MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI


Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
L-Unjoni Ewropea ordnat li mis-sena 2009 il-Maltin u l-Għawdxin iħallsuha €153,400 kuljum
Is-CNI tappella lill-Gvern Malti:
Ħtieġa ta’ azzjoni konkreta biex titwaqqaf l-immigrazzjoni illegali

Il-Gvern
Malti qiegħed jiżbalja li jagħti refuġju lill-immigranti illegali meta l-istess
immigranti ma jridux stat ta’ refuġjat f’Malta iżda f’pajjiżi oħrajn fl-Ewropa.
Dan saħqu il-mexxej tal-Kampanja għall-Ħelsien Nazzjonali (CNI) l-Avukat Karmenu Mifsud Bonnici.
Illum, l-eks-Prim Ministru Malti f’isem is-CNI nieda kampanja biex jinġabru l-firem għall-petizzjoni popolari nazzjonali biex tħeġġeġ lill-Gvern Malti jieħu azzjoni urġenti u immedjata biex titwaqqaf l-immigrazzjoni illegali lejn pajjiżna.
Dr Mifsud Bonnici, flimkien ma’ membri oħrajn tas-CNI, bdew jiġbru l-firem bieb bieb mingħand familji fil-Marsa u sidien ta’ ħwienet u stabbilimenti.
Dr Karmenu Mifsud Bonnici tkellem mal-ġurnalisti u qal li fl-198l il-Gvern Nazzjonalista ċeda għall-pressjoni tal-Unjoni Ewropea biex ma tkomplix tirrispetta l-konvenzjoni li kien għamel l-eks-Prim Ministru Nazzjonalista, Dr Ġorġ Borg Olivier fl-1971.
Dr
Mifsud Bonnici qal li 99.9% tal-immigranti illegali li jaslu Malta ma jridux
jiġu Malta u għalhekk hija assurditŕ li Malta tagħti stat ta’ refuġjat
f’pajjiżna lil dawn l-immigranti li lanqas huma stess ma jridu li jkunu
refuġjati f’Malta.
Huwa qal li mill-2002 ġew Malta aktar minn 12,000 immigrant illegali u skont
statistika uffiċjali kienu 2,000 biss li ġew ripatrijati.
Lanqas il-Gvern stess ma jaf kemm mill-10,000 li suppost għandhom hawn Malta, dawn fejn qegħdin.
Il-Mexxej tas-CNI
qal li l-kampanja ta’ ġbir ta’ firem bdiet
* fil-Marsa u
* fil-jiem u ġimgħat li ġejjien se jmorru ukoll
* Birżebbuġa,
* Ħal Safi,
* Ħal Kirkop u
* rħula oħrajn.
It-Tnejn, 2 ta’ Marzu, 2009
IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-
Segretarju Finanzjarju CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ