MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI


Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
Fis-seba’ snin 2007 – 2013 il-Maltin u l-Għawdxin se jkunu ħallsu lill-Unjoni Ewropea €420,000,000
Il-Kampanja għall-Ħelsien
Nazzjonali (CNI) qalet li min huwa midħla
sew tat-Tarzna għandu għaliex jissuspetta li hemm pjan moħbi biex
il-qagħda tat-Tarzna tant tidher ħażina li l-pubbliku jasal biex
jaċċetta li partijiet minnha għandhom jingħataw lis-settur
privat u oħrajn lil “żviluppaturi magħżulin tal-proprjetà
għal skopijiet ta’ spekulazzjoni” u b’hekk it-Tarzna ma tibqax
intrapriża kbira.
Fi stqarrija, is-CNI qalet li hemm min qed jaħbi
l-fatti veri dwar it-Tarzna u qed iwaħħal fil-ħaddiema meta s-sitwazzjoni
hija tort tat-tmexxija inkompetenti u irresponsabbli fl-aħħar snin.
Hija sostniet li l-ħaddiema għandhom raġun jisħqu li ssir inkjesta pubblika u indipendenti ħalli tifli kif u għaliex intilfu miljuni kbar fuq il-kuntratt tal-konverżjoni tal-Fairmount.
Dan għax mhux sew li
jeħlu l-ħaddiema meta r-responsabbiltà kienet tal-maniġment eżekuttiv.
“Jekk il-Gvern jibqa’ jiċħad it-talba tal-ħaddiema biex issir inkjesta pubblika u indipendenti dwar il-kuntratt tal-Fairmount li fiha jieħdu sehem rappreżentanti tal-pubbliku li jħallas it-taxxi, ikun impossibbli għalih li jxejjen is-suspetti ta’ ħafna nies li jsostnu li t-telf enormi fuq il-Fairmount sar bil-għan li jkun hemm skuża għat-twettiq ta’ pjan moħbi li titħarbat it-Tarzna ma’ l-għeluq tas-seba’ snin tal-pjan ta’ ristrutturar tat-Tarzna”.
Is-CNI irreferiet għall-ilmenti tal-ħaddiema dwar il-kuntratt tal-Fairmount bħala “bosta u gravissimi” fosthom li
* t-Tarzna lanqas se tiġbor l-ispejjeż għax-xiri tal-materjal użat u
* tal-ħlasijiet magħmulin lis-‘subcontractors’ barranin li għamlu parti kbira mix-xogħol,
* li dawn għamlu ħafna mix-xogħol ħażin tant li kellu jerġa’ jsir mill-ħaddiema tat-Tarzna,
* li x-xogħol inbidel diversi drabi b’telf ta’ flus u żmien għat-Tarzna,
* li t-Tarzna aċċettat kundizzjonijiet tas-sidien li għabbew il-lant tax-xogħol b’ħafna nies żejda,
* li hija ngaġġat Marketing Executive għal tliet snin, imma dan tela’ wara sitt xhur u
* li t-telf se jlaħħaq is-€46,587,467 (Lm20 miljun) fuq l-ewwel proġett waħdu.
Qalet
li meta l-ħaddiema ripetutament u pubblikament qed jagħmlu dawn l-akkużi
gravissimi u qegħdin jisħqu li ssir inkjesta indipendenti, min m’għandux
x’jaħbi u min irid li jkun magħruf is-sewwa dwar il-kuntratt
Fairmount għandu llum qabel għada jaċċetta t-talba li ssir
inkjesta u jekk ma jagħmilx hekk juri li għandu x’jaħbi.
Is-CNI qalet li huwa xieraq li jkun magħruf jekk hux minnu li s-‘subcontractors’ li kienu responsabbli għall-akkomodazzjoni tal-ħaddiema barranin tħallsux bil-quddiem għall-ewwel u t-tieni konverżjoni u issa telqu mill-gżira bil-flus li ħadu u għalhekk it-Tarzna se jkollhiex terġa’ tħallas għall-akkomodazzjoni tal-ħaddiema barranin.
Waqt li staqsiet jekk hux veru li dawn is-‘subcontractors’ tħallsu ta’ xejn aktar minn €2 miljun, is-CNI qalet li l-ħabi dwar dan il-kuntratt qiegħed isaħħaħ il-fehma ta’ dawk li jsostnu li hemm persuni li marru tajjeb minn fuqu à spejjeż tat-Tarzna nfisha li tilfet bil-kbir.
“F’dawn
iċ-ċirkostanzi kif jista’ l-Ministru responsabbli mit-Tarzna jibqa’
jiċħad li ssir inkjesta pubblika indipendenti bis-sehem ta’ rappreżentanti
tat-‘taxpayers’?” temmet tistaqsi s-CNI
fl-istqarrija.
IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA
It-Tnejn, 2 ta’ Ġunju, 2008
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-
Segretarju Finanzjarju
CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ