MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI

KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI

 

 

Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin

u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea

 

NAĦILFU LI NEĦILSU LIL MALTA MILL-JASAR, IL-KOLONJALIŻMU U L-ĦAKMA DITTATORJALI ILLEGALI TA' L-UNJONI EWROPEA

 

GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!

 

L-Unjoni Ewropea ordnat li mis-sena 2010 il-Maltin u l-Għawdxin iħallsuha

€182,192 kuljum misruqa minn ħalq uliedek

 

minn Karmenu Mifsud Bonnici KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI

 

Austin Gatt kuntent bil-qerda fit-Tarzna!

 

L-awdituri mqabbdin mill-Gvern f’Diċembru tal-2007 sabu li t-Tarzna ġarrbet telf ta’ madwar €37 miljun fuq il-kuntratti li ħadet fl-2006 għall-konverżjoni ta’ żewġ braken tad-ditta Fairmount.

 

Ir-rapport tal-awdituri ġie ppubblikat fl-14 ta’ Settembru ta’ din is-sena,

* u fih huma qalu bla tlaqliq

* li l-kuntratti tal-Fairmount kienu nnegozjati mill-bidu ħażin

* billi l-prezzijiet ikunu baxxi wisq,

* il-kundizzjonijiet ma kinux tajbin għat-Tarzna,

* il-maniġment eżekuttiv ta tagħrif żbaljat

* dwar kemm kien se jsir qligħ fuq ix-xogħol tal-ħaddiema,

* u x-xogħol tal-konverżjoni tmexxa b’mod ineffiċjenti.


Fl-istraġi tal-kuntratti tal-Fairmount                                            

jidħlu direttament kemm il-Ministru responsabbli għat-Tarzna,

kif ukoll il-Kummissjoni Ewropea tal-UE.                                    


Il-Kummissjoni Ewropea kellha,

* skont il-Ftehim tal-Pjan ta’ Ristrutturar tat-Tarzna għas-snin 2002-2009,

* tikkontrolla kif it-Tarzna kienet qiegħda tit­mexxa

* u x’kuntratti kienet qiegħda tinnegozja.

 

Fil-ftehim kien maqbul li l-Gvern Malti

* għandu jipprovdi lill-Kummissjoni Ewropea

* b’rapporti annwali dwar l-implimentazzjoni tal-pjan

* u r-rapporti kellhom jinkludu kif it-Tarzna

* kienet qiegħda tiffissa l-prezzijiet tal-kuntratti ġodda li tagħmel.

 

Ir-rapporti kellhom jiġu fornuti lill-Kummissjoni fi żmien xahrejn mill-aħħar ta’ kull sena.

 

Il-ftehim tal-pjan kien jgħid ukoll li l-Gvern Malti kellu jikkopera mal-arranġamenti ta’ kontroll stabbiliti mill-Kummissjoni Ewropea, inklużi spezzjonijiet fuq il-post minn esperti indipendenti.


Għaldaqstant il-Kummissjoni Ewropea

* ma setgħetx ma kinitx taf bit-tmexxija ħażina tat-Tarzna,

* in-nuqqas ta’ kontroll mill-Ministru responsabbli tagħha,

* bin-negozjar diżastruż tal-kuntratti tal-Fairmount

* u bit-tmexxija ineffiċjenti tax-xogħol fuq il-braken.

 

Iżda fl-iskandlu tal-Fairmount,

* minbarra t-tort li għandha l-Kummissjoni Ewropea,   

* l-akbar ħtija jġorrha l-Ministru Gatt                             

* li kien responsabbli li jara li t-Tarzna titmexxa tajjeb.


Il-Ministru Gatt ħareġ stqarrija dwar il-falliment tal-kuntratti tal-Fairmount.

 

L-istqarrija tinkrimah, flok tiskolpah.

 

Fiha hu wera ruħu sodisfatt mit-telf li sar mit-Tarzna, għax qal li dak it-telf jiġġustifika

“l-politika tal-Gvern li ma jkollux sehem dirett f’azjendi kummerċjali u minflok jagħti spazju lis-settur privat fejn dan lest li jinvesti u jieħu r-riskji”.

 

Dan il-kliem jimplika li kieku l-proġetti tal-Fairmount saru bi qligħ, ma kinitx tkun ġustifikata l-politika tal-Gvern dwar il-privatizzazzjoni.

 

Il-Gvern ried li dik il-politika tkun ġustifikata

* u biex dik il-politika tkun ġustifikata,

* it-Tarzna kellha tagħmel telf kbir mill-kuntratti tal-Fairmount.


L-istqarrija tal-Ministru Gatt tiftaħar ukoll bl-għeluq tat-Tarzna bis-saħħa tal-proġetti li fallew tal-Fairmount, li skont il-Ministru, “huma l-aħħar paġna ta’ ktieb twil ta’ ħela ta’ fondi pubbliċi f’sussidji”.

 

Għax li kieku t-Tarzna m’għamlitx telf fuq ix-xogħol tal-konverżjoni tal-braken tal-Fairmount, ma kienx jingħalaq il-ktieb twil li semma l-Ministru Gatt, bl-aħħar paġna ta’ ħela ta’ fondi pubbliċi.

 

Il-Ministru Gatt ried li dan il-ktieb jingħalaq u għalhekk ried li tinkiteb l-aħħar paġna tiegħu.

 

Il-Ministru Gatt ilmenta wkoll mir-“realtajiet ta’ relazzjonijiet industrijali u intransiġenza trejdunjonistika li llum wieħed għadu jsib biss fis-settur pubbliku, mhux fis-settur privat”.

 

Għall-Ministru Gatt, għalhekk, biex jinqerdu “r-realtajiet industrijali” u “l-intransiġenzi trejdunjonistiċi”, aħjar jinqered is-settur pubbliku billi kollox jingħata f’idejn il-privat.


Skont l-istqarrija tal-Ministru, l-esperjenza qarsa tal-Fairmount “tikkonferma wkoll li s-settur pubbliku m’għandux ir-riżorsi u s-sengħa li jieħu r-riskji kummerċjali li fuq kollox jittieħdu bi flejjes pubbliċi”.

 

Dan il-kliem ifisser li l-Ministru Gatt ħa gost li bit-telf li sar mit-Tarzna, kellu konferma tal-fehma tiegħu dwar in-nuqqas ta’ “riżorsi u sengħa” tas-settur pubbliku.

 

Fl-għama partiġġjana tiegħu,

* il-Ministru Gatt nesa li l-kriżi finanzjarja u ekonomika,

* li qiegħda taħkem ħafna pajjiżi,

* hi frott tas-“sengħa u r-riżorsi” tas-settur privat,

* u li s-settur pubbliku jrid ikun biex ma jħallix is-settur privat ifalli għal kollox.


Il-falliment tal-proġetti tal-Fairmount mhux jiġġustifika, iżda jixli lill-Ministru Gatt.

 

Għaliex huwa mħallas mill-poplu biex jindokralu l-investimenti tal-poplu u jiżgura li l-fondi pubbliċi ma jintefqux ħażin.

 

Il-Ministru kellu jara li l-kuntratti tax-xogħol li t-Tarzna tieħu, ma jkunux żvantaġġjużi u li ma jagħmlux telf.

 

Dan id-dmir il-Ministru ma qdihx, minkejja li jiftaħar kemm huma effiċjenti.

 

Lanqas ta kas it-twissijiet li t-tmexxija tat-Tarzna ma kinitx tajba u li kienet ineffiċjenti.


Moħħu kien biss li jkasbar lill-ħaddiema u lill-unjin tagħhom.

 

M’għamel xejn biex jirranġa l-qagħda mwiegħra tat-Tarzna, anzi ħa nifs kbir meta l-Gvern u l-UE ddeċidew li t-Tarzna ma tkomplix topera u tħaddem il-mijiet ta’ ħaddiema tas-sengħa li kellha.

 

Fil-qerda ta’ 1,700 impjieg fit-Tarzna, il-Ministru Gatt u l-Kummissjoni Ewropea tal-UE għandhom ħtija kbira.


Jixirqilhom il-kundanna u l-istmerrija tal-poplu Malti.

 

The damage that the Lisbon Treaty makes to our country

 

Għada l-poplu Irlandiż se jivvota għat-tieni darba dwar it-Trattat ta’ Lisbona.

 

Fl-ewwel referendum li sar is-sena l-oħra, 53% ta’ dawk li vvutaw qalu “LE” għat-trattat.

 

Iżda l-mexxejja tal-Unjoni Ewropea ma jaċċettawx li l-poplu jżommhom lura milli jagħmlu li jridu.

 

Għalhekk qegħdin iġiegħlu lill-poplu Irlandiż ibiddel id-deċiżjoni tiegħu kontra t-trattat.

 

Biex iġiegħlu lill-Irlandiżi jivvutaw favur it-trattat,

* l-Unjoni Ewropea nefqet miljuni ta’ ewro fil-kampanja ta’ propaganda tar-referendum

* u fiha ħadu sehem għadd kbir ta’ mexxejja Ewropej,

* inkluż il-President tal-Kummissjoni Jose’ Manuel Barroso.

 

Ma naqasx it-theddid lill-Irlandiżi jekk ma jagħmlux dal li trid l-UE.

 

L-istorja tat-Trattat ta’ Lisbona hija ta’ għajb kbir għall-UE.

 

Minbarra l-ħsara li se jagħmel lill-pajjiżi membri, dan kien il-kaġun ta’ ħsara kbira għall-UE stess.

 

Għax it-trattat m’għandux l-appoġġ taċ-ċittadini tal-UE.

 

Il-mexxejja tal-UE

* jafu bin-nuqqas ta’ appoġġ popolari għat-trattat

* u biex jgħelbu dan l-ostaklu

* qatgħuha li t-trattat ma jitressaqx għall-vot tal-poplu,

* iżda jgħaddi mill-parlamenti tal-pajjiżi membri.

 

Fl-Irlanda dan ma setgħax iseħħ għax il-Kostituzzjoni tal-pajjiż titlob li trattati bħal dak jitressqu f’referendum.

 

Din id-deċiżjoni tal-UE,                                                       

* li ma jsirx referendum dwar it-Trattat ta’ Lisbona,      

* tikxef l-ipokrezija tagħha li tippriedka id-demokrazija,

* iżda ma tipprattikahiex.                                                  

 

Għall-kritiċi,

* dan l-atteġġjament iservi ta’ prova oħra ma’ ħafna oħrajn,

* kemm il-blokk Ewropew mhu demokratiku xejn.

 

Għalhekk it-Trattat ta’ Lisbona jagħmel ħsara lill-UE innifisha.

 

It-trattat hu wkoll ta’ ħsara kbira għall-pajjiżi membri, għal ħafna raġunijiet.

 

L-ewwel waħda hi li b’dan il-ftehim,

*  l-UE tikseb aktar saħħa

* u s-saħħa li takkwista,

* tonqos mis-saħħa tal-pajjiżi membri

* li jsiru aktar dgħajfin fil-konfront tagħha.

 

L-UE żżid l-oqsma li għandħa setgħa biex tiddeċiedi x’jiġri fihom u l-pajjiżi membri tonqsilhom is-setgħa li jiddeċiedu huma dawk l-oqsma.

 

Bit-trattat l-oqsma li fihom l-UE għandha setgħa jiżdiedu bil-bosta.

 

It-tieni raġuni ewlenija tal-ħsara li t-trattat jagħmel lill-pajjiżi membri hija li din qiegħda tkabbar l-għadd ta’ ħwejjeġ li tista’ tiddeċiedi mingħajr il-kunsens ta’ x’uħud mill-membri u saħansitra kontra r-rieda tagħhom.

 

B’danakollu, il-pajjiżi li jkunu fil-minoranza meta ssir il-votazzjoni, ikollhom joqogħdu għad-deċiżjoni tal-maġġoranza.

 

Iżda l-maġġoranza tal-pajjiżi tista’ tkun kontra r-rieda tal-maġġoranza f’pajjiż membru u l-poplu ta’ dak il-pajjiż ikollu joqgħod għad-deċiżjoni tal-UE.

 

Hemm ħafna affarijiet oħrajn li huma ta’ ħsara għall-pajjiżi membri.

 

It-trattat jaħseb biex l-UE tfassal politika komuni barranija u li jinħatar rappreżentant Ewropew għall-affarijiet barranin.

 

Dan l-iżvilupp ikun ifisser li pajjiż membru,                          

* bħal Malta,                                                                         

* ma jistax jimxi aktar bil-politika barranija tiegħu            

* ta’ newtralita’ u non-alinjament,                                       

* iżda jkollu jintrabat li jħares il-politika komuni barranija

* deċiża fi Brussels.                                                              

 

L-impożizzjoni ta’ politika komuni barranija fuq il-pajjiżi tal-UE,

* ixxekkel il-liberta’ ta’ pajjiż bħal tagħna,

* li jsegwi politika ta’ paċi u ħbiberija

* kemm-il darba l-Unjoni tiddeċiedi

* li tuża l-forza kontra xi pajjiż jew pajjiżi,

* jew li timponi miżuri ta’ sanzjonijiet

* fuq pajjiż li miegħu Malta għandha rapporti ta’ ħbiberija.

 

It-Trattat ta’ Lisbona jorbot lill-pajjiżi tal-UE jżidu l-ispiża militari tagħhom.

 

Minflok issus fuq id-demilitarizzazzjoni,

* l-UE trid aktar militarizzazzjoni,

* li tfisser li pajjiż jonfoq aktar mir-riżorsi tiegħu fuq l-armamenti,

* minflok f’xogħol produttiv u li jkabbar il-ġid għall-poplu.

 

Ftit għadhom intebħu li t-Trattat ta’ Lisbona   

* jerġa’ jdaħħal ukoll IL-PIENA TAL-MEWT

* għal min jieħu sehem f’irvell ċivili,                

* rewwixti jew atti terroristiċi.                          

 

Dan jagħmlu minkejja li jiddikjara li ħadd m’għandu jkun ikkundannat għall-mewt u li din il-piena ġiet abolita fil-pajjiżi kollha tal-UE, inkluż f’Malta.

 

It-trattat isaħħaħ aktar l-obbligu

* li pajjiżi membri tal-UE

* jħarsu l-politika ekonomika liberali tagħha

* u r-regoli dwar l-estimi finanzjarji annwali,

* meta fil-kriżi ekonomika li l-UE tinsab fiha llum,

* ħafna mill-pajjiżi membri jħossu l-ħtieġa

* li jwarrbu x-xkiel tar-regoli finanzjarji Ewropej

* biex iħarsu l-industriji u l-postijiet tax-xogħol.

 

Dawn il-kunsiderazzjonijiet u aktar jiġġustifikaw il-kritika lit-Trattat ta’ Lisbona.

 

Il-falliment ta’ proġett-pilota speċjali Malti

 

Il-PROĠETT-PILOTA

* li l-UE kienet tant ftaħret li se tagħmel speċjali għal Malta

* ħalli l-pajjiżi l-oħrajn tal-UE

* jieħdu bejniethom 2,000 mill-immigranti illegali li hawn f’Malta

* infaqa’ bħal bużżieqa f’wiċċna,

* għas sitta biss mis-26 pajjiżi membri tal-UE

* s’issa offrew li joħdulna xi 200 jew 300 biss.

 

Ma swew għalxejn l-appelli

* la tal-Gvern Malti

* u lanqas tal-Kummissarju Ewropew Jacques Barrot,

* responsabbli mill-immigranti illegali,

* li ħeġġew lill-pajjiżi membri tal-UE

* juru sens ta’ solidarjeta’ ma’ pajjiżna

* biex inkunu nistgħu nkampaw

* kontra l-invażjoni ta’ eluf ta’ klandestini.

 

Lanqas ma swew l-isforzi diplomatiċi tal-Prim Ministru Gonzi u l-Ministri tal-Gvern Malti ma’ sħabhom tal-UE biex dawn iwieżnu lil pajjiżna fit-toqol li għandna bil-kriżi tal-immigrazzjoni illegali.

 

Ir-rispons negattiv ħafna tal-maġġoranza l-kbira tal-pajjiżi tal-Unjoni għall-proġett-pilota speċjali għal Malta huma prova elokwenti ħafna ta’ kemm mhux minnu li l-UE hija mibnija fuq il-prinċipji ta’ solidarjeta’ bejn il-pajjiżi membri.

 

Il-verita’ kerha hija li l-pajjiżi tal-UE ifittxu x’inhuma l-aħjar interessi tagħhom u m’humiex lesti li jissagrifikaw għall-wiċċ il-poplu ta’ xi pajjiż ħaddieħor membru magħhom fl-UE.

 

Ma sewa xejn li ftit ta’ xhur ilu l-UE kienet fasslet patt dwar “burden sharing” volontarju bejn il-pajjiżi membri ħalli dawn jaqsmu l-piż tal-immigranti illegali.

 

Il-patt kellu jifforma s-sisien tal-politika tal-UE dwar l-immigrazzjoni illegali.

 

F’Malta l-propagandisti tal-UE ftaħru li l-patt dwar il-“burden sharing” volontarju kien pass kbir ‘il quddiem għas-soluzzjoni tal-kriżi f’Malta tal-immigrazzjoni.

 

Ir-rispons negattiv għall-proġett-pilota għal Malta ta raġun lil dawk kollha li kkundannaw il-“burden sharing” fuq bażi volontarja bħala ħrafa u daħq fil-wiċċ, ladarba ma kienx jorbot lill-pajjiżi membri tal-Unjoni.

 

Din kienet turija oħra ta’ kemm taf tkun falza l-UE.

 

It-tagħlima minn dan kollu għandha tkun,   

* li l-poplu Malti jrid jaħseb b’rasu,            

* mhux iħalli lill-UE tiddeċiedi għalih,         

* u jagħmel dak li huwa l-aħjar għalih,        

* mhux l-UE ġġiegħlu jagħmel dak li trid hi.

 

Fl-interess tal-poplu tagħna,                

* għandna nħallu l-imigranti illegali  

* jmorru fejn iridu jmorru fl-Ewropa   

* jew inwassluhom qawwijin u sħaħ   

* minn fejn ikunu salpaw għal Malta.

 

Il-Ħamis, 1 ta’ Ottubru, 2009

 

Fittex li tiffirma l-petizzjoni popolari lill-Parlament Malti biex jgħaddi miżuri li jrażżnu l-immigrazzjoni illegali f’pajjiżna.

 

IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA

 

<< Lura <<

 

e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk 

 

Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna

 

Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien

 

Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien? 

Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.

Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-

Segretarju Finanzjarju  CNI,

60A, Triq id-Dejqa,

Valletta

 

Isem .......................................................

Indirizz ...................................................

ID Numru ...............................................

 

Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek

 

Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ