MERĦBA FIL-PAĠNA TAS-CNI
KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI


Kienet, għadha u tibqa' favur il-ħaddiema Maltin
u kontra s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea
GĦID LID-DEPUTAT PARLAMENTARI TIEGĦEK LI TRID LI MALTA TIKSEB LURA
L-INDIPENDENZA U L-ĦELSIEN!
L-Unjoni Ewropea ordnat li mis-sena 2010 il-Maltin u l-Għawdxin iħallsuha
€182,192 kuljum misruqa minn ħalq uliedek
minn KAMPANJA ĦELSIEN NAZZJONALI
Niksbu lura l-ħelsien li tlifna
Ta’
xejn fakkarna lbieraħ Jum il-Ħelsien
* jekk ma fhimniex li jeħtiġilna nerġgħu nissagrifikaw ruħna
* ħalli niksbu lura l-ħelsien li sitt snin ilu bigħna lill-Unjoni Ewropea.
Għax wara li sseħibna fl-Unjoni,
* tlifna d-dritt li mmexxu ħwejjiġna
* kif kull ħames snin tiddeċiedi l-maġġoranza,
* u baxxejna rasna ħalli nitmexxew
* skont ir-rieda tal-maġġoranza tal-barranin tal-Unjoni Ewropea,
* allavolja ma tkunx taqbel mar-rieda tal-poplu tagħna.
Kemm m’għadniex ħielsa li mmexxu ħwejjiġna,
* nifhmuh aħjar meta nsemmu t-tibdil li ma jaqbilx għall-popli tagħna
* fl-arranġamenti tal-Frontex mill-Unjoni Ewropea dan l-aħħar,
* meta nfakkru fid-deċiżjoni tal-Unjoni ta’ ftit ġimgħat ilu
* li twaqqaf is-sajd għat-tonn kontra r-rieda tal-Gvern ta’ Malta
* u bi ħsara għal pajjiżna,
* u meta ninsew il-passi li l-Unjoni ħadet kontrina
* biex ma tħallix issir ebda kaċċa fir-rebbiegħa,
* kontra dak li l-Gvern ta’ Malta kien qabel is-sħubija fl-Unjoni
* ntrabat mal-poplu tagħna li għandu jseħħ.
Inkunu
qegħdin inqarrqu bil-poplu tagħna li ngħidulu li aħna ħelsin
* meta l-Gvern tagħna ma jistax jagħmel ftehim kummerċjali ma’ pajjiżi barranin,
* kemm-il darba l-Unjoni Ewropea ma tħallihx jagħmlu,
* minkejja li l-Gvern ta’ Malta jkun jemmen li l-ftehim huwa ta’ ġid għall-poplu.
Inkunu qegħdin ningannaw lill-poplu jekk nagħtuh x’jifhem
* li sakemm pajjiżna huwa msieħeb fl-Unjoni Ewropea,
* ir-rieda tal-maġġoranza tal-poplu tista’ tiddeċiedi f’elezzjoni ġenerali
* b’liema politika ekonomika jitmexxa pajjiżna,
* meta hija l-Unjoni li tiddeċiedi l-politika ekonomika li kull gvern li jkollna jkollu jaċċetta.
Inkunu
qegħdin nidħku bina nfusna jekk niftaħru li aħna ħelsin
* meta l-Unjoni Ewropea ma tħalliniex ngħinu lill-industrija tagħna kif jaqblilna nagħmlu,
* meta hija timponilna kif nintaxxaw il-prodotti u s-servizzi li nixtru,
* meta tinsisti li l-Gvern ineħħi kull sussidju tas-servizzi essenzjali,
* meta ma nistgħux nikkontrollaw id-dħul f’pajjiżna tal-immigranti illegali jekk mhux kif trid l-Unjoni,
* u meta jkollna bilfors nesiġu l-Visa biex popli ġirien u ħbieb tagħna jistgħu jiġu f’pajjiżna,
* mhux biex inħarsu l-poplu tagħna,
* iżda għax l-Unjoni ssostni li nagħmlu dan.
Wara li nifhmu li
m’għadniex ħelsin,
*
irridu ngħassu kontra dawk li jgħidulna
* li issa ma nistgħu nagħmlu xejn
* biex nerġgħu niksbu l-ħelsien li tlifna
* mas-sħubija fl-Unjoni Ewropea,
* jew li ma jaqblilniex noħorġu minnha.
Mhux minnu li ma nistgħux noħorġu.
(Araw dan il-video tal-Parlament Ewropew kif nistgħu noħorġu)
![]()
Mhux minnu li ma jaqblilniex noħorġu biex nerġgħu nkunu ħelsin.
Kulma għandna bżonn hija r-rieda soda
* li ninfatmu mill-ħakma tal-Unjoni Ewropea
* u l-għaqal u d-dehen li wrew ta’ qabilna
* meta lill-poplu jissagrifika ruħu ħalli jinfeda mill-barrani,
* u ħadem u stinka biex dan l-għan qaddis iseħħ.
Il-ħelsien
ma jinkisibx bil-kliem fieragħ.
Jintrebaħ bit-tbatija u bil-perseveranza,
u billi nwarrbu l-interessi personali
għall-ġieħ tal-poplu tagħna.
L-Unjoni Ewropea tkabbar il-faqar
Il-kriżi ekonomika u finanzjarja li ħafna pajjiżi tal-Unjoni Ewropea jinsabu fiha hija kkaġunata mill-politika ekonomika u finanzjarja ħażina li l-Unjoni tħaddan u timponi fuq il-pajjiżi mseħbin fl-Unjoni.
Iżda l-Unjoni ma tridx tammetti li l-politika tagħha falliet, u l-Unjoni fi ħsiebha tissokta bl-istess politika li qiegħda tgħakkes miljuni kbar ta’ familji fil-pajjiżi maħkumin mill-kriżi.
Il-politika ekonomika u finanzjarja tal-Unjoni Ewropea


* kellha effetti ħżiena saħansitra fuq l-akbar pajjiżi tal-Unjoni,
* bħall-Ġermanja,
* Franza
* u r-Renju Unit,



* iżda lil pajjiżi iżgħar,
* bħal Spanja,
* l-Irlanda,
* il-Greċja
* u l-Portugall,


* ħarbtithom ħafna aktar,
* u lill-pajjiżi li ssieħbu fl-aħħar snin fl-Unjoni,
* bħall-Ungerija,
* il-Latvja
* u l-Litwanja,
tefgħethom lura saħansitra ħafna aktar.
Il-politika tal-kummerċ ħieles
* u tal-moviment ħieles tal-kapital
* imħaddmin mill-Unjoni Ewropea
* ġabu ’l fuq minn 23 miljun ħaddiem bla xogħol fl-Unjoni
* minħabba l-għeluq ta’ ħafna fabbriki
* u t-tkabbir fl-importazzjoni ta’ ħafna ħwejjeġ
* li qabel kienu jinħadmu fil-fabbriki tal-pajjiżi tal-Unjoni,
* u dan il-qgħad mifrux ġab tnaqqis fit-turiżmu
* u fl-impjiegi fis-settur turistiku.
Skont l-organizzazzjoni Kattolika Caritas,
* fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea
* llum hawn 80 miljun persuna fil-periklu tal-faqar
* u aktar jiżdiedu għal 100 miljun
* b’effett tal-kriżi ekonomika u finanzjarja li hawn.
F’pajjiżna,
* fis-snin minn mindu sseħibna fl-Unjoni Ewropea,
* ġarrabna l-konsegwenzi ħżiena
* tal-politika ekonomika
* u finanzjarja tal-Unjoni,
* billi ħafna fabbriki għalqu,
* eluf ta’ impjiegi ntilfu,
* l-esportazzjoni naqset,
* l-industrija turistika marret lura fl-aħħar sentejn,
* filwaqt li l-qagħda finanzjarja ħżienet
* billi d-dejn nazzjonali baqa’ jiżdied kull sena.
Skont l-aħħar Labour Force Survey tat-tliet xhur ta’
* Lulju, Awwissu u Settembru 2009,
* kien hawn f’pajjiżna 11,986 bla xogħol.
![]()
Skont stħarriġ ta’ dan l-aħħar tal-Caritas,
* il-periklu tal-faqar kiber ukoll f’pajjiżna
* li miexi bil-politika ekonomika
* u finanzjarja tal-Unjoni Ewropea
* għax il-pagi,
* il-pensjonijiet
* u l-benefiċċji soċjali
* ma żdidux biex ilaħħqu maż-żieda fl-għoli tal-ħajja,
* mat-tariffi ogħla tad-dawl u l-ilma,
* maż-żieda fil-prezz tal-gass,
* il-mediċini aktar għoljin,
* iż-żieda fil-kera,
* filwaqt li 42% taż-żgħażagħ li jispiċċaw l-iskola sekondarja
* jsibu ruħhom jiġġerrew mingħajr xogħol fit-toroq.

Biex tikkumbatti l-kriżi ekonomika u finanzjarja
* l-Unjoni Ewropea qiegħda ssostni politika żbaljata
* li tkabbar il-faqar
* billi tinsisti li titnaqqas in-nefqa
* fuq is-servizzi soċjali u tas-saħħa.
Iżda
l-politika tajba hija dik li tqabbad fuq xogħol
* li jkun ta’ benefiċċju soċjali lil dawk bla xogħol,
* u li tagħmel paga minima xierqa għall-għoli tal-ħajja tal-lum,
* kif ukoll li żżid il-benefiċċji lil min ma jistax jaħdem.
Din hija politika li tista’ tirnexxi jekk il-pajjiż ikollu r-rieda politika li
jħaddimha, tgħid x’tgħid l-Unjoni Ewropea.
Għalkemm il-Gvern Malti jidher li ma jridx jinfatam mill-politika
żbaljata tal-Unjoni Ewropea,
* il-kotra tal-popli qiegħda tħoss l-għafsa kbira tal-politika li s-suq ħieles,
* il-liberalizzazzjoni tal-kummerċ u l-privatizzazzjoni ġabu,
* u li wasslu lill-pajjiżi tal-Unjoni fil-kriżi li jinsabu fiha,
* bil-miljuni bla xogħol u miljuni akbar fil-periklu tal-faqar.
Dan huwa l-aqwa ċertifikat tal-falliment tal-Unjoni Ewropea
* li filwaqt li tiżgura li ftit setturi magħżulin jistennew aktar,
* tfaqqar ħafna setturi oħrajn,
* l-aktar is-setturi żgħar u medji,
* li huma l-kotra tal-poplu.
Jaqblilna nohorgu mill-agenzija Frontex

Bħax-Schengen,
il-Frontex hija ħażina għalina.
Is-CNI dejjem sostniet
* li l-aġenzija Frontex mwaqqfa mill-Unjoni Ewropea,
* mhix ta’ ġid għal Malta
* jekk ma tilqax l-immigranti illegali
* u treġġagħhom lura.
Issa
li l-Unjoni Ewropea ddeċidiet
* li l-immigranti illegali kollha
* għandhom jittieħdu fejn hawn il-missjoni tal-Frontex,
* li tfisser Malta,
* kulħadd jaqbel mas-CNI
* li l-aħjar għal Malta hu li titlaq mill-Frontex.
Kien żball li sseħibna fil-Frontex u żball akbar li ridna li l-missjoni
tal-Frontex tkun f’pajjiżna.
Aħna dejjem għedna
li l-Unjoni Ewropea
* ma tħarisx lejn l-immigranti kif narawhom aħna f’Malta,
* għax l-Unjoni tridhom billi għandha bżonnhom
* ħalli jpattu għat-tnaqqis fil-popolazzjoni,
* filwaqt li aħna f’Malta ma nistgħux naċċettawhom
* għax il-popolazzjoni tagħna hija kbira wisq għaċ-ċokon ta’ artna.
Kellu raġun
il-Gvern Malti li fis-sena 1971
* meta ffirma l-Konvenzjoni dwar ir-Refuġjati,
* sostna li parti minnha ma tgħoddx għal Malta,
* għax iċ-ċokon u n-nuqqasijiet tal-pajjiż
* ma jippermettux li nilqgħu refuġjati.
Għamel żball
il-Gvern Malti
* li fin-negozjati dwar is-sħubija fl-Unjoni Ewropea
* ċeda għar-rikatt tal-Unjoni
* li ma riditx issieħeb lil pajjiżna
* jekk il-Gvern Malti ma jaċċettax ukoll
* il-parti tal-Konvenzjoni dwar ir-Refuġjati
* li fl-1971 kien żamm ma tgħoddx għal Malta.
L-iżball li l-Gvern
għamel
* meta ċeda għar-rikatt tal-Unjoni Ewropea
* fetaħ il-bieb għall-invażjoni li pajjiżna ġarrab
* minn eluf ta’ immigranti illegali.
Warajh, il-Gvern Malti baqa’ jagħmel żball wara l-ieħor.
L-ewwel aċċetta li jħares ir-regolamenti li l-Unjoni Ewropea għamlet ħalli l-immigranti illegali jitqiesu bħala refuġjati.
Aċċetta t-tibdil li l-Unjoni riditu jagħmel fil-liġi
* ħalli l-immigranti li ma jkunux f’Malta bil-permess,
* ma jitqisux aktar “illegali” iżda biss “irregolari”.
Aċċetta dak li l-Unjoni
riditu jagħmel,
* li ma jħallix l-immigranti illegali jmorru minn pajjiżna
* għall-pajjiżi l-oħrajn tal-Unjoni.
Aċċetta dak li l-Unjoni ddeċidiet li l-immigranti illegali,
* wara ftit ta’ żmien f’ċentri ta’ detenzjoni,
* jinħelsu,
* jingħataw għajnuna finanzjarja
* u jistgħu jsibu jaħdmu.
Aċċetta li jinkoraġġixxi l-immigranti
ħalli jintegraw ruħhom fis-soċjetŕ Maltija.
Ir-riżultat ta’
dawn l-iżbalji kollha
* huwa l-kriżi li għandna ta’ eluf ta’ immigranti illegali f’pajjiżna
* itaqqlu s-servizzi tas-saħħa,
* is-sevizzi soċjali
* u s-servizzi tas-sigurtŕ,
* barra l-piż finanzjarju li jsarrfu,
* u d-diżgwid soċjali għall-poplu tagħna.

Minkejja
l-kriżi li għandna,
* il-Prim Ministru,
* fil-Kunsill tal-Unjoni Ewropea,
* minflok li insista li l-Unjoni Ewropea
* tħalli l-immigranti illegali li hawn f’pajjiżna,
* jmorru fil-pajjiżi l-kbar tal-Unjoni,
* lanqas kellu l-kuraġġ jivvota kontra
* li l-immigranti kollha li jinsabu fin-nofs tal-Mediterran jinġiebu f’Malta,
* minflok jittieħdu fl-eqreb port li jkunu.
U l-Unjoni Ewropea,
* minflok tgħinna ħalli nsolvu l-kriżi li għandna,
* tiddeċiedi li tibdel r-regolamenti tal-Frontex
* ħalli tkabbar il-kriżi ta’ Malta.
Għalhekk għandu raġun il-poplu jgħajjat
* biex nitilqu minn-Frontex
* u biex fil-kwistjoni tal-immigranti illegali,
* nagħmlu dak li jħares l-interessi tal-poplu tagħna,
* mhux dak li jogħġob l-Unjoni Ewropea.
Ghandna nnehhu l-Visa ghal-Libjani
Bħall-Frontex,
ix-Schengen hija ħażina għal Malta.
L-Unjoni
Ewropea imponiethomlna t-tnejn fuqna wara s-sħubija,
* mhux għall-ġid tagħna,
* iżda ħalli hija tikkontrollana aktar
* u tnaqqsilna s-sovranitŕ.
It-tilwim bejn il-Libja u l-pajjiżi taż-Żona Schengen
* urietna xi ħsara nistgħu nġarrbu
* billi nkunu marbutin bir-regoli tax-Schengen
* li jġagħluna nobdu dak li pajjiż ieħor jiddeċiedi
* mingħajr ma jqis il-konsegwenzi ħżiena
* li d-deċiżjoni tiegħu se ġġib fuqna.
Għal ħames ġimgħat wara li l-Libja fil-15 ta’ Frar għalqet il-bibien għaċ-ċittadini tax-Schengen, mijiet ta’ familji Maltin għaddew minn inkwiet kbir ma jafux hux se jitilfu għal kollox ix-xogħol u l-investiment tagħhom fil-Libja.
L-Ingliżi,
* l-Irlandiżi,
* iċ-Ċiprijotti
* u l-Bulgari
* ma għaddewx minn dan il-qtigħ ta’ qalb
* u setgħu jmorru l-Libja kemm riedu,
* għax il-mexxejja tagħhom kellhom id-dehen
* li ma jisseħbux fix-Schengen,
* minkejja li bħalna huma imseħbin fl-Unjoni Ewropea.
Bix-Schengen Malta mhi tirbaħ xejn.
Qiegħda titlef.
Għalhekk jaqblilna li noħorġu mix-Schengen bl-istess mod li jaqblilna nitilqu mill-Frontex.
Meta noħorġu mix-Schengen,
* nerġgħu nikkontrollaw il-passaporti ta’ min jidħol Malta
* u l-merkanzija li nimportaw mill-pajjiżi tax-Schengen.
B’hekk, inħarsu aħjar lill-poplu tagħha, mhux kif aħna llum mingħajr ebda kontroll fuq min ġej u x’ġej mill-pajjiżi tax-Schengen.
It-tilwima bejn
il-Libja u l-pajjjiżi tal-Unjoni Ewropea li huma fix-Schengen
* għandha tiftħilna għajnejna għal bżonn ieħor,
* il-bżonn li jneħħu l-ħtieġa tal-Visa
* biex il-Libjani jiġu Malta
* u aħna mmorru l-Libja.
Dan
il-bżonn imponietu fuqna l-Unjoni Ewropea mas-sħubija.
Qabel, ebda Gvern Malti ma ħass il-ħtieġa li jdaħħal il-Visa biex il-Libjani jiġu hawn.
Lanqas illum ma tinħass ebda ħtieġa għal dan, u għalhekk għandna nneħħu l-visa bejn Malta u l-Libja.
Jekk inneħħu l-visa għal-Libjani, nerġgħu nuruhom li rridu nsaħħu l-ħbiberija tagħna li tnaqqset minħabba s-sħubija tagħna fl-Unjoni Ewropea ma tagħmilx tajjeb għat-telf li nġarrbu jekk innaqqsu l-ħbiberija mal-Libja.
Għalhekk fl-interess nazzjonali għandna nneħħu l-visa għal-Libja u huma jneħħuha għalina.
Barra li nneħħu l-ħtieġa tal-Visa għal-Libjani, huwa fl-interess tagħna wkoll li
nerġgħu nagħmlu l-ftehim kummerċjali li kellna qabel isseħibna fl-Unjoni, u li
l-Unjoni ġagħlitna nħassru mal-ftehim tas-sħubija.
Tlifna ħafna vantaġġi li kellna mal-Libjani kemm dwar xogħol u impjiegi, kif ukoll dwar il-kummerċ u l-investiment fil-Libja.
Il-ftehim kummerċjali mal-Libja mhux ta’ ħsara għas-sħubija tagħna fl-Unjoni Ewropea, u l-Unjoni nsistiet biex il-ftehim jitħassar minħabba raġunijiet politiċi, u għal ebda raġuni oħra.
Illum, ħafna pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, fosthom l-Italja u l-Ġermanja,
ifittxu li jagħmlu ftehim kummerċjali mal-Libjani bħalma kellna aħna l-Maltin
qabel.
Minħabba l-Unjoni Ewropea, tlifna l-vantaġġ li kellna fuq il-pajjiżi Ewropej mal-Libjani.
Fl-interess tal-poplu tagħna li nerġgħu nirbħu lura l-fiduċja u l-ħbiberiija li s-sħubija fl-Unjoni Ewropea tellfitna.
Wara kollox l-Unjoni Ewropea llum m’għandhiex toġġezzjona għal ftehim
kummerċjali bejn Malta u l-Libja għax l-istess Unjoni fl-24 ta’ Marzu
kkonkludiet ftehim li jġib ’il quddiem id-djalogu u l-koperazzjoni bejn l-Unjoni
u l-Libja fl-oqsma politiċi, ekonomiċi u soċjali.
Il-Ħamis, 1 ta’ April, 2010

Fittex li tiffirma l-petizzjoni popolari lill-Parlament Malti biex jgħaddi miżuri li jrażżnu l-immigrazzjoni illegali f’pajjiżna.
IRRIDU L'INDIPENDENZA MILL-UNJONI EWROPEA
e-mail: cnimalta at yahoo.co.uk
Inroddulek ħajr li żort il-paġna tagħna
Appoġġ fil-ġlieda għall-Indipendenza u l-Ħelsien
Trid tgħin biex niksbu mill-ġdid l-Indipendenza u l-Ħelsien?
Jekk iva, għin lis-CNI fil-ħidma tagħha biex il-maġġoranza tal-poplu tkun trid li neħilsu mill-ħakma ta' l-Unjoni Ewropea.
Issieħeb fis-CNI billi tibgħat €5 flimkien ma' din il-formola lis-
Segretarju Finanzjarju
CNI,
60A, Triq id-Dejqa,
Valletta
Isem .......................................................
Indirizz ...................................................
ID Numru ...............................................
Inroddulek ħajr ta’ l-għajnuna tiegħek
Malta ħielsa u newtrali fl-aħħar tirbaħ