MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI

Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
L-Unjoni Ewropea ordnat li mis-sena 2010 il-Maltin u l-Għawdxin iħallsuha
L-UE tellfitna l-ħelsien
Tletin
sena ilu l-poplu Malti kiseb il-ħelsien sħiħ mill-barrani.
Ħames snin ilu, fl-1 ta’ Mejju 2004, il-poplu tilef il-ħelsien sħiħ meta ssieħeb fl-Unjoni Ewropea.
Għax bis-sħubija fl-UE ir-rieda tal-maġġoranza tal-Maltin ma baqgħetx sovrana f’pajjiżna u r-rieda tal-maġġoranza tal-UE saret hija sovrana f’pajjiżna.
Dan il-fatt huwa l-qofol tat-telfien tal-ħelsien sħiħ tal-poplu tagħna.
Fl-Unjoni mhux aħna niddeċiedu x’nagħmlu f’pajjiżna.
Tiddeċiedi
l-maġġoranza tal-UE, anke kontra r-rieda tal-maġġoranza tagħna li ma tkunx
taqbel mal-UE.
Għalhekk m’għandniex aktar ħelsien sħiħ.
Mhux il-Prim Ministru u l-Ministtri Maltin maħturin mill-poplu jmexxuna.
Tmexxina
l-UE għax il-Prim Ministru u l-Ministri jesegwixxu l-ordnijiet li jirċievu minn
Brussels, u ma jagħmlu xejn li ma tkunx approvata mill-UE.
Huma bħal pupazzi li jiġbdulhom l-ispaga.
Iżda jagħmlu ta’ bir-ruħhom li jiddeċiedu u jmexxu huma.
Mhu veru xejn.
Tal-UE jikkmandawhom.
L-UE ma tħalliniex nagħmlu ftehim ma’ pajjiżi barranin jekk mhux kif tgħid hi.
Mhux kif jaqbel lill-poplu tagħna, iżda kif trid l-UE.
M’għadniex ħielsa li nħarsu l-interessi tagħna l-ewwel, għax l-interessi tal-Unjoni jiġu qabel dawk tal-Maltin.
M’għadniex
aktar ħelsin li nagħtu l-għajnuniet lill-industriji tagħna għax l-UE ma
tħalliniex nagħtuhom vantaġġ fuq l-industriji tal-Unjoni, minkejja li pajjiżna
għandu l-iżvantaġġi u taċ-ċokon, ta’ gżira, u mingħajr riżorsi naturali li l-pajjiżi
kbar tal-Unjoni għandhom.
M’għadniex aktar ħelsin li ma nħallux barranin bla permess f’pajjiżna, għax l-UE
tikkmandana x’nagħmlu fil-qasam tal-immigrazzjoni.
Qegħdin niffaċċjaw invażjoni.
B’idejn marbutin bil-politika tal-Unjoni, m’aħniex ħelsin li nieħdu l-passi kollha meħtieġa ħalli nwaqqfuha.
Aħna ħelsin biss li nitkarrbu l-għajnuna tal-Unjoni, li qatt ma tasal.
M’għadniex ħelsin li nużaw kif jaqblilna t-taxxi li nħallsu billi lill-poplu
nagħtuh is-servizzi essenzjali, bħalma hi l-provvista tal-ilma, b’rati moderati
li jista’ jlaħħaq magħhom bil-pagi li hawn.
L-UE ġġiegħlna ngħollu r-rati esaġerati biex ikopru l-ispiża kollha,
* ħalli b’hekk ngħakksu lill-familji,
* nheddu l-fabbriki,
* il-lukandi u
* n-negozji, u
* nitilfu l-kompetittivitŕ.
M’aħniex ħelsin li nsegwu politika ta’ newtralitŕ u non-allineament.
Is-sħubija
fl-UE torbotna bil-politika komuni barranija, ta’ sigurtŕ u difiża allineata
mal-organizzazzjoni militari tan-NATO.
L-akbar prova ta’ kemm tlfina l-ħelsien sħiħ, tagħtihielna l-UE stess meta spiss
twaħħalna multi għax ma nobdux id-direttivi tagħha u theddidna li ttellagħna l-qorti
tagħha jekk niksru r-regolamenti tagħha.
Erġajna sirna kolonja.
Mhux tal-Ingliżi… tal-Unjoni Ewropea.
L-aqwa
ċertifikat ta’ kemm m’aħniex aktar ħelsin tatulna l-Kummissarju Ewropew Kroes
meta ġiet fostna xhur ilu u pubblikament ċanfret lill-Gvern għax il-pjan tiegħu
għall-privatizzazzjoni tat-Tarzna m’għoġobhiex u ordnatlu li jħejji pjan ieħor,
inkella l-UE tieħu passi kontrih.
Ksibna l-ħelsien sħiħ billi ħadna f’idejna t-tmexxija ta’ kollox f’pajjiżna.
Meta sseħibna fl-UE, it-tmexxija ta’ ħafna mill-oqsma importanti reġgħet għaddiet għand il-barranin –
* tal-akbar bank,
* tal-ajruport,
* tal-Freeport,
* tat-tagħbija u l-ħatt tal-merkanzija fil-Port il-Kbir,
* tat-trasport tal-merkanzija bil-baħar,
* tat-telekomunikazzjoni,
* tal-posta, u
* ta’ oqsma oħrajn.
Għalhekk
m’għadniex ħelsin li mmexxu ħwejjiġna u m’għadniex aktar sidien f’darna.
Ħames mitt sena ilu r-raħħala Maltin kisbu l-ħelsien mill-ħakma tal-barrani billi ssagrifikaw ruħhom u ġabru s-somma ta’ flus ħalli jifdu gżiritna minn idejn min kien xtraha mingħand is-Sultan Alfonsu.
Tletin sena ilu eluf ta’ ħaddiema Maltin ma stmerrewx jissagrifikaw l-impjieg
tagħhom mas-Servizzi Ingliżi biex il-poplu tagħna jikseb il-ħelsien sħiħ.
Iżda ħames snin ilu, b’għajb kbir għalina, biegħna l-aktar ħaġa għażiża li hija l-ħelsien, għall-flus li tal-UE wegħduna.
U llum, b’ipokresija kbira, għandna l-wiċċ niċċelebraw il-ħelsien li ttradejna.
Is-serqa l-kbira
Spiss jgħidulna kemm miljuni se nirċievu mill-Unjoni Ewropea.
Issa waslu biex isemmu biljun.
Mank
iżda jgħidulna kemm miljuni qiegħda tiswielna s-sħubija fl-UE.
Jaħbu kemm inħallsu lill-UE f’kontribuzzjoniet diretti, kemm nagħmlu spejjeż biex inkunu konformi mad-direttivi tal-Unjoni, biex namministraw ir-regolamenti tagħha, u biex namministraw il-fondi tal-proġetti mgħejjuna mill-Unjoni.
Jaħbu kemm ikollna nħallsu prezzijiet ogħla għall-ikel li nimportaw,
konsegwenza tal-politika tal-UE.
Il-Kummissjoni Ewropea tistma li ras għal ras kull ċittadin tal-UE jħallas kull
sena €235 f’taxxi.
L-organizzazzjoni Ingliża Taxpayers’ Alliance issostni li l-ispiża reali ta’ kull ċittadin hija ta’ €2,400 fis-sena u mhux €235.
Dan ifisser li s-sehem tal-Maltin u l-Għawdxin mill-ispiża totali tas-sħubija fl-UE hija ta’ €960 miljun fis-sena.
Dawn il-kalkoli jġiegħlu lil Matthew Elliot, il-Kap Eżekuttiv tat-Taxpayers’ Alliance, isejjaħ is-sħubija fl-Unjoni Ewropea
“The Great European Rip OFF”,
li tfisser is-serqa l-kbira Ewropea.
Nuqqas ta’ appoġġ popolari għall-UE
L-Unjoni
Ewropea mhix biss maħkuma bi kriżi finanzjarja u ekonomika, iżda agħar minn hekk,
qiegħda tiffaċċja kriżi ta’ nuqqas ta’ appoġġ popolari.
Skont l-aħħar stħarriġ tal-Eurostat tal-UE, f’Malta dan l-appoġġ niżel għal
48% tal-poplu, waqt li skont l-aħħar stħarriġ magħmul mill-BBC, fir-Renju Unit
55 fil-mija tal-poplu jaqblu li joħorġu mill-UE.
Il-maġġoranza ta’ l-Irlandiżi ivvotaw kontra t-Trattat ta’ Riforma (ta’ Lisbona)
tal-UE.
Sentejn ilu l-maġġoranza tal-Franċiżi u tal-Olandiżi kienu vvotaw kontra t-Trattat dwar il-Kostituzzjoni tal-Unjoni Ewropea.
Fl-elezzjonijiet
tal-2004 għall-Parlament Ewropew, fl-UE kollha, il-medja ta’ dawk li interessaw
ruħhom li jmorru jivvotaw kienet ta’ 45 fil-mija biss.
L-UE hija mħassba bis-sħiħ dwar il-mod kif l-interess u l-appoġġ popolari
għaliha qiegħed dejjem jonqos.
Biex tipprova twaqqaf dan it-telf fl-interess u l-appoġġ popolari, l-UE nediet kampanja ta’ propaganda b’nefqa ta’ €18-il miljun għall-Elezzjonijiet li jmiss tal-Parlament Ewropew.
Dawn it-€18-il miljun, l-Unjoni se tonfoqhom f’‘billboards’, f’reklami u fuq
mezzi oħrajn ta’ propaganda.
Dan mhux l-uniku każ ta’ kif l-UE taħraq il-miljuni li tiġbor mit-taxxi taċ-ċittadini tal-pajjiżi membri.
Skont l-ewroxettiċi tal-Irlanda, l-Unjoni qatgħetha li tonfoq €1.8 miljun oħrajn f’kampanja fl-Irlanda, bl-iskuża li teħtieġ tgħarraf lill-votanti Irlandiżi x’inhuma l-benefiċċji tat-Trattat ta’ Lisbona, bit-tama li fir-referendum li għandu jsir fil-ħarifa li jmiss, il-maġġoranza dik id-darba tivvota favur it-trattat.
Biex insolvu l-kriżi tal-klandestini…
Sakemm
tibqa’ l-kriżi tal-immigranti klandestini f’pajjiżna, se nkomplu ntambru ħalli
nwaqqfuhom milli jiġu fostna.
Mhux għax ma nagħrfux id-dinjitŕ tagħhom bħala bnedmin, xejn inqas minna l-Maltin,
* iżda għax għandna d-dmir ewlieni li nħarsu lil ħutna l-Maltin,
* lil uliedna u
* ulied uliedna,
* mill-inkwiet soċjali u
* mit-theddid għas-saħħa u
*
s-sigurtŕ tagħhom.
Il-Parlament
Malti qiegħed jonqos milli jiddeċiedi dwar it-teħid ta’ miżuri konkreti ħalli
jwaqqaf l-immigrazzjoni klandestina f’pajjjiżna.
Jeħtieġ li ssir aktar pressjoni popolari ħalli l-Parlament jgħaddi mid-diskors
għall-azzjoni f’din il-kriżi li l-poplu tagħna qiegħed jiffaċċja.
Ma nistgħux inkomplu nittamaw li s-soluzzjoni tal-kriżi ta’ l-immigrazzjoni
klandestina f’pajjiżna tiġi mill-Unjoni Ewropea jew mill-gvernijiet tal-pajjiżi
tal-Afrika ta’ Fuq.
Is-soluzzjoni qiegħda f’idejn il-Parlament Malti li għandu s-setgħa jagħlaq il-bibien ta’ pajjiżna għall-immigranti klandestini.
Pajjiżna
fetaħ il-bibien għall-immigranti klandestini meta ċeda għar-rikatt tal-UE li
jekk ma naċċettawx li nżommu għandna l-immigranti illegali li jiġu, ma
sseħibniex fiha.
Dan il-fatt miskin kixfu fid-29 ta’ April, 2008, fit-Times Louis Cilia, li kien wieħed mill-uffiċjali tal-Gvern Malti li kienu qegħdin jiddiskutu mal-UE s-sħubija ta’ Malta fl-UE.
Illum qegħdin inbatu l-konsegwenzi tal-iżball oħxon li sar meta ħassarna r-riservi kollha li l-Gvern Malti kien għamel fl-1971 għall-Konvenzjoni dwar ir-Refuġjati.
* Dawk ir-riservi kienu jagħtuna d-dritt li ma naċċettawx immigranti illegali
* minħabba ċ-ċokon ta’ pajjiżna,
* il-kobor tal-popolazzjoni u
* l-ħafna nuqqasijiet li pajjiżna għandu.
Is-soluzzjoni għall-kriżi tal-immigranti klandestini hija li pajjiżna jerġa’
jagħmel ir-riservi li kellna u li l-UE sforzatna nneħħu.
Hemm oħrajn membri tal-UE li għandhom riservi għall-Konvenzjoni dwar ir-Refuġjati.
Malta għandha raġunijiet akbar minn dawk il-pajjiżi biex tagħmel riżervi għall-konvenzjoni.
La darba l-UE ma
tridx tgħinna ħalli nwaqqfu l-immigranti klandestini,
* aħna għandna d-dritt li nagħmlu dak li hu fl-interess nazzjonali tal-poplu Malti
* biex inħarsuh minn inkwiet soċjali, t
* heddid għas-saħħa u
* għas-sigurtŕ tal-poplu.
Jekk l-UE toġġezzjona li nerġgħu ndaħħlu r-riservi li għamilna fl-1971, għandna
ngħidulha li se nħallu l-immigranti klandestini jmorru minn pajjiżna
għall-pajjiżi l-oħrajn tagħha, kif wara kollox l-immigranti kollha jridu jagħmlu.
Il-Ħamis, 2 ta’ April, 2009
IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-
Segretarju Finanzjarju
CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ