MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI

Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
minn Kampanja Ħelsien Nazzjonali CNI
GĦID LILL-KANDIDAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
Fis-seba’ snin 2007 – 2013 il-Maltin u l-Għawdxin se jkunu ħallsu lill-Unjoni Ewropea €360,000,000
Ma nirbħux billi nivvotaw IVA għall-Unjoni Ewropea
minn
Karmenu Mifsud Bonnici, Dele
Ma nasalx biex niżgura lid-delegati Laburisti li l-Partit jirbaħ l-elezzjoni ġenerali li jmiss jekk ma jivvotax IVA għall-Kostituzzjoni Ewropea.
Huwa
ħażin li nagħtu x’jifhmu lid-delegati li biex il-Partit jirbaħ
l-elezzjoni ġenerali li jmiss irid jivvota IVA għall-Kostituzzjoni
Ewropea.
Il-Partit jirbaħ meta jkun kredibbli u mhux meta jidher li qiegħed jagħti
kas tal-konvenjenza u mhux tat-twemmin u l-prinċipju tiegħu.
Iżda fir-rigward tar-ratifika tat-Trattat tal-Kostituzzjoni Ewropea, mhux
biss minħabba t-twemmin u l-prinċipju ma għandniex nivvotaw IVA,
imma anki politikament ma jaqblilniex nagħmlu bħalma se jagħmlu
n-Nazzjonalisti.
Nistaqsi, minn meta dak li jaqbel lin-Nazzjonalisti jaqbel ukoll lill-Partit tagħna?
Għax in-Nazzjonalisti b’ruħhom u ġisimhom se jivvotaw IVA għall-Kostituzzjoni Ewropea għax hekk iħossu li jaqblilhom politikament.
Jekk
jaqblilhom politikament, kif jaqbel lilna wkoll politikament li nivvotaw bħalhom?
Għaliex in-Nazzjonalisti qegħdin iħeġġuna nivvotaw IVA
magħhom favur il-Kostituzzjoni Ewropea?
Mingħajr
il-voti tal-Laburisti, huma għandhom is-saħħa irratifikawha.
Ikunu
ġiegħeluna nivvotaw IVA għat-Trattat ta’ Ateni, li huwa l-ftehim
li huma għamlu ma’ l-Unjoni Ewropea, li aħna ivvotajna LE għar-ratifika
tiegħu f’Lulju 2003.
Jgħidulna li m’għandniex ma nivvotawx favur il-Kostituzzjoni Ewropea
għax innaffru lil dawk il-Laburisti li ma jivvotawx għall-Partit għax
kien favur ‘partnership’ u mhux sħubija fl-Unjoni Ewropea.
Allura
jekk nivvotaw IVA għall-Kostituzzjoni Ewropea mhux se nnaffru ħafna
eluf aktar ta’ Laburisti li vvotaw għall-Partit u għall-‘partnership‘
ma’ l-Unjoni Ewropea?
U biex la tnaffar lil-Laburisti li vvotaw favur is-sħubija fl-Unjoni, u
lanqas tnaffar lil-Laburisti li vvotaw kontra s-sħubija fl-Unjoni, mhux
trid tagħżel il-kompromesss ta’ l-astensjoni u tgħid li qiegħed
tastjeni mhux għax inti kontra l-fatt li pajjiżna issa huwa msieħeb
fl-Unjoni, iżda għax l-Unjoni għandha jkollha kostituzzzjoni
differenti u aħjar minn dik li saret.
Qegħdin jgħidulna li l-Kostituzzjoni ma fiha xejn ħażin.
Fl-istess ħin qegħdin jgħidulna li hija bħat-Trattat ta’ Ateni (jiġifieri, il-ftehim li n-Nazzjonalisti għamlu fl-2003 ma’ l-Unjoni).
Allura t-Trattat ta’ Ateni ma kellu xejn ħażin.
Għaliex
allura vvotajna kontra r-ratifika tiegħu fil-Parlament?
Qegħdin jgħidulna ninsew l-l-aspett legali tal-Kostituzzjoni Ewropea.
Issa l-Kostituzzjoni se tkun l-ogħla ligi ta’ l-Unjoni Ewropea u ta’ Malta jekk naċċettaw dak li hija tgħid li hija aqwa mill-kostituzzjoni tagħna.
Minħabba dan il-fatt li tgħid li hija tipprevali fuq il-Kostituzzjoni ta’ Malta, ebda Malti ma għandu jivvotaw IVA.
Aktar
u aktar ma għandniex nagħmlu dan aħna l-Laburisti li nsistejna
tant u ssagrifikajna ħafna ħalli nagħmlu kostituzzjonji li hija
l-aktar demokratika fid-dinja.
Almenu l-poplu Malti jistenna minna l-Laburisti li ma nżidux il-voti tagħna
ma’ dawk tal-Gvern biex ma jkunx hemm żewġ terzi favur
il-Kostituzzjoni Ewropea u b’hekk insalvaw is-sopramazija tal-Kostituzzjoni ta’
Malta.
Pass
bħal dan irebbaħna l-voti u mhux itellifna l-elezzjoni ġenerali
li jmiss.
Ma nħallux min jimpressjonana li nkunu iżolati jekk nastjenu milli
nivvotaw IVA għall-Kostituzzjoni Ewropea.
Inkunu iżolati meta l-maġġoranza tas-Soċjalisti Franċiżi u tas-Soċjalisti Olandiżi vvutaw LE għaliha?
Inkunu
iżolati meta hemm tant aktar miljuni ta’ Ewropej mxerrdin fil-pajjiżi
membri ta’ l-Unjoni, li ma jaqblux mal-Kostituzzjoni Ewropea kif saret?
Lanqas inħallu min iħawwadna billi jgħid li meta nsostnu li għandna nastjenu, inkunu qegħdin neħduha kontra xulxin, minflok niġġieldu lil-avversarji tagħna, in-Nazzjonalisti.
Lanqas
jindunaw li jekk qegħdin neħduha kontra xulxin, qegħdin neħduha
wkoll kontra n-Nazzjonalisti li ma jriduniex nastjenu iżda jriduna nivvotaw
bħalhom.
Iżda jekk jistiednuna niddiskutu, mhux nesponu l-fehmiet tagħna li ma
jaqblux, iriduna?
Jekk naqblu, m’hemmx x’niddiskutu.
Ningħaqdu
magħhom inkantaw it-tifħir lill-Kostituzzjoni Ewropea u ngħodduha
bħala diskussjoni tajba u ta’ siwi, minkejja t-telf ta’ żmien!
Aħna konvinti li l-kwistjoni ta’ l-Unjoni Ewropea mhux se tkun warajna
fl-elezzjoni generali li jmiss.
Għax
sa dak in-nhar il-poplu, speċjalment il-ħaddiema, ikunu ntgħafsu
ħafna aktar, u jfittxu lil min ikun lest jiġġieled ħalli
jnaqqsilhom il-piż li jkun qiegħed jgħattanhom.
Isibu lill-Partit Laburista jekk ma jkunx ivvota IVA għall-ftehim
Nazzjonalista li jkun qiegħed jgħattanhom.
IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA
Is-Sibt, 2 ta’ Lulju, 2005.
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat Lm2 flimkien ma' din il-formola liċ-
Chairman
CNI,
Dr
Karmenu Mifsud Bonnici B.A. LL.D.
81,
Triq Ġuże Pace,
Ħamrun.
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ