insostnu li l-Gvern u l-propagandisti fostna tal-UE qegħdin iqarrqu bil-poplu Malti, billi qegħdin jaħbu kemm qegħdin nagħtu lill-UE, waqt li juruh biss il-faċċata l-oħra ta’ x’aħna nirċievu mill-UE.

 

Din hi diżonestà politika kbira u disprezz tal-poplu li jixraqlu li jkun ittrattat aħjar.

Il-fatt li qegħdin jaħbu mill-poplu tagħrif importanti huwa ta’ stmerrija u jitfa’ dell ikrah fuqhom, iżda juri li jibżgħu li jekk il-poplu jkun jaf l-istampa sħiħa ta’ kemm is-sħubija tagħna qiegħda tiswielna l-poplu jifhem li mhux kollox ward u żgħar u żgur ma tiġġustifikax it-telfien tal-libertà kif immexxu pajjiżna.

Il-fondi li jingħad li ġejjin mill-UE, fil-fatt ġejjin mit-taxxi li l-poplu tagħna stess iħallas.

 

Kull xahar il-Gvern Malti jibgħat miljuni ta’ ewro lill-UE, u minnhom l-UE tibgħat lilna l-fondi malli nlestu l-proġetti approvati minnha.

 

Il-Prim Ministru u l-Ministri jiftaħru li l-UE qiegħda tagħti l-fondi, meta l-fondi jkunu ġew mill-flus tagħna stess.

Bħalma qatt ma jfehmu lill-poplu li l-ammont ta’ flus li nħallsu lill-UE kull sena, flimkien mal-ammont ta’ spejjeż li pajjiżna jagħmel kull sena minħabba s-sħubija fl-UE, jagħmlu aktar mill-ammont ta’ fondi li nirċievu mill-UE kull sena.

 

Bl-ammont ta’ spejjeż u bl-ammont li nħallsu nistgħu nagħmlu l-proġetti kollha li Gvern jiftaħar li jsiru bil-fondi tal-UE.

 

Mhux hekk biss, inkunu nistgħu nagħmlu proġetti li jiswew għal pajjiżna mingħajr indħil min-naħa tal-UE.

Flusna li nibagħtu lill-UE u li hi tibgħathom bħala fondi tagħha, nonfquhom kif irridu aħna, mhux kif trid l-UE.

 

Qerq dwar l-ewro


Anke dwar l-ewro qarrqu bil-poplu tagħna.

 

Qalulu li aħjar bl-ewro għax hi munita b’saħħitha.

 

Iżda kif rajna ftit taż-żmien ilu, spiċċat is-saħħa tagħha u saħansitra ntqal li setgħet tisfaxxa jekk il-Greċja falli.

 

L-ewro minflok kienet ta’ ġid, għamlet ħafna deni għax għolliet il-ħajja u żiedet l-ispejjeż tal-produzzjoni tagħna.

 

Minħabba l-ewro, kellna nisselfu €47 miljun biex insellfuhom lill-Greċja, u kellna wkoll niggarantixxu bejn €350 miljun u €400 miljun li se jkollna nissellfu, biex bihom jiġu mgħejjunin pajjiżi oħrajn tal-ewro li ma jkunux jistgħu jlaħħqu mad-dejn tagħhom.

 

Iżda l-Prim Minsitru

* u l-propagandisti tal-ewro

* m’għandhomx id-diċenza li jgħidu lill-poplu

* li pajjiżna ma kienx jara żieda fl-għoli tal-ħajja

* u żieda fl-ispejjeż tal-produzzjoni bħal ma kellna,

* li kieku ma daħħalniex l-ewro,

* u lanqas kien ikollna nissellfu €47 miljun

* u bejn €350 u €400 miljun għall-Greċja

* u għall-pajjiżi l-oħrajn tal-ewro

* li jkunu fl-istess qagħda mwiegħra bħalha.

Il-poplu tagħna tajjeb jiftaktar li meta l-Iżlanda ntlaqtet bi kriżi bankarja, il-Prim Ministru u l-propagandisti tal-UE kienu jwissuna li pajjiżna kien ikun fl-istess qagħda tal-Iżlanda, kieku ma daħħalx l-ewro.

 

Iżda wara li faqqgħu l-kriżijiet

* tal-Greċja,

* ta’ Spanja,

* tal-Portugall u

* tal-Irlanda,

* il-Prim Ministru u l-propaganadisti waqqfu ħesrem jiftaħru li l-ewro salvatna,

* għax dawk il-pajjiżi kollha għandhom l-ewro u

* xorta waħda għaddejjin minn kriżijiet kbar daqs l-Iżlanda, jekk mhux akbar.

Il-poplu m’għandux għalfejn jiskanta dwar il-qerq tal-fondi tal-UE u dwar il-ħrafa tas-siwi tal-ewro, meta s-sħubija tagħna fl-UE hija hi stess frott ta’ qerq kbir.

 

Għax lill-poplu qalulu li l-UE ssaħħaħ id-demokrazija, meta fil-fatt l-UE stess mhix demokratika, kif urietna meta ma ħallietx lill-poplu jivvota fuq it-Trattat ta’ Lisbona.

 

Qalu lill-poplu li l-UE ssaħħaħ il-valuri tagħna, meta l-UE hi nieqsa mill-valuri u qiegħda teqred il-valuri tal-poplu tagħna u tkabbar il-korruzzjoni.

 

Ftaħru mal-poplu li fis-suq kbir tal-UE se nesportaw aktar, iżda sibna li l-esportazzjoni minn pajjiżna naqset.

 

Qalulu lill-poplu li bis-sħubija fl-UE s-sitwazzjoni finanzjarja ta’ pajjiżna tkun aħjar, biex issa spiċċajna b’dejn nazzjonali ħafna akbar milli kellna.

 

Lill-poplu qalulu wkoll li bil-miljuni li jiġu mill-UE, il-livell tal-għajxien jogħla, imma fil-fatt ġara li għal ftit tal-qalba għola tassew, iżda għall-maġġoranza tal-poplu tbaxxa sew, u ħafna mis-servizzi soċjali huma mheddin.

 

Sħubija fl-UE fissret għall-maġġoranza tal-Maltin, inqas xogħol u telfien ta’ libertà.

 

Għalhekk għandna l-bumbardament kontinwu tal-propaganda favur l-UE, biex il-poplu jinsa t-tradiment kbir li ġarrab.

 

Is-Slovakkja ma tagħtix self lill-Greċja

 

Filwaqt li l-Parlament Malti approva unanimament

* il-ftehim li l-Gvern kien għamel mal-UE

* biex Malta tissellef €47 miljun lill-Greċja,

* il-Parlament tas-Slovakkja b’69 kontra żewġ voti,

* ivvota kontra l-ftehim li l-Gvern ta’ qabel li hemm illum,

* kien għamel tal-UE biex is-Slovakkja tagħti self lill-Greċja

* biex din tegħleb il-kriżi li ħakmitha.

Kemm il-Gvern Ġermaniż tal-Kanċillier Angela Merkel,

* kif ukoll il-Kummissarju Ewropew dwar l-Ekonomija, Olli Rehn,

* ikkritikaw id-deċiżjoni tal-Parlament Slovakk.

 

Ir-rappreżentant ta’ Merkel fakkar li s-solidarjetà trid turiha mhux issemmiha biss.

 

Hu saħaq li l-Gvernijiet kollha tal-pajjiżi tal-ewro kienu ntrabtu li joħorġu s-sehem tagħhom mis-self lill-Greċja.

Il-Kummissarju Rehn min-naħa tiegħu wera ruħu ddispjaċut ħafna u sostna li s-Slovakkja kienet intrabtet li tgħin lill-Greċja u d-deċiżjoni tal-Parlament Slovakk kienet qiegħda tkisser dik ir-rabta.

 

Il-grupp tal-pajjiżi tal-ewro u l-Kunsill tal-Ekonomija u l-Finanzi (Ecofin) tal-UE se jiddiskuti din id-deċiżjoni fil-laqgħa li jmiss.

Fid-dibattitu parlamentari l-Ministru tal-Finanzi qal li huwa ma jarax li hi solidarjetà li min ma jistax, ikollu jagħti lil min jista’, u li min jimxi b’sens ta’ responsabbiltà, ikollu jagħti lil min ikun irresponsabbli f’għemilu, u li dawk li ma jħallsux it-taxxi, ikollhom jgħinu lis-sidien u l-maniġers tal-banek.

Għall-kritika li l-mexxejja tal-UE għamlu dwar il-vot kuntrarju tal-Parlament Slovakk, il-Ministru tal-Finanzi wieġeb li huwa minnu li l-kbar tal-UE ma qablux mal-vot kuntrarju u din id-deċiżjoni tkiddhom ħafna.

 

Iżda ġara dan għax huma ħolqu ħafna skużi foloz biex jiġġustifikaw l-għoti ta’ għajnuna lill-Greċja, u l-Parlament Slovakk wera l-qerq tagħhom kollu.

Meta l-Parlament Malti se jkollu d-dinjità li jivvota kontra ftehim li l-UE tagħmel?

 

Ċanfira lill-Kummissarju Ewropew

 

Il-Prim Ministru tas-Slovakkja, Iveta Radicova, kienet aktar ħarxa mal-Kummissarju Olli Rehn.

 

Hi qalet li l-mod kif dan l-uffiċjal mhux elett tkellem dwar kif ivvotaw il-membri eletti tal-Parlament Slovakk, kien insolenti.

Hi qalet ukoll li l-UE m’għand­hiex tkun magħmula minn “Big Brother” u ħafna satelliti li jkollhom jobbdu l-istati li huma aktar, u aktar b’saħħithom u aktar għonja.

Hi kkummentat li għandha memorja friska ta’ xi tfisser tkun stat satellita.

Dan il-kumment ħafna ħasbu li l-Prim Ministru kienet qiegħda tfakkar meta s-Slovakkja kien satellita l-ewwel tal-Ġermanja Nażista u wara tal-Unjoni Sovjetika.

Iveta Redicova fissret li hija riedet tisħaq li f’għaqda demokratika, stat għandu jagħti widen għall-argumenti ta’ stati li jkunu żgħar iżda li xotra waħda jafu x’titlob minnhom li jkunu responsabbli fid-deċiżjonijet tagħhom.

 

Hi sostniet li politċi li jkunu maħturin b’elezzjonijiet demokratiċi għandhom dritt jikkritikaw deċiżjonijet li ma jaqblux magħhom.

 

Iżda uffiċjali tal-UE bħal kummissarju li mhumiex eletti, ma għandhomx id-dritt jikkritikaw deċiżjonijiet meħudin minn rappreżentanti politiċi eletti mill-poplu.

Il-membri tal-Parlament Malti għandhom ħila jieqfu lill-Kummissarji Ewropej bħalma qiegħda tagħmel il-Prim Ministru Slovakk?

 

L-UE għandha tikkriminalizza l-immigrazzjoni illegali

 

minn Charles Micallef, Kampanja Helsien Nazzjonali

 

Fil-fehma tiegħi l-UE għandha tinkriminalizza l-immigrazzjoni illegali.

 

Kienet l-UE li ġiegħlet lill-Gvern Malti biex ma jkomplix jieħu proċeduri kriminali kontra klandestini li jidħlu f’pajjiżna u minflok qaltilna biex inqisuhom bħala immigranti “irregolari”.

Is-sistema kapitalista tal-UE tħares b’favur lejn l-immigranti illegali

* għax dawn ikabbru s-suq tal-ħaddiema fil-pajjiż,

* u b’hekk iwaqqgħu l-pagi u

* jdgħajfu s-saħħa tat-trejd unjin

* billi s-sidien ikunu jistgħu jqabbdu jaħdmu klandestini

* b’kundizzjonijiet tax-xogħol inferjuri minn dawk

* li jkollhom jagħtu lill-ħaddiema mseħbin fi trejd unjin.

 

Għalhekk l-immigrazzjoni illegali hi strument effettiv f’idejn l-UE kapitalista

* biex trażżan is-saħħa tat-trejd unjin

* u għalhekk l-UE mhix qiegħda tagħmel gwerra

* kontra l-immigrazzjoni illegali,

* iżda qiegħda tittollera dan kollu minħabba li hi sors ta’ “cheap labour”.

 

L-UE taċċetta d-dħul ta’ mijiet ta’ immigranti illegali avolja għandha miljuni ta’ żgħażagħ Ewropej għal snin twal bla xogħol f’pajjiżhom.

Il-problema tal-lum ta’ eluf ta’ immigranti illegali jbaħħru fil-Mediterran ħadet post dik li kien hawn qabel tal-pirati li kienu jħarbtu l-kummerċ fil-Mediterran u jikkaġunaw ħafna faqar f’pajjiżna.

 

Il-piraterija fil-Mediterran laħqet il-qawwa tagħha bis-saħħa tat-Torok fis-seklu 19.

 

Fit-28 ta’ Ottubru, 1827, bastiment ta’ tliet pajjiżi, tal-Gran Brittanja, tar-Russja u ta’ Franza, attakkaw il-flotta Torka fil-battalja ta’ Navarrino biex iġiegħlu lit-Turkija trażżan il-piraterija u tħalli l-kummerċ ħieles u bla xkiel fil-Mediterran.

Wara r-rebħa kbira kontra t-Torok fil-battalja ta’ Navarrino, daħlu fil-Port il-Kbir tagħna għadd ta’ xwieni għat-tiswijiet u t-Tarzna faret bix-xogħol, u l-barklora u tal-ħwienet tax-xorb għamlu kummerċ tajjeb.

Il-Gran Brittanja u Franza riedu jeqirdu għal kollox il-piraterija fil-Mediterran, u bagħtu skwadra navali taħt Sit Thomas Staines taħbat għal kull imriekeb tal-baħar li kien hemm fil-port ta’ Karbusa, fil-Kandja (illum Kreta).

Il-pirati kollha li nqabbdu nġiebu Malta u dawn skont ma kiteb l-Ammirall Codington, imlew bħal sardin ippakkjat il-ħabsijiet ta’ gżiritna.

 

L-Ingliżi tellgħuhom skont il-liġi marittima quddiem il-Qorti tal-Viċi–Ammiraljat, u ħafna minnhom ingħataw il-forka permezz tal-bojja.

 

Għalhekk kontra l-inkwiet tal-pirati fil-Mediterran fis-seklu 19 ittieħdu miżuri drastiċi biex iwaqqfuh.

 

Iżda fil-każ tal-inkwiet tal-lum maħluq mill-immigranti illegali,

* hawn oppożizzjoni kbira għal miżuri drastiċi biex jitwaqqaf

* avolja l-poplu huwa mxebba’ bil-preżenza

* ta’ eluf ta’ immigranti illegali

* u bix-xogħol li huma qegħdin jieħdu

* tal-ħaddiema Maltin.

Kontra l-piraterija kienet saret liġi li għamiltha offiża kriminali.

 

Għaliex l-UE ma għandhiex tagħmel liġi li tqis l-immigrazzjoni illegali bħala offiża kriminali wkoll?

 

Li kieku l-UE tikkriminalizza l-immigrazzjoni illegali, ikun sar deterent qawwi għall-immigranti.

Fl-istess ħin li tikkriminalizza l-immigrazzjoni illegali, l-UE għandha tieħu miżuri effettivi biex tgħin fit-twaqqif ta’ gvernijiet demokratiċi stabbli fil-pajjiżi Afrikani u biex jitkattar ix-xogħol u jogħla l-livell tal-għajxien tal-popli ta’ dawn il-pajjiżi.

 

Fuq kollox l-UE jmissha tagħraf li l-pajjiżi kbar membri tagħha għandhom ħafna ħtija għall-faqar nuqqas ta’ xogħol u ta’ żvilupp ekonomiku fil-pajjiżi tal-Afrika li sa ftit ta’ snin ilu kienu kollha kolonji maħkumin mill-pajjiżi Ewropej illum imseħbin fl-UE.

 

Il-Ħamis, 2 ta’ Settembru, 2010.

 

 

Fittex li tiffirma l-petizzjoni popolari lill-Parlament Malti biex jgħaddi miżuri li jrażżnu l-immigrazzjoni illegali f’pajjiżna.

 

IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA

 

<< Lura <<

 

e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk 

 

Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna

 

Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien

 

Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien? 

Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.

Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-

Segretarju Finanzjarju  CNI,

60A, Triq id-Dejqa,

Valletta

 

Isem .......................................................

Indirizz ...................................................

ID Numru ...............................................

 

Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek

 

Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ