MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI


Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
Fis-seba’ snin 2007 – 2013 il-Maltin u l-Għawdxin se jkunu ħallsu lill-Unjoni Ewropea €420,000,000 minn ħalq uliedek
Le għall-ultimatum tal-UE
IL-GVERN
qal li se jkollhom jirtiraw mix-xogħol ’il fuq minn 1,000 ħaddiem
tat-Tarzna.
Dan
ifisser li jkollhom jirtiraw ħaddiema li għandhom 45 sena età jew
aktar skond l-iskeda li l-Prim Ministru qiegħed fuq il-Mejda tal-Parlament,
dan l-aħħar.
Fil-fehma tas-CNI
hija rresponsabbiltà kbira li tħeġġeġ ħaddiema ta’
45 sena jirtiraw mix-xogħol.
Hija
wkoll kontra l-politika li tħajjar lill-ħaddiema jibqgħu jaħdmu
sakemm jilħqu l-età ta’ 65 sena.
Jonqos mid-dmir tiegħu soċjali l-Gvern meta jgħid li ma
jiggarantix xogħol għall-ħaddiema li jagħżlu li ma
jirtirawx mix-xogħol.
Għax dan ifisser li l-għażla li l-ħaddiem għandu hija,
li jew jagħżel li jirtira u jieħu somma ta’flus, jew jagħżel
li ma jirtirax u jipperikola li jispiċċa bla xogħol u bla somma.
Dan huwa eżempju skandaluż tal-Gvern.
Għax
jekk il-Gvern jimxi b’dan il-mod mal-ħaddiema f’intrapriżi tiegħu,
jista’ jiskoraġġixxi lill-intrapriżi privati, bħall-ST
MicroElectronics, ma jagħmlux l-istess lill-ħaddiema tagħhom?
Mhux ġustifikazzjoni li jġib il-Gvern li l-ftehim ma’ l-Unjoni
Ewropea ma jħallihx jimxi mod ieħor dwar it-Tarzna wara l-aħħar
ta’ din is-sena.
L-interess
nazzjonali jirbaħ fuq il-ftehim li sar fil-2002.
Jekk
mhux fl-interess nazzjonali ta’ 1,000 ħaddiem jispiċċaw mix-xogħol
fit-Tarzna qabel jilħqu l-età tal-pensjoni, il-Gvern għandu d-dmir
lejn il-poplu Malti li jgħid lill-Unjoni Ewropea li ċ-ċirkostanzi
tal-lum f’pajjiżna ma jippermettulux li jħeġġeġ 1,000
ħaddiem jirtiraw mix-xogħol fit-Tarzna, mingħajr qabel ma jiżgurahom
minn xogħol xieraq alternattiv.
Is-CNI
temmen li hekk għandu jagħmel Gvern Malti li jħares l-interessi
nazzjonali qabel dak li tordna l-UE, li mhux ta’ ġid għal pajjiżna.
Finanzjarjament, aktar iqumlu lil pajjiżna li 1,000 ħaddiem tat-Tarzna
jieqfu mix-xogħol, milli li t-Tarzna tingħata għajnuna biex tkun
tista’ tkompli tħaddimhom.
Mil-lat soċjali huwa għal kollox aktar ġust għalihom u għall-familji
tagħhom, li 1,000 ħaddiem jkomplu jaqilgħu ħobżhom
bis-saħħa ta’ xogħolhom fit-Tarzna.
Mill-aspett
ekonomiku, pajjiżna jmur aħjar jekk jagħti għajnuna ħalli
bil-ħidma ta’ 1,000 ħaddiem tat-Tarzna jidħlu f’pajjiżna
l-ħlasijiet għax-xogħlijiet li jagħmlu lill-barranin, li
jkomplu jsiru l-kontribuzzjonijiet tagħhom għas-Sigurtà Soċjali,
u li titħallas it-taxxa tad-dħul (l-income tax) mill-1,000 ħaddiem,
li mbagħad jagħtu lill-Gvern 18 fil-mija mill-pagi li jonfqu fix-xiri
ta’ prodotti u servizzi suġġetti għat-taxxa tal-VAT.
Is-CNI
ssostni li għar-raġunijiet soċjali, ekonomiċi u finanzjarji
l-poplu Malti ma għandux jaċċetta l-amar ta’ l-Unjoni Ewropea
dwar it-Tarzna, li jfisser li 1,000 ħaddiem tat-Tarzna jirtiraw mill-impjieg,
jew it-Tarzna tingħalaq wara l-aħħar ta’ din is-sena.
Mhux minnu li dawk huma l-uniċi toroq alternattivi li l-poplu Malti għandu
għall-ġejjieni tat-Tarzna.
L-interess
kbir ta’ investituri barranin fit-Tarzna ta’ Malta, u d-domanda kbira li
hawn bħalissa għat-tiswija tal-vapuri u tas-‘superyachts’,
joffrulna l-opportunità li nsaħħu u niżviluppaw it-Tarzna, mhux
li nċekknuha u nfarrkuha f’ħafna bċejjeċ.
Għandna bżonn iżda, id-dehen u l-kuraġġ li ngħidu
lill-Unjoni Ewropea li l-kwistjoni tat-Tarzna hija kwistjoni nazzjonali għall-poplu
Malti, u li fi kwistjonijiet nazzjonali, l-interessi tal-poplu Malti jiġu
qabel il-kmandamenti u l-politika ta’ l-Unjoni Ewropea.
Is-CNI
tisħaq li Malta m’għandhiex toqgħod għall-ultimatum ta’
l-Unjoni Ewropea li sa l-aħħar ta’ din is-sena, jew tirtira 1,000
ħaddiem mill-impjieg fit-Tarzna, jew tagħlaq it-Tarzna.
Kull Malti veru li jgħożż lill-pajjiżna, ma għandux
joqgħod għall-ultimatum ta’ l-Unjoni Ewropea u tal-pappagalli tagħha
f’pajjiżna.
Pajjiżna
jeħtieġ min imexxi ’l quddiem, mhux min jitmexxa minn imnieħru
mill-barrani.
Is-Sibt, 2 ta’ Awwissu, 2008
IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-
Segretarju
Finanzjarju CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ