MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI

Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA
L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
L-Unjoni Ewropea ordnat li fis-sena 2011 il-Maltin u l-Għawdxin iħallsuha €68,000,000
€186,000 kuljum misruqa minn ħalq uliedek
Pajjiżna jista’ joħroġ mill-Unjoni Ewropea – CNI
Mhux minnu li ma nistgħux noħorġu mill-Unjoni Ewropea.
Araw dan il-video tal-Parlament Ewropew kif nistgħu noħorġu
Il-Kampanja
għall-Ħelsien Nazzjonali (CNI)
laqgħet bil-ferħa l-introduzzjoni ta’ l-Artiklu I-59 fl-Abbozz
tal-Kostituzzjoni ta’ l-Unjoni Ewropea (UE) li permezz tiegħu pajjiż
membru jista’ joħroġ mill-UE.
Fi stqarrija, hija fissret il-Kostituzzjoni msemmija bħala waħda li
“mhiex sodisfacenti” imma li se tagħmilha possibbli biex meta l-poplu,
b’maġġoranza sempliċi, jiddeċiedi li joħroġ
mill-UE jkun jista’ jagħmel hekk.
“L-impatt negattiv li s-sħubija se jkollha fuq diversi setturi tal-poplu
jista’ jwassal biex fi ftit taż-żmien ikun hawn aktar nies kontra s-sħubija
milli favur”.
Is-CNI
qalet li dan l-Artiklu jikkontradixxi d-dikjarazzjoni tal-Prim Ministru Eddie
Fenech Adami meta dan kien qal li d-deċiżjoni li ħadet il-maġġoranza
tal-poplu biex pajjiżna jidħol fl-UE kienet waħda “irrevokabbli”.
Hija
sostniet li ħafna minn dawk li vvotaw favur is-sħubija għamlu
hekk għax il-Prim Ministru kien iddikjara wkoll li din is-sħubija ma
taffettwax il-Kostituzzjoni ta’ Malta.
Imma issa, permezz ta’ l-Artiklu I-10:I ta’ l-Abbozz tat-Trattat
tal-Kostituzzjoni, il-Kostituzzjoni Ewropea se tkun superjuri għall-Kostituzzjoni
tal-pajjiżi membri.
Problema oħra li s-CNI
qiegħda tara fil-Kostituzzjoni ta’ l-UE hija d-dritt li persuni barranin
jiġu jgħixu f’pajjiżna.
Dan
għax jekk numru kbir ta’ barranin jiġu jgħixu fostna se jħalli
effetti negattiv fuq il-kiri tad-djar u tkompli tikber il-problemi tan-nuqqas ta’
djar għall-kiri.
IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA
Il-Tlieta, 1 ta’ Lulju, 2003
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-
Segretarju Finanzjarju CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ